Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. AMANDA SPITERI GRECH X'ħajjrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik, speċjalment bħala omm? Nemmen li l-Politika hija għodda importanti ħafna biex iġġib i l - b i d l a . I l - p o l i t i k a għandha sservi ta' rappreżentanza tal-ħtiġijiet tan-nies u min-naħa tagħna bħala politiċi irridu naħdmu biex inbiddlu dan. Mingħajr ma naf inġbidt lejn il-politika minn meta l-ewwel darba kont dħalt naħdem f 'kamra tal-aħbarijiet ewlenija f 'pajjiżna. Il-qasam tax- xandir huwa għodda oħra ħafna importanti li nammetti għad inħoss ħafna n-nuqqas tiegħu. Dan għaliex matul il-medda ta' snin li għamilt naħdem fix-xandir imt kemm hu għodda unika biex iwassal firxa ta' għarfien. Minn hemm intbaħt li ħidmet il-politiku dejjem għandha tkun waħda favur in-nies. Ġewwa fija dejjem ħassejt li l-politiku għandu jkun hemm bil-għan li ntejbu ħajjet in-nies. Inbiddlu dak li hu inġust u meħtieġ. Anke' minkejja li jingħad ħafna dwar il-politiċi b'mod dispreġġjattiv, importanti li jingħad li jsir ħafna u ħafna xogħol, li ħafna drabi qajla jiġi apprezzat. Bħala omm irrid nkun ta' eżempju u katalista li naħdem għall-bidla favur uliedna kemm bniet u kemm subien b'mod ugwali u li huma effettivament se jkunu qed imexxu t-tmun ta' pajjiżna. Illum irridu nkunu hemm biex inġibu l-bidla meħtieġa favur is- soċjetà tagħna ta' għada. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Dan mhu faċli xejn, nammetti. Imma jrid ikun hemm rieda. Personalment nemmen li jrid jinħoloq bilanċ bejn il-familja, x-xogħol, l-ħajja personali u l-karriera politika. Ovvjament il-ħin tiegħi tax-xogħol twal imma jien minn dejjem emmint fil-perseveranza li hija dik li twasslek biex tikseb. Nemmen ħafna f 'viżjoni ta' fejn trid tasal, għaldaqstant jekk ikollok dik int tkun tista' twassal lilek innifsek fejn trid tasal. M'inhix persuna li nieqaf għax għajjejt izda nieqaf għax lestejt. (Fil-verità ma tlesti qatt, naf!) F'xogħlok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħolok? Bħala għalliema għal kważi 20 sena, u issa bħala avukat tal- familja, inqarreb ħafna lejn is-soċjal, l - e d u k a z z j o n i , l-familja u t-tfal. Titkellem kemm titkellem u t a ħ d e m k e m m t a ħ d e m qatt m'hu b i ż e j j e d . G ħ a n d n a b ż o n n d i v e r s i b i d l i e t u rridu nammettu li hemm sitwazzjonijiet f 'pajjiżna li qed iġibu ħafna tbatijiet fis-soċjetà. B'mod speċifiku bħala eżempju għal meta l-ġenituri jkunu għaddejjin minn proċeduri ta' separazzjoni u t-tfal jispiċċaw b' mod indirett il-vittmi. L-aspett edukattiv f 'pajjiżna huwa importanti ħafna li nixtarru sew kemm il-libsa edukattiva ta' pajjizna hi effettiva u x'bidliet huma meħtieġa kemm għal dawk it-tfal li għandhom ħiliet akkademiċi, dawk b' ħiliet tal-id u dawk it-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna. Nemmen li għandna bżonn naħdmu ħafna f 'dawn l-oqsma mhux għax mhux qed isir xogħol, anzi lil hinn min hekk, imma dawn huma oqsma li jsejsu l-bażi tas- soċjetà tagħna u rridu nibqgħu naħdmu bla heda u ma nieqfu qatt. Jien irrid inkun il-vuċi taż-żgħir bit-tama li nwassal għall-bidliet u r-riformi meħtieġa. X'tirrispondi għall-kritika li saret wara l-elezzjoni ġenerali b'rabta mal-mekkaniżmu tal- ġeneru, b'mod speċjali l-kritika li l-mekkaniżmu huwa soluzzjoni "ta' malajr" biex aktar nisa jidħlu fil-politika? Hawnhekk nemmen li rridu naħdmu ħafna u ħafna aktar. Il- mara għandha tingħata pjattaforma ħafna ikbar u mhux sempliċiment ngħidu li la għandna aktar nisa fil- parlament solvejna id-diskrepanza li kellna jew li għad għandna. Id- differenza nġibuha jekk naħdmu biex kull tifel u tifla f 'pajjiżna iħossu li għandu l-istess jedd u dritt li jaħdem u jippartiċipa f 'kull qasam. Għalkemm dan id-dritt jidher li qiegħed hemm, meta niġu għal prattika naraw li għad hemm diversi fatturi li jxekklu dan. Il- mekkaniżmu tal-ġeneru kien att korrettorju li ntuża u ġab rappreżentanza akbar ta' nisa fil- Parlament. Li kieku ma kienx hemm hu kien ikollna ħafna inqas nisa jirrappreżentawna fil-Parlament. Dan hu proċess li r-riżultat tiegħu ma tarahx minnufih. Wara kollox ta' min jgħid li m'aħnix l-uniku pajjiż li juża dan it-tip ta' mekkaniżmu fejn hemm diversi pajjiżi oħra li użawh bil-għan li jkun hemm rappreżentanza akbar b'mod ugwali. Hemm pjanijiet biex dan il- mekkaniżmu jibda' jintuża fl- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Taħseb li dan għandu jsir, anke jekk ikun għal detriment għal kandidati indipendenti jew minn partiti żgħar? It-tħaddim tal-mekkaniżmu ma jagħtikx stampa ċara minnufih iżda jitlob żmien u hu proċess sħiħ, inkluż dak kulturali. Ma ninsa qatt meta waqt il-ħidma tiegħi fil-kampanja elettorali kien hemm mara u qaltli kif iħallik ir-raġel toħroġ għall-politika. Kien hemm raġel ukoll ġibidli l-attenzjoni dwar dan u hemmhekk tibda tiem li għad hemm ħafna lok fejn naħdmu u nkabbru l-għarfien li m'hemmx mara jew raġel iżda persuna b'ħila. Jien ma ngħidx li n-nisa jġibu d-differenza iżda nemmen li rappreżentanża ugawli ġġib id-differenza biex taħdem għal soċjetà aktar bilanċjata. Tappella lil aktar ommijiet jagħżlu karriera fil-politika? Karriera politika hija ġibda ewlenija li jkollok biex taħdem favur in-nies. Mhux kwistjoni ta' ġeneru iżda ta' rieda li taħdem għall-bidla. Rappreżentanza ta' aktar nisa fil-qasam politiku hi meħtieġa. Nemmen bis-sħiħ li jekk tkun hemm għax int trid taħdem favur in-nies, huwa privileġġ li tista' tagħmel dan u d-deċiżjoni mhux la kemm toħodha jekk warajk ma jkollokx nies li lesti jkunu miegħek biex jagħtuk sostenn. Hemm element ta' sagrifiċċju kbir u mingħajr ma tkun taf dawk ta' madwarek iġorru miegħek il- piż ukoll. Minkejja dan kollu jekk għandek ir-rieda li ġġib il- bidla għandek tkun hemm biex taħdem favur il-familji, l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-vulnerabbli, t-tfal u s-soċjetà b'mod ġenerali. Għalliema, ħadmet fil-qasam tax-xandir u issa avukat tal-familja, dawn huma uħud mill-irwoli li kellha Amanda Spiteri Grech li lkoll qed isawwru l-ħidma tagħha bħala Membru Parlamentari ġdida fil-Parlament ta' Malta. Spiteri Grech temmen li f'pajjiżna għandna sitwazzjonijiet li jġibu magħhom ħafna tbatijiet fis-soċjetà u għalhekk tgħid li hemm bżonn li jsiru bidliet...