Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum sport Hamrun Spartans u Gżira United b'rebħiet fl-Ewropa Timijiet lokali fil-UEFA Conference League Il-Millenium Stadium jisplodi b'ċelebrazzjonijiet hekk kif Hamrun Spartans joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-1 kontra n-Nemad Grodno tal-Ġorġja, bil- gowl tar-rebħa jiġi fit-98 minuta Fl-logħba mmexxija mir- referee Milos Gigovic, l-ewwel taqsima kienet waħda kumbattuta ferm bejn iż-żewġ timijiet, però' l-ebda tim ma rnexxielu jikseb vantaġġ. L-ewwel gowl ġie fis-60 minuta minn Marusic għal Dinamo Tbilisi, meta wara ballun fit- tul milgħub għal ġol-kaxxa ġie mwaqqa' minn Tabidze fuq l-istess Marusic, li għeleb għalkollox lil Marchetti. Il-gowl ta' parità ġie fil-81 minuta, b'Prsa jirbaħ freekick fit-tarf tal-kaxxa, wara li ġie mwaqqa' minn Margvelashvili. Kien Bjelicic li inkariġa ruħu mill-penalty, b'xutt tajjeb fil- baxx salvat tajjeb minn Loria, bil-ballun jaqa' f 'saqajn il-plejer tat-tim nazzjonali Malti Mbong, li ma żballjax b'konklużjoni mill- viċin. Hekk kif il-partita dehret mitmuma, reġa' kien Mbong l-eroj tat-tim Malti, hekk kif fit- 90+8 minuta skurja l-gowl tar- rebħa wara kross eċċezzjonali ta' Camenzuli, li tefa' lill-partitarji u l-bankina Ħamruniża f 'delirju ta' ferħ. Mill-Belarussja, Balzan FC jitilfu barra minn darhom bl- iskor ta' 2-0 kontra Neman Grodno, li kien it-tim favorit Minkejja dan, Balzan FC jistgħu joħorġu b'rashom mgħollija hekk kif il-wirja li kellhom kienet waħda denja. Il-logħba kienet waħda bbilanċjata, biż-żewġ timijiet igawdu ammont simili ta' pussess. Iż-żewġ timijiet kellhom seba' xuttijiet kull wieħed, però' wieħed biss minn naħa ta' Balzan kien lejn il-lasta, kontra l-ħamsa ta' Neman Grodno. Aspett li forsi Balzan ma kinux lesti għalih jista' jkun kien il- fiżikalità tal-oppożizzjoni, hekk kif Neman Grodno ikkommetew 21 foul tul id-90 minuta. L-ewwel gowl ġie fl-54 minuta, b'Savitskiy jegħleb lil Golovic. Għalkemm Balzan komplew jissieltu għal riżultat, konklużjoni ta' Karpovich fit-85 minuta kien biżżejjed sabiex jagħlaq il-partita għalkollox. Fis-Centenary Stadium, Gzira United jegħlbu lil F91 Dudelange bl-iskor ta' 2-0 Il-pjan tal-kowċ ta' Gżira United Darren Abdilla li jilgħab fuq il- kontrattakk ħalla l-frott. Dan wara li għalkemm Gżira gawdew biss 36% tal-pussess, irreġistraw ħames xuttijiet fil-lasta, kontra l-erbgħa tal-oppożizzjoni. L-ewwel gowl ġie fl-54 minuta, hekk kif id-difiża ta' Dudelange naqset milli tbiegħed il-periklu wara ballun fit-tul minn Marcelo Dias. Il-ballun waqa' f 'saqajn Macula, li uża l-ħeffa tiegħu biex jagħmel ġirja lejn tarf il-kaxxa, minn fejn il-konklużjoni tiegħu sabet ix-xibka hekk kif Desprez inqabad kemmxejn 'il barra. Il-logħba kkumplikat ruħha aktar għal Dudelange fis-60 minuta, hekk kif l-attakkant Roemer ġie mwissi għat-tieni darba, u b'hekk ħalla lil sħabu jilgħabu b'10. Kien fid-79 minuta fejn Gzira rdoppjaw l-iskor. Wara azzjoni maħduma bizzilla mill-Maroons li nkludiet 10 passes konsekuttivi, kross preċiż ta' iaguinho sab lil Scerri fil-kaxxa l-kbira. Mingħajr ma kkontrolla l-ballun, Scerri ta xutt stupend tal-istampi li sab il- rokna ta' fuq tax-xibka. Mis-suq tat-trasferiment tal- futbol internazzjonali Il-Captain tal-klabb Jordan Henderson ħalla lil Liverpool, fejn ilu jilgħab għall-aħħar 12-il sena, sabiex jingħaqad ma Al-Ettifaq fl- Arabja Sawdija, immexxija minn eks-captain ta' Liverpool Stephen Gerrard. Huwa kkwotat li dan it- trasferiment sewa €14 miljun. Il-prodott ta' Leicester City Harvey Barnes ħalla l-klabb fejn lagħab it-totalità tal-karriera tiegħu wara li dawn ġew relegati għaċ-Championship l-istaġun li għadda. Huwa jsegwi numru ta' plejers li diġà ġew iffirmati minn Newcastle United. Is-somma kkwotata hija dik ta €44 miljun. Marcel Sabitzer ħalla lil Bayern Munich, wara li kien ilu minn Frar li għadda misluf lil Manchester United. Huwa ngħaqad mar-rivali Ġermaniżi Borussia Dortmund għal somma kkwotata ta' €16 miljun. Riyad Mahrez ikun ieħor mill- eżodu ta' plejers li qed iħallu l-Ingilterra għall-Arabja Sawdija, hekk kif ġie transferit għal Al- Ahly Saudi minn Manchester City għal €35 miljun. Il-prodott ta' Manchester United Anthony Elanga ħalla l-klabb għal somma kkowtata ta' €17.5 miljun sabiex jingħaqad ma' Nottingham Forest. L-attakkant ta' Salzburg Noah Okafor iħalli l-klabb sabiex jingħaqad ma' AC Milan għal somma rraporta ta' €14 miljun. Id-difensur Alex Telles telaq lil Manchester United wara tliet snin, sabiex imur lejn l-Arabja Sawdija, fejn se jerġa' jingħaqad ma' Cristiano Ronaldo ma' Al Nassr. Is-somma kkowtata hija madwar €5 miljun. L-attakkant mill-Kosta tal- Ivorju Wilfried Zaha ħalla lil Crystal Palace wara tmien snin hekk kif skada l-kuntratt. Tul dan il-perjodu, lagħab 275 logħba u skurja 67 gowl. Huwa jingħaqad ma' Galatasaray fit-Turkija. Formula 1 Mill-Grand Prix tal-Ungerija, Max Verstappen rebaħ it- tellieqa sabiex kiseb is-seba' rebħa infila tal-istaġun. B'din ir-rebħa, Red Bull jagħmluha 12-il rebħa infila u b'hekk jiksru r-rekord ta' McLaren, li kien ilu mis-sena 1988. B'hekk, kemm Max Verstappen u kemm Red Bull ikomplu jkabbru d-distakk enormi li diġa għandhom fil- quċċata tal-klassifika. Lando Norris irnexxielu jibnu fuq is-suċċessi li qiegħdin jikbsu McLaren riċentament, hekk kif spiċċa fit-tieni post, segwit minn Sergio Perez ta' Red Bull. Kienet tellieqa diżappuntanti għal Lewis Hamilton ta' Mercedes, li għalkemm beda it-tellieqa fil- quċċata, ma rnexxielux iżomm dan il-vantaġġ u kellu jikkuntenta mir-raba' post. Madanakollu, il- kollega tiegħu George Russell kellu rimonta memorabbli, hekk kif beda fit-18-il pożizzjoni, u rnexxielu jikseb is-sitt post fil- klassifika finali. Għal Alpine, kienet ġurnata ta' sfortuna, hekk kif kolliżjoni fl- ewwel kantuniera bejn iż-żewġ xufiera Esteban Ocon u Pierre Gasly kkaġunat li tnejn li huma kellhom jirtiraw mit-tiġrija. Mix-xena sportiva internazzjonali: Henderson iħalli lil Liverpool u Red Bull b'rekord ta' rebħiet konsekuttivi "Hamrun Spartans b'rimonta memorabbli fil-Millenium Stadium" Henderson Formula 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023