Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

Keith Azzopardi Tanti huwa Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Il-bżonn tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-industrija lokali 16 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum I r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol importanti ferm biex titkabbar l-ekonom- ija u l-kompetittività ta' kwalunkwe pajjiż madwar id-dinja, inkluż Malta. F'dawn l-aħħar snin rajna kif ir-riċerka qed tiġi sfruttatta globalment biex ittejjeb il-kwalità ta' ħajja tan-nies, fosthom billi tipprov- di avvanzi teknoloġiċi li jiffaċilitaw l-andament tal-ħajja, mediċina li kapaċi teqred il-mard eżistenti, kif ukoll tagħmel tajjeb għal sitwazz- jonijiet ta' kriżi li d-dinja kapaċi ssib ruħha fihom. Rajna kif ir-riċerka u l-innovazzjoni kienu essenzjali fil-pandemija tal-Covid-19 li faqqgħet riċentament. Permezz ta' riċerka estensiva b'investiment ta' miljuni ta' flus, il-kumpaniji globali rnexxielhom jiskopru l-antitodu tal-vaċċin u b'hekk il-marda qalila li qerdet numru kbir ta' ħajjiet setgħet tiġi kkontrollata, għalkemm mhux meqruda għal kollox. Malta kienet minn ta' quddiem sabiex irnexxielha tikseb il-vaċċin u tħares is-saħħa taċ-ċittadini tagħha. Dan kollu seħħ mingħajr ħlas, għal kuntrarju ta' pajjiżi oħra, grazzi għall-istabbilità ekonomika li Malta rnexxielha tikseb f 'dawn l-aħħar snin frott l-investiment għaqli tal-Gvern Laburista. Stabbilità ekonomika li ppermettiet liċ-ċittadini kollha li jaħdmu f 'pajjiżna biex jirċievu introjtu ta' €800 fix-xahar minkejja li ma kellhomx aċċess li jaħdmu wara li Malta, l-istess kif ġara f 'pajjiżi oħra madwar id-dinja, ġiet iddikjarata magħluqa f 'lockdown bil-għan li ma jibqax jinfirex il-mard. Li kieku ma kienx għall- għaqal ta' Gvern Laburista, il-pajjiż kollu kien jistgħaġna u jdum ma jerġa' jqum fuq saqajh. Issa jmissna nagħmlu l-pass li jmiss bħala pajjiż. F'Malta rridu nsaħħu l-kultura tal-importanza tar-riċerka. Diġà bdejna f 'dawn l-aħħar snin ninvestu f 'aktar riċerka f 'diversi setturi, fosthom b'istituzzjonijiet akkademiċi bħall-Università ta' Malta u l-MCAST, kif ukoll permezz tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi. Dan il-Kunsill għandu l-għan li jqassam il-fondi mgħotija mill-Gvern indirizzati għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll jgħinu b'mod professjonali għall-applikazzjonijiet ta' fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari mill-programm Horizon Europe. Ir-riżultati tal-proġetti li permezz tal-MCST qegħdin isiru qed narawhom illum-il ġurnata b'diversi innovazzjonijiet li kapaċi jsaħħu l-ekonomija ta' pajjiżna u jgħinu aktar is-setturi mfassla għalihom. Kemm ilni fil-kariga ta' Segretarju Parlamentari responsabbli mir- riċerka tajt bidu sabiex is-settur privat ikun inkluż aktar fl-oqsma tar-riċerka. L-industrija hija importanti ferm sabiex l-ekonomija tissaħħaħ u tibqa' ddur ir-rota tax-xogħol. Ir-rekord tal-inqas rata ta' qagħad fl-istorja ta' pajjiżna hija wkoll grazzi għat- tkabbir fl-industrija lokali. Bħala Gvern qegħdin nagħmlu minn kollox sabiex l-industrija tkompli tinvesti u tkabbar l-operat tagħha b'diversi skemi li minn żmien għal żmien qegħdin noffru. Fost dawn l-inizjattivi, irridu li aktar riċerka timxi mal-ħtieġa tal-industrija lokali biex l-investiment li jsir ikun wieħed produttiv u essenzjali għal pajjiżna. Inutli li ssir riċerka li ma ssibx lok fid-dinja tax-xogħol. Diġa' bdejna bi skemi biex dawk li jiggradwaw bid-dottorat mill- Università jkunu jistgħu jwettqu proġetti ta' riċerka mal-industrija lokali għall-benefiċċju taż-żewġ partijiet. B'hekk, dawk l-istudenti li wara l-istudji tagħhom jiġu mgħonija bid-dottorat, ma jkollhomx għalfejn jitilqu 'l barra minn xtutna sabiex ikollhom opportunità ta' xogħol, kif kien qiegħed jiġri sa żminijiet riċenti. Aħna rridu li l-imħuħ brillanti lokali li nkunu investejna fihom biex iwettqu l-istudji tagħhom, jibqgħu f 'pajjiżna u jaħdmu sabiex intejbu l-kwalità li għandna u li preżentament qegħdin nipprovdu. Issa jmiss li nkomplu nżidu dan l-investiment billi nipprovdu inċentiv finanzjarju lil dawk l-istudenti li għadhom qegħdin jistudjaw fl-istituzzjonijiet akkademiċi ta' pajjiżna fil- qasam tar-riċerka, bil-għan li l-istudju tagħhom ikun propju indirizzat għall-industrija lokali. B'ideat u proġetti innovattivi, l-industrija tista' tkompli tikber u l-imħuħ brillanti maħruġa mill- istituzzjonijiet akkademiċi tagħna jsibu l-opportunità ta' xogħol fil- qasam li jixtiequ. Għada pitgħada din iż-żerriegħa li qegħdin niżirgħu llum bir-riċerka fl-industrija lokali se tħalli l-frott mixtieq, kemm f 'Malta kif ukoll 'il barra minn pajjiżna. Bħal dejjem, iż-żmien jagħtina parir. Carmel Cacopardo Id-dibattitu dwar l-abort: dan għadu l-bidu L-approvazzjoni tal-abbozz ta' liġi numru 28 ma jġibx id-dibattitu dwar l-abort fit-tmiem. Dan għadu biss il-bidu tad-diskussjoni. Il-proposti oriġinali fl-abbozz kienu jagħtu it tama: kienu bidu raġjonevoli għal dibattitu li ilu ostakolat is-snin. Mhux normali, li l-Kap tal-Istat jieħu sehem f 'dibattitu politiku kontroversjali, irrispettivament mill-mod kif dan jagħmlu. "Kulħadd jaf kif naħsibha", kien qal il-President Vella lill-istampa, f 'Diċembru li għadda. Il-pressjoni, li hu magħruf li saret kontra kull emenda li tista' tiniehem favur l-abort, kienet enormi. Minbarra dan, b'mod pubbliku ikkomunika l-intenzjoni tiegħu li kemm-il darba l-Parlament japprova liġi dwar l-abort, hu jirreżenja. B'dan il-mod kien qed jagħti appoġġ sħiħ lill-elementi konservattivi kemm fil-Partit Laburista kif ukoll barra minnu. Riżultat ta' dan ġab lil Robert Abela u lil Chris Fearne politikament għarkuptejhom tant li kellhom jibdlu l-kontenut tal- abbozz 28. Ħtija ta' din il-pressjoni, il-Partit Laburista ċeda u addotta l-posizzjoni politika tal-Oppożizzjoni. Fil-Parlament, il-PLPN ippreżentaw front komuni. Ma tagħrafx wieħed mill-ieħor. Kif qal tant tajjeb George Orwell f 'Animal Farm: Il-ħlejjaq ta' barra ħarsu lejn il-ħnieżer u lejn il- bnedmin, lejn il-bnedmin u lejn il- ħnieżer, mill-ġdid; iżda ma setgħux jimu min kien il-bniedem u min kien l-annimal(they looked from pig to man and from man to pig again, and could not tell which was which!) Il-membru Parlamentari tal-PN Claudette Buttigieg, fil-Kumitat Parlamentari għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġijiet, nhar it-Tnejn, emfasizzat li l-PN kien konsistenti tul id-dibattitu. Il-Labour, min-naħa l-oħra, warrab l-abbozz tiegħu u addotta l-pożizzjoni konservattiva tal-PN. Il-forzi konservattivi issa għandhom front wieħed, kompatt, rappreżentat mill-PLPN li flimkien, unanimament, approvaw l-Abbozz 28. Imma issa qed jinstema ukoll xi kliem li l-fundamentalisti tal-lemin qed jikkunsidraw li jiġbru l-firem għal referendum abrogattiv dwar l-abort, għax fil-fehma tagħhom l-emendi għall-Kodiċi Kriminali jintroduċu l-abort fil-pajjiż! Jagħmlu x'jagħmlu l-fundamentalisti, l-proċess ta' referendum abrogattiv jista' jkun opportunità unika biex ikun sfidat il-kunsens konservattiv tal-PLPN. Hu ukoll opportunità ta' twiddiba lil George Vella, President tar- Repubblika, li ndaħal fejn ma jesgħux. Nhar it-Tnejn, fil-Parlament, bil-mod differenti tagħhom, il-Professur Isabel Stabile, Maria Pisani minn Integra Foundation u Sandra Gauci, Chairperson ta' ADPD b'mod mill-iktar ċar fissru għaliex l-Abbozz 28, kif emendat, sar ħafna agħar milli kien. Sitwazzjoni, illum ħażina, jagħmilha agħar milli kienet, kif emfasizzat Rosianne Cutajar wara l-vot fil- Parlament. It-tibdil li sar mhux se jsalva ħajjiet. L-unika ħaga li ser issir, kif spjegat il-Professur Stabile hu li jipproteġi lit-tobba! It-triq 'il quddiem hi waħda: li jkunu skartati l-emendi li approva l-Parlament għall-Kodiċi Kriminali u minflok nibdew it-triq għad- dikriminalizzazzjoni tal-abort. Mara li tirrikorri għall-abort empatija għandha bżonn mhux persekuzzjoni mill-istat. Hu wkoll essenzjali li tinbeda t-triq għall- aċċess limitat għall-abort: mhux biss meta l-ħajja jew is-saħħa tal-mara tkun mhedda riżultat ta' tqala, imma ukoll fil-każ ta' stupru, inċest, inkella tqala mhux vijabbli. Din hi diskussjoni li sal-lum hi skartata u li għad trid issir. It-triq tal-moderazzjoni trid tkun ċara għal kulħadd, lil hinn mill- appelli emottivi tal-fundamentalisti. Inżommu l-bogħod ukoll mill- pożizzjoni estrema ta' dawk li jinsistu li teżisti xi forma ta' libertà individwali bla ebda limitu. Ir-referendum tal-2011 dwar id-divorzju saħħaħ l-għeruq tal- pluraliżmu etiku fl-aġenda politika Maltija. Kien pass irriversibbli li afferma illi fostna jirrenjaw valuri etiċi differenti, li kollha jixirqilhom protezzjoni mill-istat. L-emendi li l-PLPN approvaw fil-Parlament jitfawna lura. Jeħtieġ li narmuhom u flokhom ikollna liġijiet li jixirqu għas-seklu 21. Din hi t-triq 'il quddiem. Carmel Cacopardo huwa eks ċ-Chairperson u membru attiv tal-ADPD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023