Illum previous editions

ILLUM 6 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 19

18 oroskopju IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Libra ser ikun il-waqt li tgħaraf aħjar il-kundizzjoni fiżika tiegħek. Ħallik minn sitwazzjonijiet oħra u kun iffokat biss kif ser tkun qiegħed issib ħin biżejjed għal eżerċizju. Dan taf li huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel u għalhekk wettaq il-ħin addatat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Libra huma magħrufin għal gwida li kapaċi joffru. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo ghalik Scorpio ser ikun il- waqt li issa trid tibda tħejji għal bilanċ finanzjarju aħjar sabiex waqt li int tgħaraf ikollok aktar kontroll fuq l-infieq tiegħek iżda tkompli tisaħħaħ finanzjarjament u dan sabiex tkun kapaċi twettaq dawk il-proġetti li int qiegħed tippjana għalihom. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Scorpio huma magħrufin li jagħrfu jaddattaw għal kull sitwazzjoni. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser ikun il-waqt li tanalizza sew l-esperjenzi tal-imħabba li kellek sabiex f 'dak li int qiegħed tesperjenza fil- preżent tkun kapaċi li telimina dak li jista' jkun ta' tfixkil sabiex b'hekk int tkun tista' tkomli tissaħħaħ f 'din l-imħabba u tasal fejn dejjem xtaqt. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jimu lil oħrajn. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Capricorn ser ikun il- waqt li tgħaraf sew kif ser tqassam aħjar il-ħin fil-bżonnijiet tad-dar tiegħek. Int trid tgħaraf li d-dar hi dik il-post li tmur wara ġurnata u tħossok komdu u relassat. Għalhekk issa huwa l-waqt li tgħaraf sew il-bżonnijiet ta' darek.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Capricorn huma magħrufin għall immaginazzjoni tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser ikun il- waqt li int tanalizza aktar il-qagħda ta' madwarek. Fejn int trid tgħaraf li hemm żbilanċ int trid iġġibu f 'bilanċ halli b'hekk int tkun tista' tħossok aħjar. Issa għandek din il-fażi u din tagħtik ċans ideali sabiex toħloq bilanċ adekwat lejn il-miri tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Aquarius huma magħrufin għall motivazzjoni kbira tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser ikun il- waqt sabiex tippjana tajjeb għal dak il-break tant meħtieġ. Issa taf li għandek tieħu dik il-pawża u dan sabiex waqt li int tkun tista' tisrieħ, din il-pawża tkun dik li terġa tagħtik dik il- motivazzjoni sabiex ma tinqabadx ġo xi fażi ta' monotonija. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Pisces huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste IN-NEW MOON WAQT IŻ-ŻODJAKU TA' LEO MILL-ĦADD 6TA' AWWISSU SAS-SIBT 12TA' AWWISSU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Aries ser ikun il- waqt li int tgħaraf aħjar kif ser tibda tqassam l-iskeda tiegħek b'aktar mod ibbilanċjat bejn il-ħin fil- ħidma u ħin għalik innifsek u ħin għal dawk ta' madwarek u hekk żgur int ikollok aktar stabbilta' u serħan taż moħħ kif ser tkompli titkattar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Aries huma magħrufin li huma nies ta' fehma soda. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser ikun il- waqt li int issa tkun aktar iffokat lejn dawk il-miri li int verament tixtieq. Inutli tipprova tippjana għal ħafna aktar. Aħjar li f 'din il-fażi taqbad ma' dawk il-miri prinċipali li tħoss li żgur dawn jagħtuk dak li vera trid. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Taurus huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Gemini mill-28 TA' MEJJU sal- 20 ta' Ġunju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun il- waqt li issa toħroġ mill-inċertezza li kienet qegħda taħkmek u tibda bil-mod tiffoka aktar. Issa taf li int trid tkompli miexi għax taf li ma tistax tibqa mwaħħal. Għaraf biss li hemm bosta toroq u għalhekk aqbad dik it-triq li int tħossok komdu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Gemini huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser ikun il- waqt li int tkompli tanalizza sew dawk l-opportunitajiet u tagħmel aktar valutazzjoni sabiex b'hekk tħejji dik l-iskeda kif ser tkun qiegħed tqassam aħjar il-ħin. Żomm skeda waħda u tieħux aktar milli tiflaħ. Għaraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Cancer huma magħrufin għas sensittivita' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-new moon taż- żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo huwa l-waqt li bħalissa qiegħed tesperjenza l-fażi tiegħek u huwa l-mument opportun sabiex tkompli tkabbar l-istabbilta' tiegħek. F'din il-fażi int ser tgħaraf kemm tista' tkun aħjar u tħossok aħjar. Wettaq b'aktar għaqal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' kommunikazzjoni pożittiva. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan in-new moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Virgo ser ikun il- waqt li tkompli tħejji b'aktar ħeġġa u determinazzjoni għal meta minn it ġimgħat oħra int ser tesperjenza l-fażi tiegħek. Dan jagħtik iċ-ċans għal dak li int verament tixtieq tħejji sew sabiex tkun ċert fejn vera tixtieq titkattar. Analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Virgo huma magħrufin bħala persuni b'moral effettiv ħafna. Namaste IL-QMURA TAL-ĦAMES ŻODJAKU : LEO IKOMPLI : It-Tlieta 1 ta' Awwissu ser nesperjenzaw il-ħames qamar kwinta għal dan il-kalendarju żodjaku fejn fost il-benefiċċji prinċipali li joffri dan il-qamar kwinta hemm li tgħaraf aħjar kif int it-tejjeb il-komunikazzjoni tiegħek, kif int tista' tneħħi ċerta nċertezza minn ġewwa fik, kif int tista' tgħaraf aħjar il-kunċett tal-imħabba lejn dawk ta' madwarek u tnaqqas xi egoiżmu li jkun fik barra diversi aspetti oħra. L-Erbgħa 16 ta' Awwissu ser nesperjenzaw il-ħames new moon f'dan il- kalendarju żodjaku għaż-żodjaku ta' Leo fejn fost il-benefiċċji prinċipali ser jibbenefikaw minn għarfien aħjar tal- ħiliet u kapaċitajiet li wieħed kapaċi jwettaq, jagħraf aħjar il-ħin li hemm bżonn sabiex twettaq ippjanar aħjar, ma tibżax tiftaħ qalbek ma' dik il-persuna li int tħossok komdu u tgħaraf aħjar l-organizzazjoni tiegħek fejn tara li twettaq xi forma ta' skeda aħjar minn dik li int għandek fil-preżent fost diversi benefiċċji oħra. Tista' wkoll taqra l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, L-Oroskopju minn PaulJon, fejn f'din il- pubblikazzjoni int tista' ssib dak kollu li dan il- kalendarju żodjaku 2023-24 jista' joffrilek , żgur jekk int tħobb taqra dwar l-oroskopju f'din l-unika pubblikazzjoni f'Malta ta' din ix-xorta għanda tkun ta' gwida għalik. Nota: Din il-Pubblikazzjoni L-Oroskopju minn PaulJon tinsab għal bejh biss minn għand l- awtur. Għal aktar informazzjoni ibgħat sms fuq 79495804 jew 99013600 jew żur is-sit www.pauljon13.com Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 August 2023