Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085
02 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Lvant għall-Grigal forza 3 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 6 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 'Iż-żieda fil-pjanċi LY hija minħabba ż-żieda fil- populazzjoni' - il-Ministeru għat-Trasport MATTHEW FARRUGIA "Iż-żieda qawwija tal-pjanċi LY li qed jinħarġu sena wara l-oħra hija riżultat ta' diversi fatturi, fosthom iż-żieda fil-popolazzjoni ta' Malta fl-aħħar 10 snin." Din kienet l-ispjegazzjoni ta' kelliema mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, hekk kif iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tkompli tiżdied l-attenzjoni fuq il- pjanċi LY. Fl-aħħar żmien kien ġie żvelat li b'kuntrast għas-sitwazzjoni kif kienet fl-2013 fejn kienu nħarġu biss 84 pjanċa LY, bejn l-2018 u l-2023 nħarġu aktar minn 500 pjanċa ta' dan it-tip, ħlief fis-sena 2021. In- numru ta' pjanċi li qed jinħarġu saħansitra laħqu l-1026 is sena l-oħra, u dan in-numru jidher li se jinqabeż sal-aħħar ta' din is-sena, hekk kif minn Jannar sa April diġà nħarġu mal-534 pjanċa. Il-pjanċi LY jintużaw għall-karozzi magħrufa bħala 'light passenger vehicles,' u jintużaw b'mod notevoli minn kumpaniji ta' taxis. Fost dawk li qajmu aktar attenzjoni dwar din is-sitwazzjoni kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat- Trasport, Adrian Delia, li kien tkellem fost l-oħrajn dwar 'scam' li tbiegħ tags foloz ta' Transport Malta, sabiex wieħed jakkwista dawn il-pjanċi. F'risposta għal numru ta'mistoqsijiet mill-ILLUM, il- Ministeru għat-Trasport stqarr biss li b'rabta ma' din l-iscam, "il-Pulizija qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha." Meta mistoqsija dwar ir-raġuni wara ż-żieda qawwija ta' dawn il- pjanċi, iż-żieda fil-popolazzjoni, u għalhekk iż-żieda fid-domanda ssemmew bħala l-ewwel raġunijiet wara ż-żieda fil-pjanċi. Apparti dan, issemmew ukoll grants li kienu ngħataw għal karozzi "plug- in hybrid", li skont il-kelliema mill- Ministeru, "servew ukoll ta' inċentiv għal min xtaq jidħol f 'dan is-suq, suq liberalizzat li joffri alternattiva għal karozza privata." Dan l-aħħar ġie diskuss ukoll il- fatt li karozzi b'dawn it-tip ta' pjanċi jistgħu jinżammu biss f 'garaxx u mhux fit-triq, iżda kien ġie allegat li meta wieħed jirreġistra għall-pjanċi, ma jkunx hemm infurzar biex jiġi assigurat li wieħed verament għandu garaxx għall-vettura. Hawn il-Ministeru rrimarka dwar passi li ttieħdu sabiex din ir-rekwiżita tkun infurzata, hekk kif intqal li "Ir-rekwiżit li jkollok spazju fil- garaxx għal kull karozza ilu hemm, fejn fil-fatt l-operatur kien jagħmel dikjarazzjoni li tali spazju jeżisti. Li żdied huwa d-dikjarazzjoni mill- perit u sussegwentament, infurzar." Dan, skont il-Ministeru, flimkien ma passi oħra li ttieħdu, se jwasslu għal inqas abbuż u inqas karozzi li jitħallew fit-toroq waqt li ma jkunux qed joperaw. Apparti minn hekk, ingħatat ukoll spjegazzjoni tal-passi li ttieħdu minn Transport Malta sabiex jiġi indirizzat l-abbuż fit-toroq Maltin u Għawdxin, fosthom it-tibdil tar-rekwiżiti tal-kors biex wieħed jakkwista 'tag' li hija bżonnjuża sabiex jakkwista l-pjanċi LY. Hawn intqal li l-kors sar wieħed aktar rigoruż minn dak li kien magħruf bħala l-"Customer Care Course", li jinkludi kemm teorija kif ukoll prattika, mifrux fuq mhux inqas minn 35 siegħa. Ġie spjegat ukoll li Transport Malta għaddejja b'ħidma sabiex tidħol fis-seħħ bidla fil-liġijiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tax-xufiera. "Qegħdin ukoll fil- proċess sabiex nibdlu partijiet oħra minn liġijiet relatati kemm fejn jidħol infurzar, kif ukoll bħala rekwiżiti sabiex wieħed ikun jista' jaħdem bħala xufier." B'rabta mal-kummenti ta' Adrian Delia dwar is-suġġett, anke f 'kummenti li kien ta lil din il-gazzetta, il-Ministeru nnutat dak li sejħet "inkonsistenza u nuqqas ta' ħsieb tal-Oppożizzjoni, speċifikament minn Adrian Delia." Dan wara li skont il-Ministeru, "f 'ġurnata jikritika l-infurzar u l-għada jgħid li jrid jara l-infurzar." Apparti dan, intqal ukoll li Delia ma jirrispondix jekk hux bi ħsiebu jagħmel 'capping' jekk xi darba jkun Ministru. Il-Ministeru tenna li, "Hu għalhekk li l-poplu u l-industrija jibqgħu ma jafux fejn qegħdin mal-Partit Nazzjonalista li jibqa' gallarija u joffri l-baħħ fl-isfond tal- populiżmu sfrenat." Tul l-aħħar ġimgħat, il-Kelliem għall-Oppożizzjoni għat-Trasport, Adrian Delia kien voċiferu dwar is-sitwazzjoni tal-pjanċi LY. Għalhekk, il-Ministeru għat-Trasport flimkien ma' Transport Malta qalu n-naħa tagħhom, fejn anke ntqal li se jkun hemm aktar infurzar biex jiġi indirizzat l-abbuż fit-toroq Maltin