Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 19

Inkjesta Sofia: Binja mhux marbuta, perit li ma marritx fuq is-sit u firem foloz www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • NRU 876 PAĠNI 6 U 7 Abela kontra l-liberalizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-enerġija 'Il-pajjiż għaddej minn kriżi kbira' - Tony Zahra "Malta għaddejja minn kriżi kbira," dawn kienu l-kummenti ta' Tony Zahra, President tal-MHRA, lil din il-gazzetta. Zahra stqarr li l-Assoċjazzjoni ħasset il-bżonn li titkellem dwar dawn is-suġġetti f 'dan iż-żmien għax il-pajjiż kien għaddej minn kriżi serja. Zahra tkellem kontra l-mudell li qed jintuża f 'pajjiżna u pajjiżi oħra bħal Dubai, fejn jiġu impurtati ħaddiema bla waqfien akkost ta' kollox, biex il-pajjiż ileħħaq mad- domanda. Huwa tenna billi qal li jekk Malta tkompli miexja f 'din id-direzzjoni, aktar nies se joħolqu problemi għall-infrastruttura, u l-kwalità tas-settur turistiku jaqa' għad-detriment tal-pajjiż kollu. L-Assoċjazzjoni Maltija għall- Lukandi u r-Ristoranti, (MHRA) hija diżappuntata bis-sitwazzjoni tal-qtugħ tad-dawl li xekklu s-settur turistiku fl-aħħar jiem, u anke bin- nuqqas ta' azzjoni mill-Gvern dwar il-problemi li ilhom jgħollu rashom fis-settur tat-turiżmu. Dan kien is-sentiment tal- President tal-MHRA Tony Zahra f 'kummenti li ta lil din il-gazzetta, fl-istess ġimgħa li din l-assoċjazzjoni appellat għal azzjoni urġenti qabel Malta tieqaf tintogħġob mit-turisti. Fil-fatt, it jiem ilu, l-MHRA tkellmet fit-tul dwar tliet problemi li qed iweġġgħu r-reputazzjoni ta' pajjiżna fost it-turisti. PAĠNA 3 Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li huwa nħasad wara li sema' l-proposta tal-Partit Nazzjonalista marbuta mal-liberalizzazzjoni tad- distribuzzjoni tal-enerġija, hekk kif skontu, dawn se jwasslu għal żidied fil- prezzijiet tal-enerġija. Huwa qal dan b'reazzjoni għall-proposta tal-Partit Nazzjonalista mħabbra fl- aħħar jiem, liema proposta għandha l-ħsieb li tippermetti investiment privat fil-qasam tad-distribuzzjoni tal- elettriku. F'intervista fuq ONE Radio, Abela tkellem fuq il- laqgħa li saret bejn il-Gvern u l-MCESD, fejn stqarr li hemm sinerġija bejn il-viżjoni tal- Gvern u dik tal-imsieħba soċjali dwar l-enerġija. Saħaq fuq l-importanza li n-nefqa fuq id-distribuzzjoni tal- enerġija tiżdied bid-doppju fil-budget tas-sena d-dieħla, filwaqt li qal li l-€15-il miljun fis-sena għal sitt snin li kellhom jintefqu kienet ġejja minn tbassir ta' esperti tat- tibdil fil-klima. Rigward il-proposta ta- Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni hija inkonsistenti dwar il- proposti tal-enerġija tagħha, u l-viżjoni tagħha tinbidel kull sitt xhur. Abela qal li l-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech huwa l-unika persuna li ma jagħrafx li l-bidla fil-klima hija fenomenu globali. Stqarr li l-proposta marbuta mad- distribuzzjoni tal-elettriku se twassal għal prezzijiet tal- enerġija ogħla, u li l-piż għal dan jaqa' fuq il-konsumaturi. Apparti dan, Abela qal li din l-istrateġija tkun daqqa ta' ħarta lejn il-ħaddiema tal- Enemalta. Tony Zahra Mietu 15 il-persuna kaġun ta' sħanat kbar li kellna f'Malta u Ghawdex. Din l-informazzjoni ħarġet fi stqarrija mid- Dipartiment tas-Saħħa. Apparti s-sħanat li kienu ddominaw il-gżejjer Maltin għal sebat ijiem, kienu ġranet twal fejn bosta rħula sħaħ Maltin sfaw mingħajr dawl u ilma. Mietu 15 il-persuna minħabba s-sħanat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023