Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696
Il-films mużikali ta' Hollywood kienu wisq popolari mis-snin tletin sal-bidu tas-snin sittin. Fl-eqqel żmien tad-Dipressjoni speċjalment, il-poplu Amerikan kien jirrikorri bi ħġaru għal dawn il-produzzjonijiet mimlija mużika, zfin, kanzunetti u allegrija, għax barra li jtuhom pjaċir kienu wkoll inessuhom mid-dwejjaq tal-ħajja li kienu jinsabu fiha. Ħafna kienu dawk li jikkomponu l-kanzunetti u f 'dan l-artiklu se niffoka fuq tlieta mill-aqwa; id-duo Harry Ruby u Bert Kalmar li dejjem ħadmu id f 'id u l-famuż Cole Porter. Il-film tal-1950 ree Little Words hu l-bijografija ta' Ruby u Kalmar, waqt li Night And Day tal- 1946 hu ddedikat għal Cole Porter. Bert Kalmar, kittieb tal- kanzunetti flimkien ma' Harry Ruby, ħadem ukoll fuq il-palk f 'xogħlijiet varjati kif ukoll kien eżekuttiv tal-mużika. Hu twieled nhar l-10 ta' Frar 1884 fi New York u miet fit-18 ta' Settembru 1947 fl- għomor ta' 63 sena f 'Los Angeles. Sieħbu, Harry Ruby (Rubenstein) twieled fis-27 ta' Jannar 1895 u miet fit-23 ta' Frar 1974 fl-eta' ta' 79 sena f 'Woodland Hills, Los Angeles. Fost il-films li għalihom dawn it-tnejn kitbu l-kanzunetti nsibu e Kid From Spain (1932) bl-attur kantant Eddie Cantor, Horse Feathers (1932) u Duck Soup (1933), it-tnejn bl-aħwa Marx, Kentucky Kernels (1934), Everybody Sing (1938) biż-żagħżugħa Judy Garland, Wake Up and Dream (1946), li fih dehru John Payne u June Haver u Carnival In Costa Rica (1947), bl- attriċi ż-żeffiena Vera-Ellen u Cesar Romero. Barra li Cole Porter kien kompożitur, kien ukoll liriċista. Hu twieled fid-9 ta' Ġunju 1892, f 'Peru, Indiana u miet fil-15 ta' Ottubru 1964 f 'Santa Monica, California ta' 72 sena. Kien eredi ta' fortuna, attenda l-Universita' ta' Yale u l-Iskola tal-Liġi ta' Harvard u meta fuqu ġie perjodu ta' kriżi personali fl-1916, ingħaqad mal-Foreign Legion ta' Franza. Sentejn wara, wasal l-ewwel suċċess tiegħu fuq Broadway. Fl-1937 kellu aċċident tal-karozza li rriżulta f 'ħafna operazzjonijiet wara, sakemm fl- 1958 qatgħulu siequ. Matul ħafna snin ta' uġigħ kbir baqa' jivvjaġġa, jferraħ lill-poplu u jikkomponi għal Broadway u għal Hollywood il- kanzunetti popolari tieghu, famużi għall-liriċi bi kliem intelliġenti u maħsub. Ħafna mix-xogħlijiet mużikali tiegħu li għamlu suċċess fuq Broadway, li kkompona matul karriera ta' 40 sena, ġew trasferiti f 'films bl-istess suċċess. Xi wħud minn dawn il-films huma e Gay Divorcee (1934), Anything Goes (1936), Born To Dance (1936), Broadway Melody (1940), You'll Never Get Rich (1941), Something To Shout About (1943), Night And Day (1946), e Pirate (1948), Kiss Me Kate (1953), Anything Goes (1957 - reġa' nħadem wara 21 sena), High Society (1956), Silk Stockings (1957), Les Girls (1957) u Can-Can (1960). Il-film mużikali ree Little Words tal-1950 jitratta l-bijografija tas-sħubija ta' Bert Kalmar u Harry Ruby, it-tim ta' Tin Pan Alley u l-kanzunetti li kitbu. Fred Astaire ħadem il-parti tal-liriċist Bert Kalmar u Red Skelton il-kompożitur Harry Ruby. Bħala n-nisa tagħhom dehru Arlene Dahl u Vera-Ellen, b'Debbie Reynolds f 'parti żgħira bħala l-kantanta Helen Kane. Il-film maħruġ mill-M.G.M. u dirett minn Richard orpe kellu lil Harry Ruby stess fil-kariga ta' produttur u jidher ukoll f 'partiċella bħala wieħed li jaqbad il-ballun fil- logħba Amerikana tal-"baseball". Dan il-film li jimpenjak u jferrħek kien wieħed mill-favoriti ta' Astaire, forsi minħabba konnessjoni nostalġika tal- varjeta' ta' fuq il-palk. Dan ix- xogħol bijografiku tal-perjodu, l-produtturi ma tantx ħadu libertajiet fih u s-sħubija kif esibita fil-film hi kkunsidrata psikoloġikament korretta, kkomplikata mill-unjoni sinċiera taż-żewġ mużiċisti. reċtar tajjeb mit-tnejn u sekwenzi ta' kummiedja ġenjali minn Skelton. Xi ħaġa rari li ġrat għall-bijografiji ta' Hollywood dwar min jikteb il- kanzunetti hi li tnejn minnhom, inking Of You u Nevertheless laħqu l-ewwel u t-tieni post rispettivament fil-listi tal-Istati Uniti. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum Tliet kompożituri famużi tal-kanzunetta Cole Porter