Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

13 opinjoni IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum Carmel Cacopardo huwa eks Chairperson u membru attiv tal-ADPD Carmel Cacoapardo L-importanza tan-natura f'ħajjitna I ktar kmieni din il-ġimgħa, l-Kunsill tal-Ministri għall-Ambjent tal-Unjoni Ewropea, approva pożizz- joni komuni dwar regolamenti tal-Unjoni biex tkun irrestawrata n-natura. Seba' pajjiżi membri, għal raġunijiet differenti, ma qab- lux ma' dan. Il-Polonja, l-Olanda, l-Italja, l-Finlandja u l-iSvezja ivvutaw kontra filwaqt li l-Belġ- ju u l-Awstrija astjenew. Malta appoġġat dan il-pass: inizjattiva legali bażika biex ikun impli- mentat il-Ftehim l-Aħdar (Green Deal) li jonora l-obbligi li dħalna għalihom fis-Summit Klimatiku ta' Pariġi tal-2015. Għad ma napprezzaw biżżejjed l-importanza tan-natura fil- ħajja tagħna. Sfortunatament, ġeneralment ma nagħtux kas. L-importanza tan-natura f 'ħajjtna ma tfissirx biss li nipprovdu spazji miuħa u ħodor bħala spazju rikreattiv fiż-żoni urbani u madwarhom. Fl-aħħar, in-natura hi dik li tagħmel il-ħajja possibli. Mingħajr in-natura u s-servizzi li din toffri, il-ħajja mhiex possibli. Bħala eżempju, ħafna drabi jkun emfasizzat illi li kieku kellha tisparixxi n-naħla, il-bniedem ma jgħix iktar minn erba' snin minn dak il-waqt. Bla naħla ifisser li ma jkunx hemm id-dakra, li tfisser li m'hemmx pjanti. L-ikel it it jispiċċa. Il-ħajja kollha tiġi fit- tmiem. Il-ħolqien ta' spazji miuħa u ħodor, inkella iż-żamma ta' dawk li għandna diġà f 'kundizzjoni tajba, mhiex politika ħażina. Din il-politika, imma, bl-ebda mod ma tista' tkun sostitut għall-ħtieġa li nħarsu l-bijodiversità fil-kuntest naturali tagħha. L-anqas ma tista' tkun sostitut għall-politika li tħares l-art agrikola mill-iżvilupp, irrispettivament mill-kwalità ta' din ir-raba' li uħud, li jħarsu sal- pont ta' mneħirhom iqisu bħala żviluppabbli. Li żewġ miljun metru kwadru ta' art li kienet parti mill-ODZ ngħataw għall- iżvilupp kienet u għadha dagħwa kbira. L-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni li fl-2006 għamel dan possibli għandu jitħassar minnufih jekk il- kliem sabiħ kollu li jgħidu dwar l-ambjent għandu jkollu xi tifsira tajba. Għalfejn noħolqu riżervi jew żoni protetti fl-art jew fil-baħar? It-tikketta ta' status protett irid ikun segwit minn azzjoni serja li teħtieġ li tassigura li z-zoni protetti mhux biss nieħdu ħsiebhom imma fuq kollox li nibdew il-proċess ta' restawr tagħhom biex nagħmlu tajjeb għall-ħsara akkumulata li dawn sofrew tul is-snin. Dan hu l-iskop tad-dibattitu kurrenti fl-Unjoni Ewropeja dwar il-ħtieġa ta' restawr tan- natura. Id-dokumentazzjoni li tipprovdi l-Kummissjoni Ewropea biex tfisser u tissustanzja l-proposta tagħha u l-urġenza tal-azzjoni meħtieġa biex in-natura tkun riabilitata fl-Unjoni kollha temfasizza li 81% taż-żoni protetti huma fi stat ħażin ħafna. L-analiżi tal-impatti tal- proposta, mifruxa fi 12-il parti u ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropeja tispjega li investiment fir-restawr tan-natura huwa pass effettiv. Kull ewro minfuq joħloq bejn €8 u €38 f 'valur ekonomiku miżjud u dan riżultat tat-tisħiħ tas-servizzi ekoloġiċi li jagħtu appoġġ lis-sigurtà fil-produzzjoni tal-ikel, fil-ħarsien tal-klima, tal- ekosistema innifisha u tas-saħħa umana. U issa? Malta illum tifforma parti minn maġġoranza żgħira fil-Kunsill tal-Ministri għall- Ambjent li appoġġat lill- Kummissjoni Ewropea fl-isforzi tagħha biex toħloq dan il-qafas regolatorju ħalli tkun irrestawrata n-natura. Cyrus Engerer, l-uniku Membru Parlamentari Ewropew Malti fil-kumitat ambjentali tal-Parlament Ewropew ukoll appoġġa l-proposta tal- Kummissjoni Ewropeja meta din ġiet għall-vot. B'hekk ta kontribut biex tingħeleb l-isfida tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) li ried jimmina din l-inizjattiva. Il-passi li jmiss huma kruċjali. Jeħtieġ li nimxu 'l quddiem u mill-paroli favur l-ambjent ngħaddu għall-ħarsien effettiv li jrażżan id-defiċit ambjentali li qiegħed dejjem jiżdied. Hu biss f 'dak il-waqt li nkunu nistgħu b'mod rejalistiku ngħaddu għar-rijabilitazzjoni u r-restawr tal-ambjenti naturali protetti u tal-eko-sistema in ġenerali. Jeħtieġ li napprezzaw iktar in- natura. Qabel ma jkun tard wisq. Li żewġ miljun metru kwadru ta' art li kienet parti mill-ODZ ngħataw għall- iżvilupp kienet u għadha dagħwa kbira. L-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni li fl-2006 għamel dan possibli għandu jitħassar minnufih jekk il-kliem sabiħ kollu li jgħidu dwar l-ambjent għandu jkollu xi tifsira tajba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023