Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228
18 oroskopju IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Libra ser ikun il-waqt li tgħaraf aħjar il-kundizzjoni fiżika tiegħek. Ħallik minn sitwazzjonijiet oħra u kun iffokat biss kif ser tkun qiegħed issib ħin biżejjed għal eżerċizju. Dan taf li huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel u għalhekk wettaq il-ħin addatat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Libra huma magħrufin għal gwida li kapaċi joffru. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo ghalik Scorpio ser ikun il- waqt li issa trid tibda tħejji għal bilanċ finanzjarju aħjar sabiex waqt li int tgħaraf ikollok aktar kontroll fuq l-infieq tiegħek iżda tkompli tisaħħaħ finanzjarjament u dan sabiex tkun kapaċi twettaq dawk il-proġetti li int qiegħed tippjana għalihom. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Scorpio huma magħrufin li jagħrfu jaddattaw għal kull sitwazzjoni. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser ikun il-waqt li tanalizza sew l-esperjenzi tal-imħabba li kellek sabiex f 'dak li int qiegħed tesperjenza fil- preżent tkun kapaċi li telimina dak li jista' jkun ta' tfixkil sabiex b'hekk int tkun tista' tkomli tissaħħaħ f 'din l-imħabba u tasal fejn dejjem xtaqt. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jimu lil oħrajn. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Capricorn ser ikun il- waqt li tgħaraf sew kif ser tqassam aħjar il-ħin fil-bżonnijiet tad-dar tiegħek. Int trid tgħaraf li d-dar hi dik il-post li tmur wara ġurnata u tħossok komdu u relassat. Għalhekk issa huwa l-waqt li tgħaraf sew il-bżonnijiet ta' darek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Capricorn huma magħrufin għall immaginazzjoni tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser ikun il- waqt li int tanalizza aktar il-qagħda ta' madwarek. Fejn int trid tgħaraf li hemm żbilanċ int trid iġġibu f 'bilanċ halli b'hekk int tkun tista' tħossok aħjar. Issa għandek din il-fażi u din tagħtik ċans ideali sabiex toħloq bilanċ adekwat lejn il-miri tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Aquarius huma magħrufin għall motivazzjoni kbira tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser ikun il- waqt sabiex tippjana tajjeb għal dak il-break tant meħtieġ. Issa taf li għandek tieħu dik il-pawża u dan sabiex waqt li int tkun tista' tisrieħ, din il-pawża tkun dik li terġa tagħtik dik il- motivazzjoni sabiex ma tinqabadx ġo xi fażi ta' monotonija. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Pisces huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste IN-NEW MOON WAQT IŻ-ŻODJAKU TA' LEO MILL-ĦADD 23TA' LULJU SAS-SIBT 29 TA' LULJU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Aries ser ikun il- waqt li int tgħaraf aħjar kif ser tibda tqassam l-iskeda tiegħek b'aktar mod ibbilanċjat bejn il-ħin fil- ħidma u ħin għalik innifsek u ħin għal dawk ta' madwarek u hekk żgur int ikollok aktar stabbilta' u serħan taż moħħ kif ser tkompli titkattar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Aries huma magħrufin li huma nies ta' fehma soda. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser ikun il- waqt li int issa tkun aktar iffokat lejn dawk il-miri li int verament tixtieq. Inutli tipprova tippjana għal ħafna aktar. Aħjar li f 'din il-fażi taqbad ma' dawk il-miri prinċipali li tħoss li żgur dawn jagħtuk dak li vera trid. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Taurus huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Gemini mill-28 TA' MEJJU sal- 20 ta' Ġunju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun il- waqt li issa toħroġ mill-inċertezza li kienet qegħda taħkmek u tibda bil-mod tiffoka aktar. Issa taf li int trid tkompli miexi għax taf li ma tistax tibqa mwaħħal. Għaraf biss li hemm bosta toroq u għalhekk aqbad dik it-triq li int tħossok komdu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Gemini huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser ikun il- waqt li int tkompli tanalizza sew dawk l-opportunitajiet u tagħmel aktar valutazzjoni sabiex b'hekk tħejji dik l-iskeda kif ser tkun qiegħed tqassam aħjar il-ħin. Żomm skeda waħda u tieħux aktar milli tiflaħ. Għaraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Cancer huma magħrufin għas sensittivita' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-new moon taż- żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo huwa l-waqt li bħalissa qiegħed tesperjenza l-fażi tiegħek u huwa l-mument opportun sabiex tkompli tkabbar l-istabbilta' tiegħek. F'din il-fażi int ser tgħaraf kemm tista' tkun aħjar u tħossok aħjar. Wettaq b'aktar għaqal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' kommunikazzjoni pożittiva. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Virgo ser ikun il- waqt li tkompli tħejji b'aktar ħeġġa u determinazzjoni għal meta minn it ġimgħat oħra int ser tesperjenza l-fażi tiegħek. Dan jagħtik iċ-ċans għal dak li int verament tixtieq tħejji sew sabiex tkun ċert fejn vera tixtieq titkattar. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Virgo huma magħrufin bħala persuni b'moral effettiv ħafna. Namaste IL-BIDU TAL-ĦAMES ŻODJAKU : LEO IKOMPLI : Bħal kull żodjaku, ovvjament iż-żodjaku ta' Leo se jkun qiegħed iwasslilna ż-żewg qmura tiegħu fejn l-ewwel ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-fażi tal-qamar kwinta nhar it-Tlieta 1 ta' Awwissu sabiex ftit wara ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-fażi ta' New Moon propju nhar l-Erbgħa 16 ta' Awwissu fejn dawn iż-żewġ qmura ser ikunu qegħdin iwasslulna diversi aspetti nteressanti kemm għal l-istess żodjaku u ta' dawk ikkombinati ma' l-istess element, iżda kif ukoll għaż-żodjaki l-oħra li jibbenefikaw b'mod differenti ukoll minn dawn iż-żewġ qmura taż-żodjaku ta' Leo Fatti oħra nteressanti dwar dan il-ħames żodjaku ta' Leo huma li jekk tinqabad f'xi forma ta' nuqqas ta' verita' dan ikun ifisser li tlilt il-fiduċja ta' Leo. Huma wkoll magħrufin li jagħmlu ħafna ħin jirriflettu sakemm finalment jaslu għal dik id-deċiżjoni jew direzzjioni. Huma magħrufin kemm jafu jaħbu l-emozjonijiet tagħhom u sabiex wieħed jifhimhom irid iqatta żmien mhux ħażin fil-kumpanija tagħhom. Leo jdejquhom dawk in-nies li jgergru, pessimisti jew negattivi, iżda jibqa l-fatt li huma nies umli li verament kapaċi jwassluk fejn int tixtieq jekk int turi dik il-fiduċja sħiħa fihom.. Personaġġi magħrufa maż-żodjaku ta' Leo fost oħrajn insibu lil: Barack Obama, Whitney Huston, Usian Bolt, Arnold Schwarzenegger, Jason Statham, Bill Clinton, Dustin Hoffman,Madonna, Antonio Banderas, Sandra Bullock, Alfred Hitchcock, Robert De Niro, Jennifer Lopez, Steve Martin, Marine Le Pen u Sean Penn u J.K.Rowling Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON