Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 rokna sportiva Żewġ Maltin jiddebuttaw fl-ogħla livelli tal-futbol Ewropew, il-finali tal-UEFA Super Cup, kif ukoll it-tmiem tal-vjaġġi tat-timijiet Maltin f'kompetizzjonijiet Ewropej Il-plejer tat-tim nazzjonali Malti Teddy Teuma għamel id-debutt tiegħu ma' Stade de Reims, tim li jikkompeti fil- Ligue 1, l-ogħla diviżjoni fil- futbol Franċiż. Dan wara li aktar kmien dan is-sajf, Teuma ingħaqad ma' Reims wara li ħalla lill-klabb Belġjan Union St. Gilloise. Id-debutt wasal fl-ewwel logħba tal-istaġun, nhar is-Sibt 12 t'Awwissu, hekk kif Reims fetħu l-kampanja tagħhom f 'logħba ferm iebsa kontra Marseille. Teuma daħal bħala sostitut fis-60 minuta, waqt li l-iskor kien 1-1 wara gowls ta' Ito u Ounahi għal Reims u Marseille rispettivament. Madanakollu, it-tim ta' Teuma sofra gowl fit-73 minuta, li ddeċieda l-logħba. B'hekk id- debutt ta' Teuma ma kienx wieħed għalkollox feliċi. Minn naħa l-oħra, Zach Muscat għamel id-debutt tiegħu fil-Primera Liga, l-ogħla diviżjoni tal-Portugal. Dan wara li Muscat ġie kkonfermat minn Farense, it-tim li miegħu rebaħ promossjoni l-istaġun li għadda. Muscat lagħab il-partita sħiħa nhar is-Sibt 12 t'Awwissu, kontra Casa Pia, it-tim li miegħu rebaħ promozzjoni għall-Primera Liga sentejn ilu iżda ma kkonfermahx għall-istaġun ta' wara. Il-logħba ntemmet bl-iskor ta' 3-0 kontra Farense. Tmiem l-esperjenza tat-timjiet lokali fl-Ewropa Mill-logħob ta' kwalifikazzjoni għall- UEFA Conference League li ntlagħbu lbieraħ, il-Ħamis 17 t'Awwissu, żewġ timijiet Maltin kellhom bżonn żewġ mirakli sabiex jgħaddu għall-fażi li jmiss. Ħamrun Spartans affaċċjaw lil Ferencvaros barra minn darhom, fejn kellhom bżonn rebħa b'distakk ta' ħames gowls sabiex imqar imorru għall-ħin addizzjonali. Gżira United iltaqgħu ma' Victoria Plzen ġewwa s-Centenary Stadium, fejn kellhom bżonn rebħa ta' erba' gowls distakk sabiex ikollhom tama li javvanzaw. Ferencvaros v Ħamrun Spartans Bdew għal Ferencvaros: Adam Varga; Harry Wingo, Ibrahim Cisse, Mats Knoester, Lorand Paszka; Tokmac Chol Nguen, David Siger, Mohammad Abu Fani; Adama Traore, Barnabas Varga, Kristoffer Zachariassen Bdew għal Ħamrun Spartans: Federico Marchetti; Joseph Mbong, Karlo Bilic, Emerson Marcelina, Ognjen Bjelicic; Juan Corbolan, Elionay, Nemanja Krstic, Yuliyan Nenov; Luke Montebello, Seth Paintsil Il-Ħamruniżi kellhom bidu ta' partita promettenti, hekk kif fetħu l-iskor fis- sitt minuta ta' logħob. Dan wara li Luke Montebello sab l-ispazzju fil-ġemb tal- kaxxa, minn fejn tefa' kross għall-kaxxa żgħira li sab li Mbong f 'tarf il-kaxxa ż-żgħira li ma żballjax minn sitt metri bogħod. Madanakollu, dan kien l-unika xutt lejn il-lasta li rreġistraw l-Ispartans tul il-partita kollha, hekk kif l-oppożizzjoni ddominat għalkollox il-partita, b'63% tal-pussess. Fil- 41 minuta, Adama Traore skurja l-gowl ta' parità għall-Ungeriżi. Fid-69 minuta, kien Varga, il-plejer li skurja 3 gowls fil-logħba preċedenti, li reġa' naqqax ismu fil-lista ta' min skurja, biex b'hekk Ferencvaros ħadu l-vantaġġ. Il-partita ntemmet bl-isor ta' 2-1 kontra Hamrun Spartans hekk kif sfaw eliminati. Gżira United v Victoria Plzen Bdew għal Gżira United: David Cassar; Marcelo Dias, Gabriel Mentz, iaguinho, Carlos Chaba; Andy Borg, Zachary Scerri, Farid Romero; Brooklyn Borg, Macula, Luis Riascos Bdew għal Victoria Plzen: Martin Jedlicka; Rebolledo, Vaclav Jemelka, Robin Hranac, Libor Holik; Benjamin Traore, Jan Paluska, Lukas Kalvach; Adam Vikanova, Pavel Sulc, Jan Kliment Fl-ewwel taqsima ta' din il-partita, Gżira dehru ferm aħjar mill-ġimgħa ta' qabel wara li l-oppożizzjoni wettqet xejn anqas minn 9 bidliet. It-tim Malti gawda 49% tal- pussess, filwaqt li rreġistra żewġ xuttijiet lejn il-lasta kontra t-tlieta ta' Plzen. 45 minuta ta' logħob ibbilanċjat intemm biż- żewġ timijiet jidħlu għall-ħin tal-mistrieħ bl-iskor ta' 0-0. L-istatistiċi tat-tieni taqsima kienu simili ħafna, hekk kif it-tim Malti reġa kellu 49% tal-pussess, waqt li rreġistra xutt wieħed lejn il-lasta, kontra t-tlieta tal-oppożizzjoni. Madanakollu, l-oppożizzjoni kkonkludiet kemmxejn aħjar, b'gowls minn Traore fis-47 minuta u Vikanova fis-70 minuta jiddeterminaw il-partita li ntemmet bl- iskor ta' 2-0 favur it-tim mir-Repubblika Ċeka. B'hekk, Gżira United sfaw eliminati ukoll u spiċċat il-kampanja fl-Ewropa għat- timijiet lokal kollha għal din is-sena. IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum Teuma u Zach b'debutti fil-Ligue 1 u l-Primera Liga Manchester City rebbieħa fuq Sevilla fil-finali tal-UEFA Super Cup Manchester City komplew iżidu mal- ventrina ta' trofej li rebħu riċentament, hekk kif l-Erbgħa 16 t'Awwissu ħarġu rebbieħa fuq Sevilla fil-finali tal-UEFA Super Cup bl-għoti tal-penalties. Il- logħba ntlagħbet fil-Karaiskakis Stadium, f 'Piraeus fil-Greċja. Bdew għal Manchester City: Ederson; Kyle Walker, Manuel Akanji, Nathan Ake, Josko Gvardiol; Rodri, Mateo Kovacic, Phil Foden; Cole Palmer, Jack Grealish, Erling Haaland Bdew għal Sevilla: Bono; Marcos Acuna, Nemanja Gudelj, Loic Bade, Jesus Navas; Ivan Rakitic, Joan Jordan, Oliver Torres; Lucas Ocampos, Erik Lamela, Youssef En- Nesyri Kif kien mistenni, Manchester City iddominaw il-partita mill-aspett ta' pussess, hekk kif dawn gawdew 73% tal-ballun. It-tim Ingliż irnexxielu jirreġistra wkoll seba' xuttijiet lejn il-lasta. Madanakollu, Sevilla xorta waħda kienu perikolużi fuq il-kontrattakk, hekk kif irreġistraw erba' xuttijiet lejn il-lasta ta' Ederson. L-ewwel gowl tal-partita wasal fil-25 minuta, hekk kif kross minn naħa tax-xellug iltaqa' ma' ras El-Nesyri, li għola minn bejn Ake u Gvardiol, u tefa' fix-xibka. Għalkemm City komplew iżidu l-pressjoni, daħlu għall- ħin tal-mistrieħ minn taħt. Kien Palmer li ġab lura l-parità fit-63 minuta, hekk kif kross insidjuż ta' Rodri fittex il-ġirja fil-kaxxa tal-istess Palmer, li ma żballjax bir-ras hekk kif sab ruħu żmarkat għalkollox. Ghalkemm iż-żewġ timijiet komplew ifittxu l-gowl tar-rebħa, il-logħba marret għall-għoti tal-penalties. Il-plejers kienu miċidjali mill-11-il metru, hekk kif Haaland, Alvarez, Kovacic, Grealish u Walker kollha kkonvertew ix-xuttijiet tagħhom għal Manchester City. Minn naħa l-oħra, Ocampos, Mir, Rakitic u Montiel ikkonvertew ukoll għal Sevilla. Bl-isor 5-4 favur Manchester City, il- pressjoni kienet kollha fuq Gudelj, li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda u jmur barra. B'hekk, Manchester City għollew il- UEFA Super Cup għall-ewwel darba fl- istorja tagħhom, biex saru s-sitt tim Ingliż li rebaħ dan it-trofew prestiġġjuż. Teddy Teuma Zach Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023