Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

MATTHEW FARRUGIA Hemm korrelazzjoni studjata bejn it-tħassib ta' pajjiżi dwar l-immigrazzjoni u ħaddiema barranin, u stati mhux pjaċevoli tal-ekonomija, liema korrelazzjoni tista' tispjega t-tħassib ta' numru ta' popli, fosthom dak Malti dwar l-immigrazzjoni. Stqarr dan l-ekonomista Clint Flores mal-gazzetta ILLUM b'reazzjoni għal stħarriġ tal- Ewrobarometru li ħareġ fl-aħħar jiem, fejn l-immigrazzjoni kienet fost l-ogħla suġġetti ta' tħassib għall-Ewropej li rrispondew għal dan l-istħarriġ. Dan l-istħarriġ wera kif fost l-oħrajn, f 'Malta u l-bqija tal- Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni marbuta mal-prezzijiet li dejjem jogħlew, l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja huma l-akbar sorsi ta' tħassib. Apparti dan, l-istħarriġ juri kif wara s-sitwazzjoni tal- għoli tal-ħajja, huma mħassba l-aktar dwar l-immigrazzjoni, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, u s-sitwazzjoni ekonomika b'mod ġenerali. L-ambjent f 'pajjiżna huwa anke fattur li qed jaffettwa l-perċessjoni ta' pajjiżna fost dawk il-barranin li jagħżlu li jgħixu f 'Malta, flimkien mal-problemi marbuta mal- infrastruttura tal-karozza. Dawn il-problemi, li jinkludu l-ambjent naturali, iżda anke dak urban, kienu nnutati bħala uħud mill- akbar problemi f 'lista ta' pajjiżi li jagħżlu persuni barranin biex jgħixu fihom. B'mod simili għal dawk f 'Malta, persuni minn stati membri Ewropej oħra huma mħassba wkoll fuq l-istess problemi f 'pajjiżhom. Apparti minn hekk, fattur komuni bejn il-Maltin u l-bqija tal-Ewropej, huwa n-nuqqas ta' fiduċja fil-parlament u l-gvern rispettiv ta' pajjiżhom. Dan hekk kif il-maġġoranza tal- Maltin, u anke l-medja ta' ċittadini Ewropej m'għandhomx fiduċja fil- Gvernijiet u Parlamenti tagħhom. Din in-nuqqas ta' fiduċja min- naħa tal-Maltin saret fi żmien relattivament qasir, hekk kif meta wieħed jikkumpara dawn ir-riżultati mal-istess stħarriġ tal- Ewrobarometru li sar fil-bidu ta' din is-sena, jista' jara tnaqqis ta' fiduċja f 'numru ta' istituzzjonijiet, u anke inqas serħan il-moħħ fuq numru ta' oqsma. Fil-bidu tal-2023 skont l-Ewrobarometru, il- maġġoranza assoluta tal-Maltin u Għawdxin kellhom fiduċja b'saħħitha fl-ekonomija, is-sitwazzjoni personali tax-xogħol tagħhom, u anke fis-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiż. Skont l-aħħar stħarriġ, dawn l-oqsma tal-ħajja ħadu daqqa 'l isfel. Fil-fatt, in-numru ta' Maltin li kienu jħarsu lejn is-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiż b'mod pożittiv naqas b'25%, dawk li ħarsu b'mod pożżittiv lejn l-ekonomija naqsu b'19%, filwaqt li n-numru ta' nies li kienu ottimisti dwar is-sitwazzjoni personali ta' xogħolhom naqsu b'14%. Rigward il-fiduċja fl- istituzzjonijiet, l-istess tnaqqis seta' jiġi nnutat fl-istess żmien. Skont l-istħarriġ, il-Gvern Malti, li kien fdat minn 63% tal-Maltin fil-bidu tas-sena, issa huwa fdat biss minn 43% tan-nies. Intant, il-Parlament naqqas il-fiduċja tiegħu bi 18%, il- Pulizija rat tnaqqis ta' fiduċja ta' 18% wkoll, filwaqt li s-sistema ġudizjarja naqset mill-fiduċja tagħha b'20%. Tnaqqis fil-fiduċja notevoli kienet innutata fil- partiti politiċi, hekk kif filwaqt li fil-bidu tas-sena kellhom biss 38% tal-fiduċja tal-Maltin, skont l-aħħar stħarriġ, huma biss 14% li għandhom fiduċja fihom. B'reazzjoni għal dan it-tnaqqis fil-fiduċja, l-ekonomista Clint Flores innota li f 'dan il-qasam ukoll, is-sitwazzjoni ekonomika twassal għal riżultati simili fejn l-awtoritajiet u d-demokrazija ta' pajjiż b'mod ġenerali jonqsu fil- popolarità. Din anke ġiet innutata qabel l-Ewwel u t-Tieni Gwerer Dinjin, fejn minħabba ekonomiji li jħallu n-nies ibagħtu mill-faqar u l-għoli tal-ħajja, kienu bosta li xeħtu t-tort fuq gruppi ta' nies differenti. Fil-fatt, bħalissa fl-Unjoni Ewropea, qed tiġi nnutata żieda fil-popolarità ta' partiti fuq il- lemin estrem, b'mod notevoli fi Franza, Spanja, u saħansitra anke l-Ġermanja, li ilha inqas minn 100 sena mindu esperimentat bil- lemin estrem għad-detriment tal- bqija tal-Ewropa. B'mod ottimist, Flores irrimarka li l-probabilità hija li din is-sitwazzjoni fl-Ewropa se tikkalma fiż-żmien li ġej, hekk kif wara l-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna, l-ekonomija Ewropea sħiħa kellha bżonn il-ħin tagħha biex tirkupra minn xokkijiet qawwijin wara xulxin. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum 'Is-sitwazzjoni ekonomika tista' tispjega tħassib fuq istituzzjonijiet u immigrazzjoni f'Malta u l-Ewropa Skont stħarriġ mill-Ewrobarometru li ġie ppubblikat ftit jiem ilu, wieħed seta' jinnota nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet Maltin, u tnaqqis fl-ottimiżmu dwar numru ta' oqsma fil-ħajja tan-nies. Għalhekk, l-ILLUM tkellmet mal-ekonomista Clint Flores, li nnota kif f'Malta u l-Unjoni Ewropea hemm tħassib fuq oqsma simili, u dan jista' jwassal għal rabja lejn l-awtoritajiet u tħassib dwar l-immigranti fost oħrajn Fl-Ewropa, qed tiġi nnutata żieda fil-popolarità ta' partiti li jħaddnu valuri tal-lemin estrem, hekk kif qed tiżdied ir-rabja lejn il-mexxejja ta' numru ta' pajjiżi Ewropej u anke t-tħassib dwar l-immigranti Clint Flores

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023