Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

Carmel Cacopardo huwa eks Chairperson u membru attiv tal-ADPD Carmel Cacoapardo opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Oppożizzjoni għar-restawr tan-natura 16 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum I l-Parlament Ewropew preżentament qiegħed jid- diksuti l-qagħda tal-bijodi- versita fl-Unjoni Ewropeja u l-ħtieġa urgenti li din tkun restaw- rata. Dan qed isir f 'kuntest tad-di- battitu li għaddej dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropeja fuq regolamenti dwar restawr tan-nat- ura, element essenzjali tal-Pjan l-Aħdar (Green Deal) tal-Unjoni Ewropea. Il-ħsara akkumulata kkawżata mill-bniedem lin-natura u lill-proċessi naturali hi waħda sostanzjali. Tħares kif tħares lejha, din il-ħsara għandha impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll. Hu impatt fuq dak li hu essenzjali għall-eżistenza tal-ħajja innifisha: fuq il-klima, fuq il-kwalità tal-arja, kif ukoll fuq il-biedja u fuq il-kapaċità li nipproduċu l-ikel. Meta in-natura ġġarrab il-ħsara, dan hu rifless ukoll f 'impatti ekonomiċi kif jidher ċar fl-istudju dwar l-ekonomija tal-bijodiversita ikkordinat mill- Professur Sir Parta Dasgupta mill-Università ta' Cambridge fl-2021. Il-ħarsien u r-restawr tan-natura hu diġà l-iskop ta' diversi inizjattivi, mhux biss fuq livell Ewropew. Fuq livell globali hemm il- ħidma li qed issir bħala parti minn xogħol il-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversita, iffirmata fl-1992 f 'Rio waqt is-Summit ambjentali. Fis-summit dwar il- bijodiversità li sar f ' Montreal iktar kmieni din is-sena, l-komunità internazzjonali għamlet pass kbir il-quddiem meta ftehmet dwar trattat fuq il-ħarsien tas-saħħa tal-ibħra, ftehim li dwaru diġa ktibt f 'dawn il-paġni (Illum 12 ta' Marzu 2023: Il-legat ta' Arvid Pardo: niskopru mill-ġdid il- vokazzjoni marittima.) F'livell ta' Unjoni Ewropeja hemm diversi regoli li jservu ta' gwida għall-istati membri dwar tmexxija sostenibbli f 'diversi oqsma. Minkejja dan, il-qagħda tal-bijodiversità qatt ma kienet daqshekk ħażina. Il-ħarsien tal-bijodiversità hu xogħol kontinwu, li sfortunatament jimxi bil-mod wisq. L-iskop ta' dawn ir-regoli għar-restawr tan-natura huwa biex ikunu ndirizzati l-ekosistemi fi stat ta' degradazzjoni u dan billi jkun hemm koordinazzjoni effettiva ħalli tkun implimentata aħjar legislazzjoni eżistenti. Dan ikun ta' kontribut biex possibilment ikunu ndirizzati b'mod adegwat il-miri tal-Unjoni Ewropeja dwar it-tibdil fil-klima. ir-regolamenti proposti jfasslu miri dwar ir-restawr tal- ekosistemi fuq l-art, mal-kosta, fl-ilma ħelu u fl-ibħra. Jimmiraw ukoll dwar il-ħtieġa li ma jintilfux spazji miftuħa ħodor fiż-żona urbana, inkluż li ż-żoni imħaddra fl-ibliet u l-irħula tagħna ma jonqsux. Il-proposta tindirizza ukoll il-ħarsien tar- riżorsi tal-ilma kif ukoll ir- restawr tal-ekosistemi agrikoli u tad-dakkara (pollinators), bħalissa taħt theddida iktar minn qatt qabel. Ikun meħtieġ li l-istati membri jħejju pjan nazzjonali li jidentifka l-miżuri meħtieġa għar-restawr ta' dan kollu b'identifikazzjoni ta' miri ċari. L-Unjoni Ewropeja qed tippjana li talloka €100 biljun għal dan kollu. L-abbozz ta' regolamenti dwar ir-restawr tan-natura li dwaru kien hemm vot fil-Kumitat Parlamentari Ambjentali tal-Parlament Ewropew nhar il-Ħamis bil-kemm ġie approvat. Irnexxielu, għalissa, jsalva kemm kemm minn attakk feroċi ikkoordinat mill-Partit Popolari Ewropew (EPP) appoġġat mill- allejati parlamentari tiegħu fuq il-lemin. Il-futur ta' dawn ir- regolamenti dwar ir-restawr tan-natura, f 'dan il-punt, huwa xi ftit inċert. Qegħdin viċin wisq tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u forsi mhux l-aħjar żmien għal diskussjoni ta' din ix-xorta. Il-Corporate Europe Observatory, li jsegwi il- lobbying fuq livell Ewropew, iktar kmieni din il-ġimgħa irrapporta li l-forzi tal-lemin fil-Parlament Ewropew huma determinati li joqtul kull inizjattiva li baqa' mill-Ftehim l-Aħdar (Green Deal) fi pjan biex jirbħu l-voti tan-negozji u tal-bdiewa fl-elezzjonijiet li ġejjin. Fl-elezzjonijiet riċenti ġewwa l-Olanda, il-partit ġdid BBB (partit agrarju, lemini u populist) li sar l-ikbar partit fil-pajjiż jidher li kien il-kawża biex il-Partit Popolari Ewropew jintensifika l-opposizzjoni tiegħu għall-miżuri li jirriżultaw mill-Ftehim l-Aħdar (Green Deal). F'dan il-qasam, il-futur hu mċajpar. Iktar ma ndumu ma niddeċiedu u naġixxu inqas ser ikun hemm ċans li l-ġenerazzjonijiet futuri jirtu dinja li fiha jistgħu jgħixu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023