Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Kif l-Inkjesta Maġisterjali nuqqasijiet fis-settur tal-kostruzzjoni ANTHEA CACHIA Hekk kif din il-ġimgħa ġiet ippubblikata l-proċess verbali dwar Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Inkwerenti Marse-Anne Farrugia dwar il-mewt taż- żagħżugħ Jean Paul Sofia, insiru nafu illi l-Perit Adriana Zammit qatt ma ntlemħet mill-ħaddiema fuq is-sit ta' kostruzzjoni f 'Kordin u kienet isserraħ fuq ritratti mibgħuta fuq Whatsapp biex tara li x-xogħol qiegħed isir. Apparti minn hekk l-espert qajjem il-punt illi din il-binja ma kinitx marbuta kif suppost u li sussegwentament wasslet biex din il-binja iġġarfet. X'irriżulta minn din l-inkejsta? X'qal l-espert tekniku? U x'xehedu l-ħaddiema li wkoll kienu vittma tal-kollass? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-inkjesta maġisterjali u tagħti rendikont ta' dak li ntqal mill-espert u l-Maġistrat. Kif seħħ il-kollass: Minn ħalq l-espert tekniku Mistoqsija leġittima li kienet fuq fomm il-bosta, wara xhur esposti għal dan il-każ, kienet proprju kif seħħ il-kollass? Jew forsi, biex niċċaraw, x'kellu ħażin il-bini biex waqa'? F'din l-inkjesta l-espert tekniku maħtur mill-Qorti Alex Torpiano ikkonsidra diversi teoriji ta' 'cuando e come'. Fil- fatt wieħed mill-eventwalitajiet li ġew ikkunsidrati kienu li peress li kien għadu kif jingħata l-konkos fuq is-saqaf, il-pompa tal-konkos setgħet ma ħadmitx sew u tefgħet konkos fuq is-saqaf mingħajr kontroll. Torpiano, ħa il- konsiderazzjoni l-evalwazzjoni tal-kollass, ix- xhieda tal-ħaddiema fl-aħħar xhur, il-filmati miġbura mill- kameras fuq is-sit u r-ritratti tas- sit wara l-inċident. Dawn, fi kliem l-espert taw stampa aktar ċara ta' x'seta' wassal għall-kollass. Beda billi qal illi ma kien hemm ebda indikazzjoni fil-mumenti qabel ma waqa' l-bini, illi kien se jsir kollass jew li kien se jċedi s-saqaf. Lanqas ħsejjes. Il-bini ħa biss it sekondi u ħalla warajh biss it-tromba tat-taraġ, jiġifieri fejn hemm hemm taraġ, xa għall-li, toilet u xa għas-servizzi. Skont l-istess espert, il-ħitan waqg ħu f t i t mumenti qabel u eventwalment waqa' s-saqaf li kien hemm fuqhom il-ħaddiema kif ukoll Sofia. Jidher illi r-raġuni prinċipali wara l-kollass kien il-fatt illi l-ħitan doppji li kien hemm (jiġifieri ż-żewġ qoxriet) għalkemm kienu mibnija ma xulxin ma kinux marbutin, kif normalment hu mistenni li jsir. Dan in-nuqqas kien nuqqas serju u sinifikanti strutturalment għaliex naqqas fl-istabilità laterali. Fil-fatt Torpiano qal illi, "ħajt dobblu marbut għandu saħħa aktar minn erba' darbiet daqs żewġ qoxriet mhux marbutin." Kompla jgħid li fost evidenza li l-ħitan ma kinux marbutin kienu ritratti ta' wara l-kollass li juru żewġ qoxriet qed jisseparaw. Iżda l-perit ma tatx struzzjoni biex dawn ma jiġu marbuta? L-espert qal illi fil-pjanti jidhru d-dettalji tal-blajjet. Dawn d-dettalji jagħtu struzzjonijiet "dwar il-ħadid li kellu jitwaħħal ġol blajjet imma ma kien hemm l-ebda struzzjonijiet dwar xi ħadd li kellu jorbot minn blata għal oħra." Min-naħa l-oħra l-pjanta tindika l-bżonn ta' irbit minn naħa tal-binja għal oħra. B'hekk il-perit Zammit speċifikat ħadida T25 bejn kull planka imma ma tat l-ebda indikazzjoni li din il-ħadida kellha tintrabat mal- perimetri. Torpiano qal illi ma kienx jidher li hemm bizzejjed irbit bejn is-soqfa "in sit" u t-tromba tat-tarag (staircore) li setgħet tagħti element ta' stabbilità lill- binja. Skont l-espert, din hija partikolarment importanti ghall-istabbiltà tal-faċċata ta' quddiem li kienet karatterizzata minn fetħiet kbar u għoljin bi prattikament l-ebda irbit fil- kantunieri. Fil-fatt, jidher li l-faċċata ta' quddiem inbniet wara l-kumplament tal-ħitan. "B'mod ġenerali ma kien hemm xejn milli jżomm il-ħajt milli jaqa' kollu. Il binja ma kinitx marbuta sew mal-istruttura" tenna Torpiano. Ħaddiema bla esperjenza Torpiano enfasizza fuq il- fatt illi – biex tgħaxxaqha - il- ħaddiema mqabbda ma kellhomx biżżejjed sengħa u għarfien biex jagħmlu x-xogħol li kellhom jagħmlu. Il-ħaddiem Lulzim Carku xehed li kellu 20 sena esperjenza fil-kostruzzjoni u li kien għamel kors ta' taħriġ fl-Albanija, pajjiżu, iżda din kienet ibbażata aktar fuq xutter u "bricks" li skont l-espert dawn huma differenti minn ta' Malta. Huwa qal illi Malta għamel kors ta' nofs ta' nhar (mhux ċar jekk dan il-post kienx stabbiliment Iż-żagħżugħ li tilef ħajtu fil-kollass tal-binja fiż- żona industrijali f 'Kordin Il-binja li ġġarfet L-Espert tekniku maħtur mill-Qorti Alex Torpiano Il-Maġistrat Inkwerenti Marse-Anne Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023