Illum previous editions

ILLUM 6 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

MATTHEW FARRUGIA "Hija prova ta' determinazzjoni u konferma li fejn hemm ir- rieda tajba, il-kwalità tal-ħajja tagħna u l-wirt ambjentali tagħna jistgħu jiġu salvati." Din kienet ir-reazzjoni tal-Għaqda Residenti taż-Żurrieq għall- aħbar li l-pjanijiet għal żviluppi fil-Ħondoq f 'Għawdex ġew riġettati għal darb'oħra, fl-istess ġimgħa li l-istess għaqda ġabret il-fondi neċessarji biex tkun tista' tiaħ il-kawża tagħha fil- Qorti kontra żvilupp fin-Nigret. Fil-fatt, l-aħħar jiem kienu raġġ ta' tama għall-ambjentalisti li qed jiġġieldu kontra sfreġju ambjentali fil-lokalitajiet tagħhom, bl-akbar rebħa tkun dik tas-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg, u r-residenti tal-Qala u tal-madwar kollha. F'dak li qed jissejjaħ bħala t-tmiem ta' saga ta' 22 sena b'rabta mat-theddida tal-iżvilupp massiċċ li kien ġie propost fil-Ħondoq. L-iżviluppatur kien appella quddiem it-tribunal wara li l-applikazzjoni oriġinali ġiet miċħuda b'mod unanimu lura fl-2016. Dan kien abbażi tal- argument li ma kienx hemm smigħ xieraq peress li kellhom biss 15-il ġurnata sabiex jippreparaw għall-każ. Minkejja dan, l-appell quddiem it-Tribunal ġie miċħud fl-2022. Iż-żewġ partiti l-kbar kienu wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom lejn dan il-proġett, bil- Prim Ministru Robert Abela jgħid li huwa kontra dan l-iżvilupp fil- Parlament fir-reazzjoni tiegħu għall-Baġit tal-2022. Fil-fatt, is-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg issa tefa' l-ballun f 'saqajn il-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu, hekk kif wara r-rebħa fil-Qorti, appella sabiex l-art tiġi esproprijata sabiex tiġi klassifikata bħala art pubblika li tista' ssir ukoll riserva naturali jew park nazzjonali. Intant, lura f 'Malta l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għas- suċċess ta' Buttigieg, "għax din ir-rebħa, li ġiet wara 22 sena sħaħ, hija prova ta' determinazzjoni u konferma li fejn hemm ir-rieda tajba, il-kwalità tal-ħajja tagħna u l-wirt ambjentali tagħna jistgħu jiġu salvati." Fil-każ taż-Żrieraq, il-ġlieda tagħhom bdiet aktar kmieni din is-sena, hekk kif f 'Ġunju li għadda, l-Awtorità għall-Ippjanar b'mod unanimu approvat l-ewwel pass għal żvilupp ta' 11,590 metru kwadru fiż-żona tan-Nigret. L-arkitett wara dan l-iżvilupp huwa ħadd ħlief l-eks Ministru għall-Ippjanar George Pullicino, l-istess Ministru li kklassifika din iż-żona bħala waħda fejn jista' jsir l-iżvilupp meta kien għadu fil- poter. Din it-theddida qajmet ir- rabja taż-Żrieraq tant li ġiet iffurmata l-għaqda biex ħadd ma jgħaddi minn fuq din il- lokalità b'mod faċli. Fil-fatt, ir- rabja taż-Żrieraq sarrfet sabiex issa din l-għaqda ġabret il-fondi neċessarji biex tkun tista' tiġġieled dan l-iżvilupp b'mod legali. "Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw id-donazzjonijiet tagħhom, mhux biss għax ilħaqna l-mira tagħna iżda anke għax tawna l-entużjażmu li wrewna bosta nies kien ta' kuraġġ kbir għalina," tennew b'sodisfazzjon ir-residenti. Apparti l-fatt li se tkun qed tinfetaħ kawża fil-Qorti fiż-żmien li ġej b'rabta ma' dan l-iżvilupp, "L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq se tibqa' attenta għal dak kollu li għaddej madwar iż-Żurrieq, u qed nistiednu l-parteċipazzjoni ta' residenti oħrajn li għandhom ir-raħal tagħna għal qalbhom." 04 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum Ir-rebħa fil-Ħondoq raġġ ta' dawl għal dawk li qed jiġġieldu l-iżvilupp viċin darhom Wara r-rebħa tas-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg f'saga ta' 22 sena fejn huwa ġġieled kontra żvilupp massiċċ fil-bajja tal- Ħondoq, għaqdiet b'għanijiet simili qed iħarsu lejn din l-istorja bħala raġġ ta' tama fil-ġliediet rispettivi tagħhom. L-ILLUM tkellmet mal-Għaqda Residenti taż-Żurrieq dwar il-battalja li għandhom quddiemhom dwar żvilupp fiż-żona tan-Nigret u dwar kif l-istorja ta' Paul Buttigieg toffri sens ta' tama FAMI (Ritorn) – Sejħa għall-applikazzjonijiet Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-UE jniedi s-sejħa għall-applikazzjonijiet taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2021-2027 għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku 3, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, it-tisħiħ tar-ritorn u r-riammissjoni effettivi, sikuri u dinjitużi kif ukoll jikkontribwixxu għal u jippromwovu r-riintegrazzjoni inizjali effettiva f' pajjiżi terzi. L-Għan ta' l-applikazzjoni L-applikazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għall-prijoritajiet ta' finanzjament li jindirizzaw il- migrazzjoni irregolari, isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi kif ukoll jippromwovu r-ritorn volontarju assistit u l-assistenza għar-ri-integrazzjoni. Benefiċjarji eliġibbli Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet internazzjonali, imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu fil-qasam ta' l- imigrazzjoni. L-applikanti huma mistiedna jissottomettu l-formoli tal-applikazzjoni kompluti permezz tas-sit elettroniku https://sfd.gov.mt/Application/ sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 15 ta' Settembru 2023 1 f'12.00 p.m. Id-dettalji tan-noti ta' gwida dwar l-eliġibilita' u l-indikaturi jinsabu hawn taħt: • Noti ta' gwida dwar l-eliġibilita': https://fondi.eu/wp-content/uploads/2023/07/Guidance- Notes-on-Eligibility-AMIF-SO-3.pdf • Dokument ta' gwida dwar l-indikaturi - https://fondi.eu/wp- content/uploads/2023/07/Indicators_Guidance_Document_-_AMIF_-_SO_31.pdf Formoli ta' l-applikazzjoni jistaw jigu pprovduti fuq talba lill-Awtorita' ta' Ġestjoni fuq fondi.eu@gov.mt. 1 Data ta' l-għeluq estiża mill-Ġimgħa 25 t'Awwissu 2023 Iż-żona tan-Nigret fiż-Żurrieq hija fost iż-żoni fejn ir-residenti qed jaħdmu kontra proġetti ta' żvilupp li jheddu l-karatteristiċi tal-lokalitajiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 August 2023