Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085
Sorsi tal-gazzetta ILLUM ikkonfermaw illi l-Air Malta se tibqa' bħala l-linja tal-ajru ta' pajjiżna minkejja li sa it xhur ilu, il-Kap Eżekuttiv tal-istess linja tal-ajru, David Curmi, ta' x'jiem li se tagħlaq il-bibien tagħha f 'Diċembru li ġej, wara snin ta' inċertezza. L-ILLUM ingħatat l-informazzjoni wkoll illi l-pjan li tiġi xolta l-Air Malta u minflok tinfetaħ kumpanija ġdida ġiet skartata għal kollox. Tajjeb li nfakkru li Curmi kien qal illi linja nazzjonali tal-ajru ġdida se tkun qed tieħu post l-Air Malta, hekk kif skont hu l-Kummissjoni Ewropea rriutat it-talba tal- Gvern Malti li tinjetta miljuni ta' fondi fil-kumpanija. Aktar kmieni l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana kien qal illi mingħajr l-injezzjoni ta' fondi mill-Kummissjoni Ewropea, il- linja nazzjonali żgur li ma kinitx se tkampa. Minkejja dan, is-sors ta' din il-gazzetta jinsab konvint illi l-Kummissjoni Ewropea lesta li tilqa' t-talbiet tal-Gvern Malti u li tkun is-salva uomo tal-linja nazzjonali. Kienet din il-gazzetta stess illi f 'April, żvelat li l-Ministru Caruana tfantas bid-dikjarazzjoni ta' Curmi, liema dikjarazzjoni hu ma kienx infurmat biha. Dakinhar, sorsi viċin il-Gvern qalu li Caruana kien sorpriż ħafna għaliex hu stess għad għandu t-tama li l-Air Malta tista' tkun salvata permezz tal-aħħar sforzi li qed jagħmel il- Gvern mal-Kummissjoni Ewropea. "Iċ-ċans hu remot, imma Caruana għadu ma qatax qalbu minkejja li l-Kummissjoni Ewropea qed tkun diffiċli ma' Malta u lanqas qed tikkunsidra l-implikazzjonijiet għall-pajjiż," qalu s-sorsi, dakinhar. Intant dan is-sors jgħid li għad hemm it-tama li l-Air Malta tagħmel il-flus u tibqa' topera mingħajr ma tikkawża dannu għal pajjiżna, kif prevvist mill-Ministru jekk pajjiżna ma jkollhiex linja nazzjonali tagħha. Fil-fatt is-sors spjega li t-tir ta' Air Malta huwa li jiġu regolati l-pagi tal-piloti kif ukoll li jkun hemm flotta ta' tmien ajruplani li joperaw b'mod konsisteni. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum Tama li l-Air Malta tilqa' t-talbiet tal-Gvern u issalva Ir-riġenerazzjoni tal-Pont tax-Shell f'Birżebbuġa tħabbret fl-20 ta' Marzu tal-2022, ftit jiem qabel l-Elezzjoni Ġenerali. Sa issa, minn informazzjoni li kisbet l-ILLUM jidher li dan il-proġett, fost numru ta' proġetti oħra fejn in-nies ta' Birżebbuġa jingħataw lura dak li ttiħdilhom, għadu fl-istadju ta' studji estensivi u għaldaqstant mhux magħruf meta se jibdew ix- xogħolijiet fuq l-istruttura Il-Pont tax-Shell f'Birżebbuġa: Għadhom qed isiru l-istudji MATTHEW FARRUGIA Il-proċess biex jitlesta' x-xogħol fuq dak li huwa magħruf bħala l-Pont tax-Shell f 'Birżebbuġa huwa wieħed twil, u sa issa jidher li m'hemmx indikazzjoni ta' meta x-xogħol se jitlesta u jinfetaħ għall-pubbliku, hekk kif kien imwiegħed. Ir-riġenerazzjoni tal-Pont tax- Shell f 'Birżebbuġa kienet tħabbret fl-20 ta' Marzu tas-sena l-oħra, fejn il-Miriam Dalli, dak iż-żmien il-Ministru għall-Enerġija, qalet li dan se jkun qed isir b'investiment ta' €4 miljun. Għal deċenji sħaħ, din l-istruttura kienet tintuża minn bastimenti li jġorru ż-żejt biex imexxu ż-żejt minn fuq il- bastiment għall-impjant 31 ta' Marzu, li jinsab faċċata tat-triq mill-pont. Wara l-għeluq tal-istess impjant fl-2021, liema impjant kien ilu jaħżen iż-żejt għal aktar minn 120 sena, il-ħażna mxiet lejn l-impjant ta' Ħas Saptan, li għall-kuntrarju tal-impjant ta' 31 ta' Marzu, huwa 'l bogħod minn żoni residenzjali. B'reazzjoni għall-mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Ambjent spjega l-proċess rigoruż u x-xogħol li jrid isir sabiex dan il-pont jingħata lill- pubbliku u fuq kollox biex il- baħar li hemm madwaru jkun jista' jintuża minn kulħadd għall- għawm u s-sajd. Hawn ġie spjegat li l-pont għad għandu l-infrastruttura li kienet tintuża b'rabta mal-ħażna tal-uwil u din l-infrastruttura, flimkien mal-infrastruttura tal- konkrit li għadha parti mill-pont, iridu jitneħħew u jiġu modifikati. Dan sabiex il-pont ikun jista' jissaħħaħ u b'hekk għad hemm il-bżonn li jiġu ssodati l-pilastri u tinbena struttura ġdida biex tkun tista' ssir żona pedonali. Din hija ż-żona li se tkun tista' tintuża għall-aċċess għall-baħar f 'forma ta' pjattaforma u taraġ. Hawn, kelliema mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Enerġija stqarret li x-xogħol li sar sa issa huwa wieħed preliminarju, li skontha, "minnhu ġew stabbiliti l-istudji tekniċi neċessarji għall-evalwazzjoni sħiħa tax- xogħol li jrid isir, kemm dak ta' manutenzjoni, riġenerazzjoni u xogħol infrastrutturali biex il-moll jinbidel fi spazju sigur bl-aktar mod sostenibbli." Hija spjegat li dan l-ippjanar estensiv u fit-tul huwa minħabba s-sensittività taż-żona, b'mod speċjali l-baħar ta' madwar il- pont. Apparti minn hekk, ġie spjegat li l-assessjar ta' dan il-proġett huwa maqsum f 'fażijiet differenti, hekk kif iż-żona trid tiġi studjata permezz ta' "spezzjonijiet strutturali, ittestjar b'diversi teknoloġiji bħal ultrasound, radjografija u georadar." Dan ix-xogħol għandu jiddetermina kemm hi b'saħħitha l-istruttura eżistenti u kemm tiflaħ iġġorr, apparti l-fatt li għad irid ikun magħruf l-istat ta' degredazzjoni tal-materjal tal-moll, li jista' jsir permezz ta' testijiet f 'laboratorju. Il-kelliema mill-Ministeru spjegat ukoll kif apparti dan kollu, hemm bżonn ukoll li "jitwettaq stħarriġ batimetriku madwar il-moll, li jeżamina l-fond tal-baħar u s-saffi ta' qiegħ il-baħar madwar l-istruttura, biex jiġu magħrufa s-saffi ta' sedimentazzjoni, fost oħrajn." Il-proċess sħiħ ta' ittestjar li għad irid jitlesta huwa l-pass li jeħtieġ li jsir għall-preparazzjoni għall-proċessi amministrattivi, fosthom dawk tal-permessi, biex biss wara li jitlesta' dan il-pass, jibda x-xogħol fuq il-pont. Għal snin twal, il-Pont tax-Shell kien assoċċjat mal-uwils, iżda anke bl-għeluq tal-impjant 31 ta' Marzu li jinsab ħdejh, din iż-żona għandha tinqaleb f 'żona miftuħa għal kulħadd Ministru Clyde Caruana