Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum 'Is-saħħa riproduttiva m'għandhiex esklussiva għal min jiflaħ iħallas aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum intervista MATTHEW FARRUGIA 'Is-saħħa riproduttiva m'għandhiex tkun esklussiva għal min jiflaħ iħallas biss' Dwar il-liġi emendata tal- abort li għaddiet aktar kmieni din il-ġimgħa, Engerer saħaq fuq l-importanza li kulħadd ikollu aċċess għas-servizzi tas- saħħa kollha li hemm bżonn. "Is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi ma għandhom qatt ikunu esklussivi għal min jiflaħ iħallas biss u jmur barra l-pajjiż," qal Engerer. Huwa nnota wkoll li għandu jiġi aċċertat li jekk persuna għandha bżonn kura, hija tmur f 'postijiet addattati bħal ma tagħmel f 'kull intervent mediku, u qal li wieħed m'għandux ikollu bżonn jirrikorri għal postijiet mhux siguri f 'każ ta' kumplikazzjonijiet. Din il-gazzetta staqsiet ukoll dwar l-ewtanażja, suġġett jaħraq u delikat li qiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, hekk kif kien ġie mwiegħed li dan is-suġġett għandu jiġi diskuss. Engerer stqarr li din id- diskussjoni, bħal diskussjonijiet oħra għandha ssir b'attenzjoni fuq il-fatti xjentifiċi u anke l-aspett tad-drittijiet tal-bniedem. Engerer starr li, "dan irid jibqa' jkun il-Gvern progressiv li jġib il-bidla bil-mandat b'saħħtu li għandu f 'dan ir-rigward." 'Tqażżist nara lil Pullicino, jirrapreżenta lil dawk li issa qegħdin jibnu din l-art fiż- Żurrieq' Din il-gazzetta staqsiet lil Engerer ukoll fuq is-sitwazzjoni tal-bini u l-iżvilupp f 'pajjiżna, liema sitwazzjoni wasslet għal protesta nazzjonali b'folla numeruża fit-toroq tal-Belt Valletta biex isemmgħu leħinhom kontra l-isfreġju ambjentali. Fuq Facebook it ġimgħat ilu, Engerer kien kiteb dwar il-każ tan-Nigret fiż-Żurrieq, fejn numru ta' residenti qed jaħdmu kontra proġett ta' żvilupp fuq art agrikola li fiha daqs 12,000 metru kwadru. Dwar dan l-iżvilupp, Engerer kien stqarr li dak li kien seħħ "fil-Planning Authority dwar iż-Żurrieq ma jistax jibqa' jiġi rrepetut!" F'kumment tiegħu ma' din l-intervista, Engerer ħares lura għal meta kien Viċi Sindku f 'Tas-Sliema, hekk kif innota li f 'dak iż-żmien kien ivvota kontra numru t'applikazzjonijiet ta' żvilupp, minkejja dik li sejjaħ pressjoni mill-Gvern, li dak iż- żmien kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Huwa tkellem ukoll dwar kif kien ipprotesta kontra l-iżvilupp mill-Università Amerikana ta' Malta f 'Bormla u Wied il-Għajn u kif bħalissa huwa membru fil-Kumitat tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew. Rigward in-Nigret, Engerer qal kif huwa segwa s-seduta tal-Awtorità tal-Ippjanar, fejn qal, "tqażżist nara lil George Pullicino li kien il-bniedem inkarigat mill-bidla tal-local plans fl-2006, jirrapreżenta lil dawk li issa qegħdin jibnu din l-art fiż-Żurrieq." Apparti minn hekk, b'mod aktar ġenerali, qal li l-istatus quo tal-ambjent għandu jiġi sfidat. "e stakes are too high!" - kemm għas-saħħa tal- ambjent nnifsu, il-biodiversità, is-saħħa fiżika tagħna, kif ukoll is-saħħa mentali tagħna," stqarr Engerer. Jekk hux fil-Parlament Malti jew dak Ewropew, Engerer ġie elett mill-poplu Malti biex jirrappreżentahom. Lil hinn mill-kritika, li ħafna jistgħu jagħmlu fuq Facebook, x'inhuma s-soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet fil-fehma ta' Engerer? Huwa semma' azzjonijiet konkreti li jistgħu jittieħdu biex jiġi protett l-ambjent, fosthom li art pubblika fi stat naturali jew agrikola, anke jekk tkun f 'żona fejn huwa permess il- bini, issir art protetta. "Nistgħu wkoll permezz tal-kostituzzjoni niproteġġu l-art kollha f 'pajjiżna 'l barra minn żona ta' żvilupp biex tibqa' naturali jew tkun tista' tintuża biss għal għanijiet ta' biedja u s-sigurtà tal-provvista tal-ikel." Engerer mar pass oltre, hekk kif stqarr li biex jiġi protett l-ambjent, hemm bżonn bidla relatata mal- qasam tal-governanza u t-tisħiħ tad-demokrazija u anke bidla fis-sistema elettorali għal waħda aktar rappreżentattiva. Apparti minn hekk, huwa semma' bidliet fil-finanzjament tal-partiti, sabiex jitwaqqfu donazzjonijiet lil partiti politiċi minn persuni u organizzazzjonijiet privati, sabiex l-istess partiti jiġu ffinanzjati biss mill-istat. Sustanzi psikadeliċi għall- kura tas-saħħa mentali Cyrus Engerer tkellem ukoll fil-passat dwar l-użu ta' sustanzi psikadeliċi u kif dawn qed jintużaw fil-qasam tal-kura tas- saħħa mentali, fejn anke appella lill-Unjoni Ewropea sabiex tħares lejn il-potenzjal ta' dawn is-sustanzi għall-kura tas-saħħa mentali. Huwa nnota kif bħalissa, numru minn dawn it-tip ta' mediċini waslu għat-tielet fażi ta' ttestjar fuq livell Ewropew u b'hekk dalwaqt se jkunu awtorizzati għas-suq Ewropew filwaqt li fl-Istati Uniti, qed isir l-istess. "Kemm ilna nisimgħu b'dipressjoni kronaka li ma tiġi mfejjqa qatt? Kemm nisimgħu li diffiċli teħles mill-PTSD? Illum jidher li nies li jbgħatu minn dawn il-kundizzjonijiet jista' Cyrus Engerer huwa membru tal-Parlament Ewropew li beda jirrappreżenta lil Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2020, meta ħa post il- Ministru Miriam Dalli Cyrus Engerer jattendi għall-attivitajiet ta' Pride f 'Milan, l-Italja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023