Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
Il-parti ta' Fred Astaire rebħitu l-ewwel unur tal-Golden Globe, fl-1951, għall-Aħjar Attur f 'xogħol mużikali jew kummiedja. ree Little Words sewa it inqas minn miljun u nofs dollari u daħħal aktar minn 4 miljuni u nofs dollari. Fl-1946, il-Warner Bros ħarġu l-film mużikali bil-kulur Night And Day dwar il-kompożitur Amerikan u kittieb tal-kanzunetti, Cole Porter bl-attur Cary Grant jinterpretah. Dan ix-xogħol li kien dirett minn Michael Curtiz kellu l-mużika miktuba minn Ray Heindorf u Max Steiner li kienet innominata għall-Academy Award. Fil-film instemgħu ħafna mill-kanzunetti l-iżjed magħrufin ta' Porter, fosthom dik tat-titlu, Night And Day, Begin e Beguine u My Heart Belongs To Daddy. Alexis Smith ħadmet il- parti ta' Linda, l-mara ta' Porter għal 35 sena sħaħ. Monty Woolley u Mary Martin dehru bħala huma nfushom u l-bqija tal-atturi l-oħrajn kienu jikkonsistu minn Jane Wyman, Eve Arden, Alan Hale, Dorothy Malone, Donald Woods u Ginny Simms. Night And Day kienn rakkont fittizju sewwa u diċenti tal-ħajja ta' Cole Porter, fejn fost affarijiet oħra referenzi għall-omosesswalita' tiegħu tħallew barra. Dak kien ukoll żmien ieħor. Film ieħor bijografiku dwar Porter ħareġ fl-2004 bl-isem ta' De Lovely, bl- atturi Kevin Kline u Ashley Judd li ttratta s-suġġett tal-preferenzi sesswali ta' dan il-kittieb tal- kanzunetti aktar fil-beraħ. F'din il- produzzjoni kien hemm xena fejn Kline u Judd, bħala martu Linda Lee jaraw Night and Day qabel joħroġ għall-wiri u jikkummentaw dwar in-nuqqas tiegħu ta' realiżmu u dwar it-tmiem ferrieħi tiegħu. Fl-Amerika u l-Kanada Night And Day daħħal 4 miljun dollari. L-istorja tal-film De Lovely hija din:- Il-kompożitur ta' Broadway, Cole Porter (Kevin Kline) issa armel anzjan, ikollu żjara minn Gabe (Jonathan Pryce), impressjonarju misterjuż li jippreżentalu versjoni ta' ħajtu. Porter jara lilu nnifsu żagħżugħ f 'Pariġi tal-1918 jiltaqa' mas-sinjura ddivorzjata Linda Lee omas (Ashley Judd). Huma jiddeċiedu li jiżżewġu. Linda tkun taf dwar ir-relazzjonijiet ta' żewġha mal-irġiel u taċċettahom sakemm dawn jibqgħu diskreti u mhux fl- apert. Hi tinkoraġġieh fil-karriera tiegħu u tkun il-factotum fl-ewwel suċċess tiegħu fuq Broadway. Linda tipperswadih ukoll jaċċetta offerti minn Hollywood. Imnikkta minħabba r-relazzjonijiet sesswali tiegħu, Linda tmur Pariġi. Pero' tirritorna lura fl-1937 meta Porter jitlef l-użu taż-żewġ saqajn f 'inċident meta kien qed isuq u hi stess tkun taf li għandu kanser. Il-wirja mużikali Kiss Me Kate (1948), li kellha suċċess kbir terġa' tqajjem ir-reputazzjoni tiegħu. Fl-1954 Linda tmut u Porter ikollu sieq waħda maqtugħa. Din il-ħolma mużikali tispiċċa billi figuri mill-passat ta' Cole jfaħħru l-kanzunetti tiegħu. De Lovely hu film tat-20th Century Fox bil-ħin ta' sagħtejn u 4 minuti. Għalkemm dan ix-xogħol ċinematografiku mhux daqshekk sinċier mal-preferenzi sesswali ta' Cole Porter, id-direttur Irwin Winkler irnexxielu jibni bħal arka ta' triomf, traġedja u salvazzjoni li iżda ma jurux kollox dwar iż-żwieġ konvenzjonali u stramb li dam 35 sena ta' dan il-kompożitur li kull ma mess sarlu fidda u martu li dejjem ittolleratu. Xorta waħda Cole Porter jibqa' ikona monumentali tal-kanzunetta romantika Amerikana. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum Tliet kompożituri famużi tal-kanzunetta (2)