Illum previous editions

ILLUM 27 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Rebħ u Kontroversja: Il-vjaġġ tat-tim tan- nisa Spanjol www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • NRU 879 PAĠNA 16 Tibqax tbagħti fis-skiet MATTHEW FARRUGIA Bomba atomika li waqgħet fil-Birgu u Stonehenge fl-Imqabba. Dawn kienu żewġ risposti fi programm ta' kwiżż televiżiv 'Wonderball' li nxterdu għal mijiet ta' drabi fuq il-midja soċjali minħabba l-assurdità tagħhom. Minkejja l-fatt li bosta Maltin u Għawdxin li raw dawn il-filmati daħqu bir- risposti, bosta persuni oħra staqsew dwar l-istat tal-għarfien ġenerali fost il-poplu Malti, u kif minkejja li bosta sabu dawn it- tweġibiet tad-daħq, numru sostanzjali ta' nies xorta waħda m'għandhomx għarfien ġenerali dwar numru ta' suġġetti. PAĠNI 4 U 5 SHABAN BEN TAHER Hekk kif ġimgħa ilu, din il-gazzetta kitbet dwar il-pjaga soċjali tas- suwiċidji f 'pajjiżna, f 'inqas minn ġimgħa din il-pjaga ħakkmet il- ħajja ta' persuna oħra, din id-darba ta' tifel li lanqas kellu 18-il sena. L-ILLUM tkellmet dwar dan is- suġġett PAĠNA 11 'Is-sistema edukattiva mhux tipproduċi ħaddiema ta' kwalità' -Il-President tal-MEA X'aktarx li l-prezzijiet tal-ikel se jogħlew iktar fiż-żmien li ġej MATTHEW FARRUGIA U SHABAN BEN TAHER L-ekonomista lokali Clint Flores esprima t-tħassib tiegħu ma' din il-gazzetta għall- eventawlità kbira li l-prezzijiet ta' diversi prodotti tal-ikel se jkomplu jogħlew fix-xhur li ġejjin. Dan minħabba dak li għadu għaddej fl-Ukrajna, fejn ir-Russja qed tattakka infrastruttura marbuta mal- qmugħ, li eventwalment qed iwasslu għal nuqqas ta' provvista ta' ikel madwar id-dinja. Mal-ILLUM, Flores spjega li dawn l-attakki jistgħu iwasslu għal aktar minn prezzijiet ogħla f 'pajjiżna u 'lil hinn minnu. Fosthom, dawn jistgħu iwasslu għal nuqqas kbir ta' ikel f 'pajjiżi tat-tielet dinja, li eventwalment twassal għal migrazzjoni fuq skala enormi. PAĠNA 6

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 August 2023