Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167
15 editorjal IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt X i xhur ilu l-Gvern Laburista nieda proġett li jismu Project Green li jikkonsisti f 'proġetti fl-ibliet biex jitħaddru l-inħawi tagħna. Inizjattiva pożittiva. Dawn kollha huma proġetti sbieħ bil-ħsieb li jipprovdu spazji miuħa fiż-żoni urbani, iżda huma wkoll proġetti li jikkonfermaw il-mod ta' kif it-tmexxija tal-pajjiż qed tħares lejn l-ambjent ta' madwarna. Dawk ta' Project Green, huma Proġetti mwielda f 'kultura tradizzjonali ta' żvilupp 'aħdar' fl-urban. Minkejja dan, huwa ċar li dak li l-pajjiż għandu bżonn bħalissa – u li jieħu l-priorità fuq kull ħaġa oħra – huma l-protezzjoni u l-aċċessibilità għall-ispazji miuħa fil-kampanja Maltija u Għawdxija. Kampanja li qed tispiċċa sfruttata. Dan il-poplu Malti u Għawdxi qed jokrob biex jiġi mħares l-ambjent naturali tiegħu u huwa żball madornali li naħsbu li dawn il-ġonna jew żoni ħodor bi'stil kliniku, b'arkitettura moderna u xi kultant kosmetiku jistgħu qatt ikunu sostitut denji għan-natura li joffru l-gżejjer Maltin. In-nies illum iridu l-awtentiċità. Dan il-poplu qed jitkarrab biex il-it art pristina f 'Malta, Għawdex u Kemmuna jkunu mħarsa u mhux mittiefsaill-ħniżrija ta' bini u rebgħa bla kontroll. U dan kollu minħabba l-isfreġju minħabba policies ħżiena tal-ippjanar u d-direzzjoni politika mill-Gvern ta' Robert Abela. Direzzjoni politika li hija bażata fuq anarkija totali fil-qasam tal- iżvilupp, fejn l-art agrikola, l-pajsaġġ, il- widien, il-kosta, ix-xagħri u l-irdumijiet huma sekondarji għal gwadann ekonomiku. Jekk dan il-Gvern qed jaħseb li dawn l-inizjattivi ta' Project Green huma s-soluzzjoni għall-karba tan-nies huwa żbaljat bil-kbir. Imorru biex itaffu it imma mhumiex is-soluzzjoni. Jidher ċar li n-nies huma mxebba' u mdejqa bl-istupru tal-kampanja Maltija u kif ukoll mid-direzzjoni politika dwar l-ambjent. B'mod speċjali bid-deċizjoni li policies kontroversjali u ħżiena jinżammu u li dawk li jiddeċiedu fl- awtoritajiet jkunu pappagalli tal-Gvern. €700 miljun f 'Project Green mhuwiex żball u jekk il-Gvern irid ikun sinċier għandu jkun hemm sforz kollettiv f 'iniċjattivi ambjentali li jħarsu l-ambjent li diġà għandna u li qiegħed jiġi mhedded mill-iżvilupp żejjed u bla bżonn. Project Green: tajjeb - imma ma jista' qatt jissostitwixxi l-ambjent tagħna