Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 19

18 oroskopju IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Libra ser ikun mument li jagħmlek tgħaraf aħjar x'inhu vera utli għalik u li ser tgħaraf x' hemm bżonn li minn issa int trid tibda it-tejjeb is-sitwazzjoni ta' madwarek. Ovvjament waħda mid- deċiżjonijiet li ser tkun qiegħed tieħu hi sabiex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pink Opal. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Scorpio ser ikun mument li tgħaraf sew id-direzzjoni meħtieġa dwar il-pjan tal-proġett li tant ilek tħejji u b'hekk tgħaraf kif dan il-pjan ser tkun qiegħed tatwaħ fl'aħjar żmien possibli. Għandek ukoll tgħaraf kull possibilta' li dan il-pjan x'effett ser ikun qiegħed iħalli madwar il- ħajja tiegħek. Analizza. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Libra. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Red Spinel. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser ikun dak il-mument fejn trid tgħaraf iż- żomm kontrol dwar it-tfassil ġdid li qiegħed tħejji. Taf li issa trid iż-żomm ċertu bilanċ f 'dak li int twettaq fir-rutina tiegħek sabiex dan it-tkattir jimxi parallel mat-tkomplija tal-ħajja tiegħek. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Aquarius. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pink Spinel. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Capricorn ser ikun dak il-mument fejn int trid tgħaraf tagħti aktar attenzjoni lejn id- direzzjoni li int issa ħadd. Jista' jkun li int qiegħed tagħti l-aħjar iżda fil-fatt hemm bżonn ta' aktar attenzjoni sabiex b'dak li int għara u d-deċidejt finalment iwasslek fejn verament tixtieq tasal. Għalhekk għaraf sew. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Gemini. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Smoky Quartz. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser ikun dak il-mument li l-karrira tiegħek sejjra tieħu direzzjoni ġdida. Direzzjoni ta' aktar stabbilta', hekk li int ser tgħaraf kemm il-karrira li int tħaddan kemm qegħda tavvanza l-quddiem u b'dan ser jinfetħulek bosta opportunitajiet. Iżda dejjem kun ippreparat. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser ikun dak il-mument ta' aktar tkattir f 'dik il-ħeġġa ġewwa fik, barra li trid tkattar aktar dik il-kunfidenza ġewwa fik. Dawn flimkien ser jinspirawk biżejjed sabiex tkattar il-motivazzjoni meħtieġa għal dak kollu li hemm riesaq lejk. Wettaq rifflessjoni profonda. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Capricorn. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste IL-BIDU TAL-ĦAMES ŻODJAKU : LEO MIT-23 TA' LULJU SAT-22 TA' AWWISSU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Aries ser ikun dak il mument fejn trid tibda tħejji skeda ġdida f 'dak li għandu x'jaqsam ma' pjanar personali. Dan ser jagħmlek tkun aktar organizzat fit-twettieq ta' opportunitajiet li hemm resqin lejk u b'hekk tkun tista' tkattar aħjar l-istabbilta' tiegħek. Analizza. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Leo. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser ikun mument sabiex tgħaraf li dak li sa issa int għara tkattar fil-karrira tiegħek għandek bżonn tagħtieħ aktar attenzjoni profonda u ma toqodx titlef ħin fi ħsibijiet oħra. Int għandek tibqa iffokat mija fil-mija fuq dak li għandek madwarek. Irrifletti. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Cancer Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Garnet. Namaste Gemini mill-28 TA' MEJJU sal- 20 ta' Ġunju F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun dak il-mument li tgħaraf aktar ir- responsabbilta' kemm dik li int għandek fil-preżent u wisq aktar għal dik ir-responsabbilta' li hemm riesqa lejk u dan għal fatt li int issa b'dak li int għażilt bħala direzzjoni ġdida issa poġġejt lilek innifsek f 'aktar responsabbilta u issa trid turi kemm int kapaċi.Iż- żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Sagittairuis. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jasper. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 216 TA' LULJU F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser ikun mument ta' riflessjoni profonda dwar dak kollu li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza int ser tkun tista' tgħaraf x'inhu l-aħjar pass li għandek twettaq minn issa l-quddiem. Dan għandek twettqu bl-għaqal. Analizza sew. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Aries. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labraorite. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo ser ikun mument li int trid tgħaraf aktar lilek innifsek u dan minħabba li issa taf li ġejjin ġimgħat fejn int ser ikollok sitwazzjonijiet li għandom bżonn ċerta attenzjoni. Għalhekk aħtaf dan il- mument għalik sabiex tkun imħejji tajjeb għal dak li hemm riesaq lejk. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Scorpio. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Obsidian. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Virgo ser ikun mument fejn ser tibda tanalizza aktar kif ser tibbilanċja l-qagħda finanzjarja tiegħek fejn dan l-ahhar kont qiegħed tesperjenza xi problemi. Issa dan ser jibda jinbidel u ser tibda terġa tara dik l-istabbilta' li int tant magħruf għaliha. Analizza. Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Taurus. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste IL-BIDU TAL-ĦAMES ŻODJAKU : LEO Il-kalendarju żodjaku 2023-2024 jidħol fil-ħames żodjaku tiegħu dak ta' Leo. Żodjaku li jibda mill-Ħadd 23 ta' Lulju u jintemm it-Tlieta 22 ta' Awwissu. Dan iffisser ukoll li f'dan ix- xahar ta' Awwissu nkunu qegħdin nassistu kemm għal ħames żodjaku ta' Leo kif ukoll għal bidu tas-sitt żodjaku ta' Virgo. F'dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal biss dik l- informazzjoni dwar il-ħames żodjaku ta' Leo. Ħafna jistaqsuni dwar il-format tal-kalendarju żodjaku, huwa mportanti li wieħed jagħraf li l-kalendarju żodjaku ma jibdiex bħal kalendarju tradizzjonali, iġifieri li jibda minn Jannar u jintemm fix- xahar ta' Diċembru. Il-kalendarju żodjaku jibda mill-21ta' Marzu fiż- żodjaku ta' Aries u jintemm fiż-żodjaku ta' Pisces u għalhekk xi wħud jitfixklu meta ngħid li ż- żodjaku ta' Leo jiġi fil-ħames xahar u mhux fis- seba xahar u b'hekk nagħrfu li dawn huma żewġ kalendarji totalment differenti minn xulxin ! Niġu għas suġġett ta' dan l-artiklu, ż-żodjaku ta' LEO. Ovvjament kullħadd jagħraf li s- simbolu li jippreżenta dan iż-żodjaku huwa dak ta' Ljun u ġej mill-kelma Griga (Λέων), waqt li ż-żodjaku ta' Leo huwa marbut mal-element tan-NAR li fih ukoll ikopri ż-żodjaki ta' Aries u Sagittarius li bejniethom hemm kombinazzjonijiet ta' enerġija pożittiva fejn meta tiġbor l-aspett bażiku tagħhom jirriżulta li dawn it-tlieta flimkien joffru komunikazzjoni u pożittivita' Dejjem jidħol dak l-interess ġenerali, huma persuni d-determinati, jħobbu dak id-dettal partikolari u jippruvaw kemm jistaw jevitaw kull disgwid fejn huwa possibli fost oħrajn. IKOMPLI. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023