Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015
SHABAN BEN TAHER Il-mistoqsija li qed jagħmel kullħadd: kif wasalna s'hawn. Kif każ bħal dan wassal biex ikun hemm għajta popolari kontra l-intransiġenza ta' Robert Abela? Aktar ma jmur, l-industrija tal-kostruzzjoni f 'Malta qed issir magħrufa għall-inċidenti u l-imwiet tal-ħaddiema. Bejn l-2010 u l-2017, total ta' 20 mewt ta' ħaddiem fis-settur ġie rrappurtat. Bejn l-2018 u l-2022, ir-rata kompliet togħla hekk kif ġ e w irrappurtati xejn inqas minn 29 fatalità. Però, l-ebda minn dawn l-imwiet ma qajjem furur kbir daqs il-każ ta' Jean Paul Sofia li miet mirdum taħt fabbrika li kienet qed tiġi mibnja. Dan ikkulmina f 'protesta sabiex issir inkjesta pubblika li għaliha attendiet folla massiva ta' nies. Petizzjoni bl-istess għan ġabret aktar minn 30, 000 firma. Din kienet l-ewwel darba li s-soċjetà ħarġet daqshekk bi ħġarha sabiex titkellem kontra inċident li wassal għal mewt ta' persuna fuq sit tal-kostruzzjoni. Allura wieħed jistaqsi x'kienu l-fatturi li wasslu għal din ir- reazzjoni. L-Illum tkellem mas-soċjologu Dr. Michael Brigulio sabiex jiddiskuti x'setgħu kienu dawn ir-raġunijiet, u kif ukoll ħadet kumment mill- ġ u r n a l i s t a veteran James Debono. Il-weġgħa tal- omm Fattur li ma kienx daqshekk p r e v a l e n t i f i l - k a ż i j i e t l-oħra kien il- persistenża u l-voċiferità li kellha u għad għandha Isabelle Bonnici, omm Jean Paul. Kienet hi li għamlet it- talba pubblika lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex tinfetaħ inkjesta pubblika. Kienet hi li ġabret il-firem għall-petizzjoni favur l-istess inkjesta. Kienet hi li tkellmet pubblikament diversi drabi dwar is-sogħba u l-weġgħa tagħha. Kienet ukoll mgħejjuna bil-kbir mill-avukat Therese Comodini Cachia li kienet sa ftit xhur ilu deputat Nazzjonalista u bħalissa l-avukat tal-familja Caruana Galizia, kif ukoll mill-avukat Joe Giglio. Fuq kollox, kien wiċċ Isabelle Bonnici li kien qed jidher fil-pubbliku, viżibilment emozzjonat, meta tkellmet ma' diversi persuni pubbliċi kif ukoll kmamar tal-aħbarijiet. U diskorsha kien wieħed li jqanqal l-emozzjonijiet. "Anke jekk dawk responsabbli jintbagħtu l-ħabs, xorta jkunu aħjar minni," kien fost id-diskors li qalet. "Omm li għaddiet milli għaddejt minnu jien biss tista' tifhem dak li nħoss." Magħha ingħaqad ukoll żewġha. F'filmat li ġie mxandar minn kmarar tal-aħbarijiet, jidher quddiem karozza ta' Ministru jagħmel appell sabiex tinfetaħ inkjesta pubblika. "Se ttajjarni?" jinstema jgħid quddiem il-karozza tal-Ministru Ian Borg. "Se torqod illejla? Jien ilni seba' xhur ma norqod!" Għal Brigulio, Bonnici kienet l-ewwel u l-akbar fattur. Wara, "bdew jingħaqdu magħha numru ta' kmamar tal-aħbarijiet, għaqdiet non- governattivi, personalitijiet pubbliċi bħal Peppi Azzopardi, kif ukoll politiċi minn kull naħa." Is-soċjologu jgħid li b'hekk inħoloq network soċjali fuq skala nazzjonali, fejn kull persuna minn kull twemmin politiku ingħaqad flimkien sabiex jesprimi r-rabja tiegħu lejn dak li ġara. "Isabelle Bonnici wriet kemm hu importanti li ma teskludi lil ħadd," żied Brigulio. "Dan kien effettiv preċiżament għax ġibed lil kulħadd lejh." Għamel referenza partikolari għad-diskors ta' Peppi Azzopardi quddiem Kastilja, fejn għamel appell lill-partiti kollha. "Saħansitra, anke Joseph Muscat ingħaqad fl-aħħar ġurnata," saħaq Brigulio. Kien għadu fil-fjur taż- żgħożija Jean Paul tilef ħajtu meta 08 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum analiżi Il-każ Sofia: kif wasalna "Isabelle Bonnici wriet kemm hu importanti li ma teskludi lil ħadd, u bniet bħal network soċjali fuq skala nazzjonali ta' nies li jappoġġjaw il- kawża" - Dr Michael Brigulio Michael Brigulio