Illum previous editions

ILLUM 11 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501167

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

Apparti l-partitarji la l-Prim ministru Robert Abela u lanqas il-Ministru Silvio Schembri ma kienu lesti jaffaċċjaw din l-idea. Schembri fuq kollox qal li l-mudell jekk jinbidel irid ikun ibbażat fuq il-fatt li jekk jiġi investiment barrani ma jkunx dipendenti daqstant fuq numri ta' impjegati. Persuna midħla tal-Partit Laburista qal li l-Ministru Caruana jaf li biex tieqaf id-dipendenza fuq il-ħaddiema barranin il-Gvern irid ibiddel id-direzzjoni li qabad u li għaldaqstant jimpjega eluf ta' ħaddiema bla snajja sewwa direttament fil-Gvern u kif ukoll fl-aġenziji tal-Gvern. Tant hu hekk, li ħafna Maltin lesti joqgħodu komdi jaħdmu mal-Gvern, fejn hemm kultura ta' skartar u kif ukoll nuqqas ta'dixxiplina u li għal kull biċċa xogħol hemm tlieta minn nies. Illum jidher ċar lil l-Maltin mhumiex jaħdmu fil-catering, fl- ospitalità u fil-kostruzzjoni. Agħar minn hekk, is-sors tagħna mill-Partit Laburista qal li kulħadd jaf li Clyde qed jipponta għal fuq. Ma jitlifix mument u ma jgħaddix kummenti diżpreġjattivi kontra l-Prim Ministru. Issa qed jipprova jagħmilha tal-ħelu u jbiddel is- sewwa magħruf. Meta jaf li l-pajjiż ma jistax ibiddel ir-rotta issa." Intant anke Bernard Grech, bħala Kap tal-Oppożizzjoni saħaq fuq il-bżonn li jinbiddel il-mudell ekonomiku fejn Malta tispiċċa dipendenti fuq popolazzjoni tal-barranin. Iżda d-diskors li ġie deskritt minn xi wħud bħala xenofobu ma offrix soluzzjonijiet alternattivi biex jimtlew il-postijiet battala li hemm fil-lukandi u kif ukoll fis-settur tal-kostruzzjoni. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 11 TA' ĠUNJU 2023 • illum Il-Maltin iridu joqgħodu komdi d-dar 03 Tkompli minn paġna 1 Clayton Bartolo u Stefan Zrinzo Azzopardi jibqgħu siekta Huwa ikkonfermat li fit-23 ta' Ġunju numru ta' għaqdiet ambjentali se jiltaqgħu mal- Prim Ministru Robert Abela. Is-sors tal-ILLUM qal illi m'għandhomx aspettattivi kbar dwar x'jista' jirriżulta f 'din il- laqgħa. Tant hu hekk li s-sors qalet illi l-aħħar darba li ltaqgħu mal-Prim Ministru, "ma ħareġ xejn konkret. Ħafna paroli u xejn azzjoni. Issa għadda ż-żmien tal-paroli, hemm bżonn ta' azzjoni immedjata u dan jinkludi bidla fil-policies u kif ukoll r-rieda li ssir xi ħaġa." Fakkar li Kemmuna għandha tliet sfidi kbar: l-influss ta' turisti u l-Maltin u l-Għawdxin li jżuruha, l-iżvilupp ta' Melo Hili u d-dgħajjes ħadu l-bajjiet u għamluha tagħhom. "Mil- lat turistiku, ambjentali u ta' ippjanar assolutmanet ma jistax ikun li nibqgħu naċċettaw kollox," qal is-sors. Fl-aħħar huwa qal illi l-Minitru Dalli "qed turina kemm qegħda hemm għal xejn. Ara x'ġara fl-iżvilupp propost fis-Simar mill-Perit Tancred Mifsud. Allajbierek ma sabu l-ebda raġuni għaliex joġġezzjonaw għall- appartamenti ma' ġenb riserva naturali." Tkompli minn paġna 1 Eluf ta' turisti kuljum qed iħallu dannu irrevokabbli fuq Kemmuna,sit ta' Natura 2000

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 June 2023