Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674
tal-kannabis iwassal għall-użu 13 analiżi IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum Iwieġeb Andrew Bonello, il-President ta' ReLeaf Malta Il-'gateway theory' ilha għal numru ta' snin fiċ- ċentru ta' dibattitu wiesa' u kontroversjali. Din tgħid illi l-użu tal-kannabis jista' jwassal biex individwi eventwalment jibdew jagħmlu użu minn sustanzi ferm aktar perikolużi u li jistgħu jikkawżaw dipendenzi. Minkejja dan, meta wieħed jeżaminaha aktar mill-qrib, jinduna li din it- teorija mhix issustanzjata minn evidenza u aktar hija ibbażata fuq biża' milli data empirika. Waħda mill-ikbar difetti ta' din it-teorija hija l-fatt li tfalli milli tistabilixxi relazzjoni kawżali bejn l-użu tal-kannabis għal użu ieħor ta' droga sussegwenti. F'dan il-każ, nagħmel referenza għall-frażi Ingliża "correlation does not imply causation" u nenfasizza li huwa essenzjali li nagħmlu distinzjoni bejn kawżi oħra li jistgħu jikkawżaw dipendenzi. Filwaqt li huwa minnu li xi individwi li jagħmlu użu mil- kannabis, għandhom aktar ċans li jagħmlu użu minn sustanzi oħra eventwalment, dan ma jfissirx li l-kannabis awtomatikament se jwassal għal dipendenzi oħra. Numru ta' studji oħra naqsu milli jistabilixxu konnessjoni diretta u konsistenti bejn l-użu tal-kannabis u użu oħra ta' drogi aktar perikoluża. Fil-fatt il-maġġoranza ta' persuni li jagħmlu użu mill-kannabis ma jagħmlux użu minn drogi oħra bħalma huma l-kannabis jew eroina, fost oħrajn. Dan jindika li fatturi bħal predispożizzjoni, l-ambjent soċjali u ċirkustanzi personali għandhom irwol ferm aktar sinifikanti għal dak li jimmotiva persuna aktar biex jagħmel użu mis-sustanzi, mill-kannabis innifsu. Għaldaqstant, din it- teorija tfalli milli tikkonsidra spjegazzjonijiet alternattivi għall-assoċjazzjonijiet li ġew osservati. Eżempju ta' dan huwa li individwi li għandhom it-tendenza li jieħdu aktar riskji jew li għandhom predispożizzjoni ġenetika għall-abbuż ta' sustanzi huma aktar fiċ-ċans li jużaw tipi ta' drogi differenti, inkluż il-kannabis. Fatturi soċjo- ekonomiċi, kwisjonijiet ta' saħħa mentali u influwenza minn tal-madwar huma lkoll kontributuri għall-użu ta' drogi li jindikaw li t-teorija hija wisq simplistika. Pajjiżi li adottaw policies progressivi fir-rigward ta' drogi u implimentaw id- dekriminalizzazzjoni jew legalizzazzjoni tal-kannabis ma esperjenzawx żieda fl- użu ta' sustanzi bħal kokaina u eroina fost oħrajn. Tant hu hekk illi ċertu ġurisdizzjonijiet osservaw tnaqqis b'mod ġenerali fl-użu tad-droga. Dawn huma eżempji reali li jkomplu jxejjnu l-fatt illi hemm fatturi oħra li jwasslu għall-użu ta' sustanzi perikolużi. Huwa kruċjali li l-policies jiġu implimentati u indirizzati bl- evidenza li hemm quddiemna. Billi nipperpetwaw il-gateway theory tal-kannabis, qed nirriskjaw li nimplimentaw policies żbaljati li jiffukaw fuq miżuri punittivi aktar milli fuq is-saħħa pubblika u l-harm reduction. Minflok għandna nagħtu prijorità lill- edukazzjoni, il-prevenzjoni u interventi immirati għal dawk l-aktar f 'riskju. Dan l-aproċċ jirrikonoxxi l-kumplessità tal- użu tas-sustanzi perikolużi u jindiriza l-fatturi li jikkontribwixxu għal użu problematiku tad-droga. Biex nikkonkludi, id- deċiżjoni ta' Malta li parzjalment tiddekriminalizza l-kannabis f 'Diċembru tal- 2021 jirrappreżenta pass sinifikanti fit-triq it-tajba favur poltika progressiva. Jekk jirnexxielna niġġieldu l-istigma, nippromwovu l-użu responsabbli tal-kannabis u ninsew il-gateway theory Malta jirnexxielha tibni soċjetà aktar inklussiva. B'aktar sforz nistgħu nkunu ta' eżempju għal pajjiżi oħra fuq kif nindirizzaw il-policies b'aktar kompassjoni u b'evidenza.