Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

opinjoni It-triq lejn suq tal-proprjetà affordabbli W ieħed jista' jargumenta li l-aċċess biex koppja jew individwu jsiru sidien ta' darhom dejj- em kien jippreżenta sfida. Huwa normali wkoll li wieħed jipprova jispjega din l-isfida billi jirrikorri għall-famuża regola tas-suq u kif il-prezzijiet jogħlew biss meta l-provvista ma tlaħħaqx mad-do- manda. Fil-kuntest Malti, meta jħares madwaru u jara l-provvista tissaħħaħ, il-pubbliku bilfors ibati biex jiem kif din il-provvista qed tbati biex tlaħħaq. Wieħed mill-effetti ewlenin tat-tkabbir fl-attività ekonomika fl-aħħar snin, kien li t-tkabbir fil-prezzijiet tal-proprjetà mexa b'rata aktar mgħaġġla mit-tkabbir fid-dħul medju. Dan iħalli kategorija dejjem titwessa' ta' persuni li d-dħul li għandhom ma jagħtihomx wisq għażliet fis-suq tal-proprjetà lokali. Is-suq Malti s'issa dejjem straħ fuq dualiżmu ċar, li jista' jkun huwa wkoll wieħed mill-kaġuni tas-sitwazzjoni deskritta hawn fuq. Fuq naħa għandek is-suq privat li jimxi fid-direzzjoni tiegħu. Jikseb l-art, li aktar ma ssir skarsa l-prezz tagħha aktar jogħla, juża self b'kundizzjonijiet kummerċjali strinġenti, u jipproduċi bini bi prezzijiet li mhumiex għall-but ta' kulħadd. Fuq in-naħa l-oħra, il-Gvern, li s'issa kien hu l-uniku organizzazzjoni li taħseb f 'min jeħtieġ soluzzjonijiet differenti – dawk bi bżonnijiet soċjali, u dawk bżonn l-aċċess għas-suq tal-proprjetà jipprovdi għal min għandu bżonnijiet soċjali, billi jirrevedi l-iskemi tiegħu perjodikament sabiex aktar nies jippruvaw ilaħħqu mar-rati dettati mis-suq. Tistħajjilhom żewġ karreġġjati paralelli li ma jibbastaw jiltaqgħu qatt. Ir-riżultat ikun li s-suq b'mod ġenerali qatt ma jsir aktar affordabbli. Il-Fondazzjoni għall- Akkomodazzjoni Affordabbli nħolqot proprju biex tiffoka fuq il-ħolqien ta' soluzzjonijiet affordabbli. Il-bilanċ perfett fis-setgħet bejn l-iStat u l-Arċidjoċesi ta' Malta fit-tmun tagħha jagħmilha organizzazzjoni awtonoma li trid topera b'forma u f 'ambitu kummerċjali biex tilħaq għanijiet soċjali. Dan jagħmilha fil-veru sens tal-kelma intrapriża soċjali – l-ewwel waħda fis-suq tal-proprjetà Malti. Allura x'qed tagħmel differenti l-Fondazzjoni? Qed tibni koalizzjoni ta' atturi kemm pubbliċi u kemm privati biex tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi, adekwati u affordabbli. Il-lenti tagħna mpoġġija fuq dik il- firxa ta' nies li għandhom biżżejjed dħul biex ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-akkomodazzjoni soċjali, imma li d-dħul tagħhom xorta waħda ma jippermettilhomx li jixtru proprjetà jew jikru mingħajr għajnuna. Il-marka tal-Fondazzjoni hija s-sostennibbiltà – kemm finanzjarja u kemm ambjentali. Parteċipant ġdid fis-suq tal- proprjetà ma jistax jiddobba l-użanzi l-qodma imma jrid juri li l-futur jinsab fil-prassi t-tajbin. Nimu li soluzzjonijiet affordabbli mhumiex l-aktar ħaġa sempliċi fiċ-ċirkostanzi tas-suq preżenti. L-isfidi nafuhom u qed inkomplu nitgħallmu dwarhom biex minnhom nisiltu l-opportunitajiet. L-isfidi prinċipali huma spazji mibnija u djar battala, nuqqas ta' varjetà fil- provvista, u tipi ta' finanzjament limitati. Aktar ma nimu dawn l-isfidi aktar naslu biex nipprovdu soluzzjonijiet adekwati u li jġibu l-bidliet neċessarji. L-aktar ħaġa li timlina bil- kuraġġ hija l-ġibda tal-poplu Malti biex jinvesti fil-ġebla aktar minn kwalunkwe forma ta' investiment ieħor. Dan jiaħ toroq qajla mterrqa biex noħolqu soluzzjonijiet affordabbli, ninvolvu lill-familji, u nżommu r-rota ddur għal kulħadd. Huwa dak it-tip ta' investiment li fuqu rridu nirkbu u għalih noffru alternattivi u opportunitajiet lil aktar familji normali biex jagħmlu, bl-għan li jiaħ huwa stess opportunitajiet ta' affordabbiltà. Il-liġi Maltija diġa' tipprovdi għal Real Estate Investment Trusts u Funds imma dawn għadhom mhumiex vijabbli għall-akkomodazzjoni affordabbli. It-tieni rridu naħdmu id f 'id ma' min jiffinanzja l-akkomodazzjoni tal-familji. Bl- innovazzjoni finanzjarja u soċjali, kapaċi noħolqu valur miżjud u aċċess għal dar lil nies li llum m'għandhomx. Jeħtieġ naħdmu mal-entitajiet konċernati kollha biex nipprovdu tip ta' provvista ħafna aktar varjata u li tassew twieġeb għall-bżonnijiet tad- domanda daqstant varjata li teżisti fostna llum. Biex l-iżvilupp jissejjaħ sostenibbli, irid ikun huwa stess qed ikattar l-aċċess għal kulħadd inkluż persuni bi dħul baxx u medju. Din hija l-idea li fuqha msejsa l-Fondazzjoni għall- Akkomodazzjoni Affordabbli u fuq hekk mibnija s-soluzzjonijiet li se tintervjeni bihom f 'qasir żmien. Jake Azzopardi Jake Azzopardi huwa il- Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli Biex l-iżvilupp jissejjaħ sostenibbli, irid ikun huwa stess qed ikattar l-aċċess għal kulħadd inkluż persuni bi dħul baxx u medju. Din hija l-idea li fuqha msejsa l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli u fuq hekk mibnija s-soluzzjonijiet li se tintervjeni bihom f'qasir żmien opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum 12 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023