Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085
jkollhom il-kura wkoll," isostni Engerer. Apparti minn hekk, huwa nnota kif madwar id-dinja aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed jidher li l-ġlieda kontra d-droga bil-kriminalizazzjoni tagħha qed tfalli u għalhekk jemmen li hemm bżonn strateġija ġdida f 'dan il-qasam. Huwa stqarr kif "it-triq għar-rebħa ta' din il- ġlieda għandha tkun misjuba fil-komunità, b'għajnuna iffokata għal dawk li jridu u jixtiequ joħorġu mill-vizzju, fl-istess waqt edukazzjoni mhux ta' biża' u twerwir, iżda ta' fatti." B'hekk, jispjega Engerer, għandha ssir ħidma wkoll ma nies li żbaljaw b'mod kriminali minħabba d-droga, sabiex meta dawn jirrijabilitaw ruħhom ma jibqgħux esklużi mis-soċjetà, hekk kif tenna li minkejja l-iżbalji, kulħadd ħaqqu t-tieni ċans. 'Għall-ewwel darba fl-Italja qegħdin naraw id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ jiġu mnaqqra' Riċentement, Cyrus Engerer kien preżenti fil-Pride ta' Milan fl-Italja fejn tkellem dwar l-istat tad-drittijiet tal-komunità LGBTQ fil-pajjiż ġirien tagħna u kif dawn marru pass lura, minflok 'il quddiem, fl-aħħar żmien. "Għall-ewwel darba fl-Italja qegħdin naraw id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ jiġu mnaqqra, l-istess kif qed jitnaqqru d-drittijiet tan-nies, tar-refuġjati u l-iktar nies vulnerabli fis- soċjetà," jispjega Engerer. Huwa stqarr li fost l-oħrajn, fl-Italja daħlet fis-seħħ bidla li wasslet għal sitwazzjoni fejn koppji tal-istess sess li għandhom it-tfal, issa ma jistgħux ikollhom żewġ ġenituri mniżżlin fuq id-dokumenti tagħhom, iżda ġenitur wieħed biss. Innota kif dan ma jaffettwax biss lit-Taljani, iżda jeżistu effetti aktar wiesa għan-nies kollha li jgħixu fl-Italja. Engerer ikkuntrasta s-sitwazzjoni preżenti fl-Italja ma' dik f 'Malta, hekk kif tenna li, "f 'Malta għandna l-aqwa drittijiet ċivili għal persuni LGBTIQ u dan għandna nkunu kburin bihom. Għaldaqstant għandna dmir li kull fejn inkunu nuru li kull pajjiż jista' jkollu l-ugwaljanza. Dan għandna nagħmluh dejjem, speċjalment f 'dan il-mument fejn qed naraw il-qawmien tal- faxxiżmu fl-Ewropa wara ħafna snin." Sena mill-Elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew Fl-aħħar ta' din l-intervista l-ILLUM tkellmet ma' Engerer dwar l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew hekk kif issa, iż-żmien qiegħed jagħfas. Engerer tkellem dwar dak li qed jistenna' mill-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew li se jsiru s-sena d-dieħla, fejn stqarr li kull min se jivvota għandu jivvota għal dawk, "l-iktar kapaċi biex jinnegozja l-liġijiet fl-aħjar interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin." Irrimarka wkoll dwar kif wieħed għandu jħares lejn kandidati "li l-interess tagħhom mhux li jużaw il-Parlament Ewropew bħala tarġa għall- politika nazzjonali f 'Malta, iżda li jafu kif taħdem is-sistema, konxji minn dak li jkun qiegħed jiġi deċiż fil-kurituri tal-Parlament u li lesti li jiffokaw fuq ix-xogħol fuq livell Ewropew flok fuq xi distrett futur f 'Malta. illum • IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 intervista 11 m'għandhiex tkun iħallas biss' F'intervista ma' din il-gazzetta, il-Membru Ewroparlamentari Cyrus Engerer tkellem fit-tul dwar numru ta' temi kurrenti u kontroversjali li kienu jew għad irid ikunu fiċ-ċentru tad-diskussjoni nazzjonali, fosthom l-abort, l-ewtanażja l-istat tal-bini u l-iżvilupp f'pajjiżna. Engerer, voċiferu u b'mod skjett, isejjaħ għall-azzjoni immedjata li tisfida dak li dejjem sar f'ċertu setturi fosthom dak tal-ambjent