Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

jkunx magħruf minn ħafna nies li kapaċi joħolqu kuxjenza, u ma jkollux ħafna nies jikkampanjaw għalih sabiex b'hekk jinbena network soċjali ta' din ix-xorta. Ma kienx jaħdem fuq is-sit Fattur ieħor kapaċi jkun li Jean Paul ma kienx bennej fuq is- sit. Minn dak li ġie rrappurtat, hu kien mitlub iwassal kaxxa tal-għodda lill-ħaddiema meta l-bini ċeda u ntradam taħtu. B'hekk, l-ebda dubju ta' ħtija li kapaċi kien atribwibbli lejn il-vittma ma tqajjem, bħal pereżempju naqas milli jintrabat kif jitolbu l-proċeduri tas- sigurtà. B'hekk, aktar nies ikunu lesti sabiex jappoġġjaw il-kawża Dan wieħed jista' jinnotah ukoll fil-każ ta' Miriam Pace, mara li lura fl-2020 kienet intradmet f 'darha stess, wara li din ikkollassat kawża ta' xogħolijiet li kienu għaddejjin fil-bini ta' maġembha. Dan każ li ukoll qajjem reazzjoni nazzjonali qawwija, għalkemm forsi mhux fuq l-istess livell tal-każ ta' Sofia. Fattur komuni bejniethom huwa li l-vittma mietet f 'sitwazzjoni fejn kompletament ma kellhiex tort; l-ebda deċiżjoni ma setgħet tieħu b'mod differenti sabiex ikun hemm eżitu differenti, għajr li ma tinzertax f 'dak il- post f 'dak il-ħin. Il-vittma mietet kompletament minħabba nuqqasijiet ta' partijiet terzi. Il-mistoqsijiet dwar l-illegalitajiet Brigulio jgħid li mill-bidu l-pubbliku assuma li kien hemm nuqqasijiet marbutin mal-każ. "Il-pubbliku kien diġa qed jassumi li xi affarijiet saru ta' kafkaf ". Ftit wara l-inċident, ma damx biex bdew joħorġu numru ta' fatti marbutin mal-iżvilupp li qajjmu ħafna dubji. L-ewwel nett, l-art kienet mikrija lil persuna, Karl Buhagiar, li fil- passat ġie mressaq il-qorti fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' persuni. Barra minn hekk, għamel ukoll sena f 'ħabs Taljan. Dan huwa wieħed mis-sidien tal-kumpanija tal-kostruzzjoni AllPlus Ltd, flimkien ma' Matthew Joseph Schembri. Schembri ġie akkużat fl-2022 li qabbad żewġ persuni jagħmlu attentat fuq il-ħajja ta' missier l-eks-mara tiegħu. Il-perit tal-proġett, Adriana Zammit, għandha passat nadif. Però, dubji qamu meta ħarġu stqarriji mill-ħaddiema li dawn qatt ma rawha fuq il-post, iżda kienet tivverifika l-progress tal- iżvilupp permezz ta' ritratti fuq il-Whatsapp. "Dawn huma kwistjonijiet li ilhom jitkelmu dwarhom; iż-żewġ partiti," temm jgħid Brigulio. "Jista' jkun li, wara l-ħafna każijiet ta' din ix-xorta, il-poplu għejja u issa ried juri d-diżapprovazzjoni tiegħu b'mod aktar apert." 09 analiżi illum • IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 s'hawn? kellu biss 20 sena. Dan jagħmlu fost l-iżgħar vittmi ta' dawn l-inċidenti, fattur li ċertament appella għall-kunxejnza tal- pubbliku li dak li seħħ kien inġust. Brigulio jgħid li dan seta' wassal sabiex jattira aktar simpatija mill-pubbliku. Hu jżid li jista' jagħti l-każ li, peress li kien żgħażugħ, il-ħbieb tiegħu kienu iżgħar u b'hekk kellhom aktar enerġija sabiex jaħdmu u jikkampanjaw sakemm jaraw li ssir ġustizzja. B'hekk, kien hemm aktar kontribut fil-ħidma lejn il-bini ta' dan il-network. Il-fatt li kien Malti Huwa ċar u jidher li l-Maltin għandhom apatija lejn il-ħajja ta' nies barranin. Dakinhar tal-protesta stess, miet Sirjan ta' 26 minħabba ġrieħi li sofra f 'inċident f 'sit tal-kostruzzjoni erbat ijiem qabel. Dan kien jismu Mohammed Kasem Hashem Alkhateeb, li waqa' għoli ta' madwar sular. Għalkemm ukoll kien għadu żgħir, issemma' ferm anqas minn Jean Paul Sofia. Filfatt, filwaqt li l-isem ta' Jean Paul Sofia għadu fuq fomm kulħadd, lil Mohammed ftit jiftakruh b'ismu. Brigulio jispjega dan il- fenomenu billi jgħid li dan peress li meta tkun Malti, normalment ikun hemm aktar nies jafuk f 'Malta. B'hekk, aktar nies ikollhom interess fl-istorja tiegħek. Għalkemm jistqarr li "hija ħaġa sfortunata", il-poplu Malti jimportah anqas meta jmut barrani, possibilment għax ma Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jsejjaħ inkjesta pubblika kienet reazzjoni għall-mewġa ta' diżapprovazzjoni pubblika għall-vot fil-Parlament li fih il-membri tal-Gvern kollha ivvutaw kontra l-mozzjoni tal- Oppożizzjoni favur l-inkjesta. L-aktar fattur li kkontribwixxa għal din ir-reazzjoni pubblika kienet ir-rabja tal-familja, partikolarment ta' omm Jean Paul, li rebħet is-simpatija tal-poplu, inkluz ħafna bi twemmin Laburista. L-ebda Prim Ministru fid-dinja ma jista' jirbaħ punt legalistiku meta jkun affaċċjat mill- karba ta' omm, u Abela mhux eċċezzjoni. F'dan is-sens, Abela ghamel u-turn li seta' evita, kieku aċċetta t-talba tal-familja mill-bidu u evita argumenti legalistiċi li taw impressjoni li kellu xi haga x'jaħbi. Il- fatt li llum qed issir l-inkjesta waqt li għaddejjin il-proċeduri kriminali relatati mal-każ xejnet l-argument oriġinali tal-Prim Ministru li l-inkjesta pubblika kienet se tkun ta xkiel għall-prosekuzzjoni. Però aħjar tard milli qatt; il- fatt li ma tkunx stinat u tkun lest tbiddel fehmtek hu mertu fil-politika. F'dan il-każ, Abela qisu induna li l-kaz kien se jsir mażżra li magħha kienet qed tniżżel il-popolarità tal-Gvern. Fattur iehor li wassal għal din id-deċiżjoni hi li fil-pajjiż hawn rabja għal dak li qed jigri fis-settur tal-kostruzzjoni. Fl-aħħar xhur, wieħed beda jinnota li anki l-Gvern beda jħoss pressjoni minn kostitwenti imxebba minn xogħolijiet kontinwi fl-irħula u l-ibliet fejn joqgħodu, u jħossu anzjetà meta jsir l-iskavar ħdejn id-dar tagħhom. Il- fatt li issa integħet spotlight fuq il-prattiċi fis-settur hi opportunità għall-pajjiż biex jiżgura li l-iżballji li wasslu għall- mewt ta Miriam Pace, Jean Paul Sofia u għexieren ta' ħaddiema fil-biċċa l-kbira barranin ma jirrepetux ruħhom. "Id- determinazzjoni tagħha kkawżat il-bidu ta' segwenza ta' avvenimenti li wassluna s'hawn" James Debono Reazzjoni ghall-mewġa ta' protesta!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023