Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167
opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Erbgħa snin nirrapreżentakom 14 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum D iġa' għaddew erbgħa snin minn mindu l-poplu Għawdxi u Mal- ti ivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Fl-elez- zjonijiet tal-2019, il-poplu Malti u Għawdxi mhux biss ta' fiduċja lill-Partit Laburista, imma wkoll, għall-ewwel darba, eleġġieni bħala l-ewwel Membru Parlam- entari Ewropew Għawdxija – xi ħaġa li tkompli timlini b'aktar kuraġġ biex inkompli naħdem bis-sħiħ sabiex din il-fiduċja nsarraa f 'aktar ħidma sfieqa favur pajjiżna. Matul dawn l-erbgħa snin, kelli ċ-ċans naħdem fuq diversi punti pertinenti – punti li għalkemm uħud minnhom jidhru astratti u kumplessi mal- ewwel daqqa t'għajn, jaffetwaw lin-nies b'mod dirett. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix per eżempju, il-ħidma biex l-aċċess għall-internet jiġi rikonoxxut bħala dritt fundamentali. Din kienet proposta li imbuttajt b'mod dirett mal-Kummissjoni Ewropea, waqt il-Konferenza għall-Futur tal-Ewropa, kif ukoll mas-Soċjalisti Ewropej. Proposta li, intant, il-Grupp Soċjalista addotta fid-dokument ta' Politika Diġitali tiegħu. Din il-proposta tifforma biss parti minn sensiela ta' ħidma li nwettaq b'mod kontinwu sabiex ikollna qasam diġitali aktar inklussiv. Intant, matul dawn l-erbgħa snin kont ninnegozja diversi liġijiet diġitali f 'isem is-Soċjalisti. Fost dawn, kien hemm ħidma fuq il-liġijiet il-ġodda dwar l-intelliġenza artifiċjali u d-data, kif ukoll il-Programm għad- Deċenju Diġitali, fejn ħdimt biex ikollna programm b'saħħtu mal-Membri Stati sabiex nilħqu diversi miri importanti fil-qasam diġitali sas-sena 2030. Fost, dawn il-miri, irridu naraw li 80% tal-popolazzjoni jkollhom ħiliet diġitali bażiċi, kif ukoll li n-negozji żgħar u medji tagħna jilħqu livell ta' intensita' diġitali bażika ta' 90% sat-tmiem tad- deċenju. Fil-Kumitat tal-Industrija u t-Teknoloġija attwalment għaddejja wkoll b'ħidma fuq l-Att Ewropew dwar l-Interoperabbilta' bl-għan li nsaħħu l-effiċjenza tas- servizzi pubbliċi offruti online, u għadni kemm ġejt maħtura wkoll bħala negozjatriċi ewlenija b'rabta mar-Regolament dwar is-servizzi tas-'cyber security', qasam li wkoll għandu impatt dirett fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum. Dan hekk kif f 'dinja li qed tkompli tiżviluppa dejjem aktar "online", is-sigurta' li rridu nassiguraw m'għadhiex biss dik fiżika. Għaldaqstant, bħalma nipproteġu ħwejjiġna li huma fiżiċi, hekk ukoll irridu nipproteġu d-data tagħna online u diġitali. Il-ħidma ma naqsitx ukoll fil-qasam tal-gżejjer – bix- xieraq, wara kollox, bħala Għawdxija u Maltija li nista' niem sew l-isfidi u r-realtajiet relatati! F'dan il-qasam, bħala n-negozjatriċi f 'isem is- Soċjalisti u l-Viċi President tal-Intergrupp tal-Gżejjer u ż-Żoni Kostali, ħdimt qatiegħ għal Rapport b'saħħtu min- naħa tal-Parlament Ewropew li jesiġi li jkun hemm Patt favur il-Gżejjer Ewropej u politika speċifika tal-Unjoni Ewropea b'azzjonijiet konkreti għall-isfidi affaċjati mill-gżejjer tagħna, inkluż l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport. Dan bħala punt ta' ġustizzja soċjali għal dawk ġejjin minn gżejjer bħalna. Ilkoll nafu li waqt il-pandemija, u anke lil hinn, rajna problemi fil-qasam tal-loġistika u anke inflazzjoni relatata. Għaldaqstant, f 'ħidmieti fil-Kumitati li nifforma parti minnhom, nimbotta dejjem għal ekwita' ma' pajjiżi tal-kontinent. Fost il-liġijiet li ġejt fdata naħdem fuqhom fil-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu bħalissa hemm ir-Regolament dwar il-Kirjiet Qosra, li hu qasam importanti għas-settur turistiku Malti u Għawdxi. Skont rapport tal-Bank Ċentrali, in-numru t'appartamenti Maltin fuq is-sit AirBnB, li hi biss waħda mill-pjattaformi rinomati li jiffaċilitaw il-kiri ta' din it-tip ta' akkomodazzjoni online, żdied b'rata fenomenali. Il-ħidma fil-qasam soċjali kompliet tintensifika wkoll. Bħala l-unika membru Maltija fil-Kumitat għall-Istrateġija ta' wara l-COVID qed inkompli nisħaq li biex l-irkupru mill- pandemija ikun wieħed verament b'saħħtu u ħolistiku, ma nistgħux ma npoġġux l-attenzjoni u r-riżorsi meritati fejn jidħol il-qasam soċjali. Insemmi biss it eżempji - l-impatt fuq is-saħħa mentali, il-vjolenza domestika, l-impatt fuq l-anzjani u t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li kellhom jiċċaħdu mill-kuntatt mal-għeżież tagħhom u mis- soċjalizzazzjoni rispettivament. Din kienet biss parti mill- ħidma li wettaqt u qed inwettaq f 'isimkom. Pero', ippermettuli nagħlaq dan l-artiklu b'ringrazzjament meritat. Ringrazzjament lilkom li urejtuni fiduċja erbgħa snin ilu. Min-naħa tiegħi nista' nassigurakom minn ħaġa waħda - li ser inkompli nagħmel l-almu tiegħi biex inkun il-vuċi tagħkom u nressaq 'il quddiem l-aħjar interess ta' pajjiżna fil-Parlament Ewropew. Il-ħidma tkompli! Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Josianne Cutajar Nassigurakom ħaġa waħda - li ser inkompli nagħmel l-almu tiegħi biex inkun il-vuċi tagħkom u nressaq 'il quddiem l-aħjar interess ta' pajjiżna fil-Parlament Ewropew