Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015
04 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum Il-professjonisti fil-qasam tas- saħħa mentali qed jappellaw sabiex jiġu allokati aktar riżorsi b'mod speċjali lil persuni vulnerabbli ħafna li jkunu qed jikkontemplaw is-suwiċidju. Dan l-appell qed isir fi żmien bla preċedent fejn f 'pajjiżna, u anke madwar id-dinja, il-persuni li jbagħtu minn kundizzjonijiet mediċi bħall-ansjetà u d-dipressjoni qiegħdin jiżdiedu. Fosthom, b'differenza minn dak li huwa magħruf li jiġri f 'dan il-qasam, ġiet innutata żieda fl-ammont ta' nisa f 'Malta li għal xi raġuni jew oħra jieħdu ruħhom b'idejhom. Dan hekk kif tradizzjonalment, f 'pajjiżna u anke 'lil hinn minnu, il- maġġoranza assoluta tal-vittmi tas-suwiċidju huma rġiel. Xhieda ta' dan huwa l-fatt li bejn l-2015 u l-2021, 80% tal-vittmi ta' suwiċidju f 'Malta kienu rġiel. Fil-fatt, figuri mogħtija lill- midja mill-Pulizija juru kif mill- bidu ta' din is-sena sal-aħħar ta' Lulju, f 'Malta kien hawn 16-il każ ta' suwiċidju, iżda fl-istess żmien, ġew irrappurtati wkoll 73 każ ta' attentat ta' suwiċidju. F'dan il- perjodu, 38 minnhom kienu rġiel. Fost bidliet oħra li qed jiġu nnutati f 'dan il-qasam, liema suġġet għadu wieħed fejn in-nies iħossuhom skomdi jitkellmu fuqhom, ġew innutati wkoll żidiet fil-każijiet ta' suwiċidju f 'Għawdex, kif ukoll aktar każijiet ta' żgħażagħ li jagħmlu s-suwiċidju. Minkejja d-dieqa tas-suġġett, huwa kruċjali li wieħed jiem ir-raġunijiet wara s-suwiċidju u d-dipressjoni sabiex dawn kemm jista' jkun jitnaqqsu. Apparti dan, fattur importanti f 'din il-ġlieda kontra s-suwiċidju għandha x'taqsam mar-riżorsi, kemm għal dawk li jikkontemplaw is-suwiċidju, iżda anke dawk l-għaqdiet u l-entitajiet li jgħinu lil min huwa vulnerabbli. Fost numru ta' punti li tqajjmu fl-aħħar żmien b'rabta ma' din il-pjaga soċjali, ġie nnutat li f 'dan il-mument, l-unika sptar għal persuni bi problemi ta' saħħa mentali, inkluż dawk li jikkontemplaw is-suwiċidju, huwa l-Isptar Monte Karmeli. F'dan il-każ, l-isem tal-isptar biss għandu konnotazzjonijiet ħżiena ma' kull min sema stejjer fuq dak li jsir ġewwa l-isptar. Aktar kmieni din is-sena, din il- gazzetta kienet irrappurtat kif infermier li kien tkellem mal- ILLUM iddeskriva s-sitwazzjoni diffiċli li jaffaċċjaw il-ħaddiema u l-pazjenti tal-istess sptar. Fosthom, huwa kien innota li l-bini tal- isptar mhux addattat biex jaħdmu t-tobba u l-infermiera fih jew biex il-pazjenti jieħdu l-kura li għandhom bżonn. Apparti minn hekk, huwa kien irrakkonta kif huwa ġieli kien f 'sitwazzjoni fejn ikollhom jintużaw il-lożor mal-art jekk tagħmel ix-xita u jibda' jqattar xi saqaf, jew jużaw bramel tal-ilma jekk ikun hemm toilets bil-ħsara u ma jkunux jistgħu jitranġaw minnufih. Fid-dawl ta' dan kollu, l-appell tal-professjonisti f 'dan il-qasam jibqa' għal aktar riżorsi. Fost oħrajn, fl-2022 il-Gvern kien identifika art fis-Swatar għall- kostruzzjoni ta' sptar psikjatriku ġdid, iżda ma ngħatat ebda data li tispeċifika meta dan l-isptar se jibda jiffunzjona. Apparti dan, il-professjonisti tas-saħħa mentali dejjem jappellaw sabiex meta wieħed iħossu li qiegħed f 'dipressjoni ifittex l-għajnuna minnufih, kemm mal-maħbubin tiegħu u anke mal-professjonisti. Huma jappellaw ukoll lill-pubbliku ġenerali, hekk kif kulħadd għandu l-kapaċità li jagħmel differenza, u saħansitra jsallva l-ħajja ta' xi ħadd. Għalhekk, l-appell jibqa' sabiex jekk wieħed ikun jaf persuna li għaddej minn żmien diffiċli ħafna u qed jikkontempla s-suwiċidju, jistaqsi b'mod dirett jekk għandux ħsibiejiet li jtemm ħajtu. Jekk dan jirriżulta fil-pożittiv, huwa kruċjali li l-persuna jkollha lil xi ħadd li jismaha u ma titħalliex waħedha. Fid-dawl ta' dan, wieħed jista' jagħmel użu wkoll minn diversi servizzi tal-Gvern, u anke privati, fosthom billi jagħmlu użu min-numru 1579, jew 1770, li huma n-numri tal-'Mental Health Helpline', u l-helplina tal-Fondazzjoni Richmond rispettivament. Apparti dan, wieħed ma jagħmilx ħsara li jiċċekkja u jistaqsi lil dawk li jħobb dwar l-istat tas-saħħa mentali tagħhom b'mod regolari. Il-problemi ta' saħħa mentali u s-suwiċidji qed jiżdiedu - appell għal pjan u aktar riżorsi Għalkemm sfortunatament għadu suġġett li wieħed iħossu skomdu jitkellem dwaru, is- suwiċidju, u b'mod aktar ġenerali, is-saħħa mentali jeħtieġu aktar diskussjonijiet u riżorsi fid-dawl ta' żieda f'każijiet ta' problemi f'dan ir-rigward. Il-professjonisti f'dan is-settur qed jappellaw sabiex jiġu allokati aktar riżorsi biex jiġu mgħejjuna dawk fost l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà Il-professjonisti tas-saħħa mentali jappellaw għal aktar riżorsi biex jiġġieldu l-pjaga soċjali tas-suwiċidju