Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum opinjoni Alicia Bugeja Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said Is-Sajd – Nixprunaw l-investimenti, insaħħu l-kultura F tit jiem ilu, kelli l-unur li nkun preżenti għaċ-ċer- imonja tradizzjonali tat-tberik tad-dgħajjes tas-sajjieda. Kienet okkażjoni speċjali għalija, hekk kif kienet l-ewwel darba li attendejt għal din iċ-ċerimonja fl-irwol ta' Segretarju Parlamentari. Kienet ukoll opportunità għall-ot- timiżmu, hekk kif din l-inizjat- tiva seħħet biss it jiem qabel il-uħ uffiċjali ta' dan l-istaġun fil-festa ta' Santa Marija. Ċerimonja bħal din hija appuntament ta' kull sena, li tissimbolizza l-element kulturali tant evidenti f 'dan il-qasam. Madanakollu, jiena u ndur il-port tant pittoresk ta' Marsaxlokk, ma stajtx ma ninnutax kif dan il- qasam huwa wieħed li jżewweġ flimkien l-aspett tradizzjonali u soċjo-kulturali tas-sajd, mal-avvanzi teknoloġiċi u l-investimenti modern li qegħdin nintroduċu. Ħadt gost li nara fost l-oħrajn, in-numru ta' dgħajjes tal- injam tradizzjonali sorġuti fil-port, biswit il-bastimenti iktar moderni. It-tagħmir tradizzjonali bħaċ-ċimi, il-ġebel u l-palm li kien qiegħed esebit fuq dawn id-dgħajjes differenti, huma ċertifikat tal-imħabba u l-element kulturali tant vivaċi li jeisti fi ħdan is-settur tas-sajd. Kuntenta nfakkar dak li ħabbarna it tal-ġimgħat ilu, hekk kif aħna bħala Gvern bdejna inqassmu mal-8000 werqa tas-siġar tall- palm. Dan ma kienx l-unika investiment li għamilna matul dawn l-aħħar xhur, bil-għan li nkomplu nappoġġjaw lis-sajjieda kollha f 'Malta u f 'Għawdex. L-istaġun tas-sajd ta' din is-sena, għall-ewwel darba wara diversi snin, ser jagħti lok u jħeġġeġ lil iktar sajjieda rikrejazzjonali, tramite l-assoċjazzjonijiet lokali, biex jinvolvu rwieħhom u jkollhom irwol fl-element sostenibbli ta' dan il-qasam. Ġewwa l-Port ta' Marsaxlokk, kif ukoll viżibbli f 'diversi żoni u bajjiet oħra madwar Malta u Għawdex, ħdimna biex ninstallaw mat-80 pilastru tad-dawl u tal- ilma ġodda għall-użu tas-sajjieda tagħna. Dan it-tagħmir, kif ukoll fuq l-investiment ta' €113,000 fuq ix-xogħol li sar fuq il-winch rooms, sejrin jagħtu għajnuna essenzjali lis-sajjieda, kemm fix- xhur beżlin tas-sajd tal-lampuki, kif ukoll tul il-bqija tas-sena. Tramite dawn is-servizzi, is- sajjieda ser ikunu jistgħu jagħmlu l-manutenzjoni neċessarja, kemm fuq il-bastimenti tagħhom, kif ukoll fuq it-tagħmir kollu li jintuża. Ma waqafniex hawnhekk bl-investimenti però: Ridna nkomplu ntejbu l-effiċjenza u l-effettività ta' dan is-settur. B'investiment ta' madwar €1 miljun, qegħdin natrezzaw lis- sajjieda tagħna bl-aħħar tagħmir teknoloġiku u informatiku. Dan it-tagħmir sejjer jgħin li-sajjieda jirreġistraw l-qbid tagħhom b'mod informatiku, filwaqt li jgħin lis-sajjieda tagħna jkollhom aċċess għas-servizzi kollha b'mod immedjat. Tramite dan l-investiment, ser nassiguraw settur pubbliku li jimxi spalla ma' spalla mas-sajjieda kollha, u nilħqu l-aspirazzjonijiet tal- poplu Malti u Għawdxi kollu f 'dan il-qasam. Is-settur tas-sajd huwa wieħed li jżewweġ il-prattiċi tradizzjonali ta' missirijietna, mal-metodi iktar sostenibbli u aġġornati tal- ġurnata tal-lum. Nirrikonoxxu l-importanza li dan il-qasam għandu għall-istorja, kultura u tradizzjoni ta' pajjiżna. Kif rajna il-ġimgħa li għaddiet, dan huwa qasam li għadu ħaj, parti integrali mal-identità tagħna bħala poplu u bħala kommunità. Bħala Gvern, ser inkomplu nipproteġu l-għajxien tas-sajjieda kollha Maltin u Għawdxin, u nassiguraw opportunitajiet ġodda għal iktar sajjieda żgħażagħ biex jinvolvu rwieħhom f 'dan il-qasam. L-irwol tas-settur tas-sajd, però, mhix biss limitat għall- irwol storiku u ekonomiku ta' pajjiżna. Is-sajd, flimkien mal- akwakultura, għandhom rwol tant importanti biex ikollna ikel nutrizzjuz lokali li huwa affordabbli u aċċessibli għall- poplu Malti u Għawdxi. Il-ħut minn dejjem kien parti importanti mill-platt tipiku tal- familji tagħna. Fiż-żminijiet tal- lum però, is-sigurtà tal-ikel u s-sostenibbilità ambjentali huma kwistjonijiet ferm importanti li rridu nindirizzaw f 'dak kollu li nagħmlu. Irridu nassiguraw li l-ħut lokali jibqa' l-għażla naturali tal-konsumaturi lokali u internazzjonali kollha. Grazzi għal diversi inizjattivi ta' riċerka differenti li ninsabu involuti fihom, qegħdin naħdmu biex inkomplu inkabbru l-opportunitajiet b'mod sostenibbli. Bl-istess mod, irridu nassiguraw li bil-prattiċi u l-investimenti ġodda kollha li nniedu, nibqgħu nassiguraw futur sostenibbli għal dawn l-industriji, b'tali mod li ma nipperikolawx il-patrimonju ambjentali u marittimu tagħna. Fid-dawl ta' dan kollu, nibqa ottomista. L-isfidi li hemm quddiemna huma konsiderevoli. Biex nindirizzawhom, irridu nibqgħu naħdmu flimkien, b'viżjoni waħda u konġunta li tibbilanċja l-kwistjonijiet immedjati mal-ħtiġijiet għall- ġenerazzjonijiet futuri. Ottimista li, flimkien, nwettqu l-bidliet kollha importanti biex nilħqu dawn il-miri. Is-sajda t-tajba lis-sajjieda Maltin u Għawdxin kollha!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023