Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

Il-Qorti waqqfet azzjoni diretta tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar bini illegali għat-tielet darba, wara diversi tentattivi sabiex il- bini illegali jitneħħa darba għal dejjem. Il-bini fiċ-ċentru ta' dan kollu huwa parti minn espansjoni tal-Klabb tal-Boċċi f 'Tal-Pietà, u l-ewwel darba li s-sidien kienu ordnati biex ineħħu l-istruttura mill-Awtorità kienet lura fl-2017. L-illegalità hija marbuta ma tħaffir u estensjoni bla permess viċin il-fortifikazzjoni li tinsab viċin, liema fortifikazzjoni hija protetta bil-liġi għall-valur storiku tagħha. Fl-2017, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet avviż ta' infurzar kontra l-klabb tal-boċċi minħabba t-tħaffir, il-bini ta' struttura, u saħansitra anke r-rimi ta' materjal ta' bini f 'dan is-sit protett. Erba' snin wara fl-2017, l-Awtorità reġgħet ħarġet avviż ta' infurzar kontra aktar tħaffir fiż-żona protetta u l-bini ta' kamra ġdida, flimkien ma' estensjoni ta' ħitan li diġà kienu hemm, u aktar rimi ta' skart. Fi stqarrija mill-Awtorità tal-Ippjanar f 'Mejju li għadda, kien intqal li l-operaturi mhux talli ma tawx każ għall-avviż tal-Awtorità, iżda talli komplu jagħmlu aktar xogħolijiet illegali, u għalhekk, dak iż-żmien ħabbru li se jitneħħew l-illegalitajiet, u l-ispejjeż se jitħallsu mill-istess operaturi responsabbli. Wara li din l-azzjoni bdiet f 'Mejju, is-sid waqqaa permezz ta' żewġ mandati ta' inibizzjoni imressqin mis-sid kontra l-Awtorità, li riedu jinstemgħu fil-Qorti. Hekk kif dawn ġew annullati mill-Qorti, ix- xogħolijiet setgħu ikomplu. Fil-11 ta' Lulju ta' din is-sena, it jiem ilu, l-Awtorità tal-Ippjanar flimkien ma' membri tal-Korp tal-Pulizija kienu fuq is-sit tal- illegalitajiet fejn kompla l-proċess ta' tneħħija tal-istrutturi. Minkejja dan, ix-xogħol ta' twaqqigħ ma damx għaddej ħafna, minħabba mandat ta' inibizzjoni ieħor mis- sidien li ntlaqa' mill-Imħallef Anna Felice. Is-smigħ għal dan il-każ ġie skedat għall-25 ta' Lulju, li jfisser li sa dakinhar, ebda azzjoni ma tista' tittieħed biex dawn l-istrutturi illegali jitwaqqgħu għall-ġid ta' din iż-żona storika protetta. Wara din is-saga, ta' min jistaqsi r-raġuni wara l-fatt li s-sidien qed jitħallew jibqgħu iwaqqfu lill-awtoritajiet milli jagħmlu xogħolhom. 20 IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet SAGA LI MA TISPIĊĊAX: Is-sidien tal-Klabb tal-Boċċi tal-Pietà jerġgħu iwaqqfu t-tneħħija ta' illegalitajiet f'sit storiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023