Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905
02 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Libra ser ikun il-mument li int trid tkun f 'linja ma' dawk ta' madwarek. Wasal il-mument li tiem aktar il- messaġġ li dawk ta' madwarek qegħdin jippruvaw jagħtuk sabiex grazzi għal dan int tista' tgħaraf aħjar dawk il-vera bżonnijiet li hemm meħtieġa. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas Sibt. Libra huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Scorpio ser ikun il- mument li issa tibda tħaddem aħjar il-finanzi tiegħek, hekk li wara tant ġimgħat issa tista' tkun f 'qagħda finanzjarja aħjar. Issa għandek pożizzjoni aktar ċara u b'hekk tista' tippjana aħjar il-proġetti futuri tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. Scorpio huma magħrufin għal istabbilta' tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Sagittarius ser ikun il-mument li tkun aktar kawt fl- imħabba. Issa dak li għalik kien ta' ċerta ħsibijiet spiċċa u issa b'mod aktar trankwil tista' tħares b'lenti b'mod aktar differenti lejn din l-imħabba sabiex b'hekk tkabbar dak li vera tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Sagittarius huma magħrufin għal flessibilta' tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Capricorn ser ikun il-mument ideali sabiex tgħaraf mill ħbieb li int għandek fil-preżent min vera huwa jew mhux sinjifikanti għalik. Hemm bżonn li dan tkun tafu sabiex int ma tibqax taħseb ħażin f 'kullħadd u tkun tista' tafda aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Capricorn huma magħrufin għal abbilta' organizzata tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Aquarius ser ikun il-mument li int trid tgħaraf iżomm lura minn sitwazzjoni li jista' jkun tkun ta' problema fil-futur. Għalhekk huwa ferm importanti li ma twebbisx rasek għax dan jista' jkollu aktar konsegwenzi 'l quddiem. Għalissa uża moħħok u għamel pass lura. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Aquarius huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom. Namaste IL-QAMAR KWINTA GĦAŻ-ŻODJAKU TA' VIRGO MILL-ĦADD 3TA' SETTEMBRU SAS-SIBT 9 TA' SETTEMBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Aries ser ikun dak il-mument li int trid tieħu dik id- direzzjoni li hemm bżonn sabiex b'hekk int tkun tista' tibda miexi lejn dak li verament tixtieq bil-prospetti sbieħ li int tant għandek. Għalhekk għaraf id- direzzjoni li hemm meħtieġa li titieħed. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Aries huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Taurus ser ikun dak il-mument li tanalizza dak li issa int akwistajt. Grazzi għal dawk il-pariri li ħadd issa int kapaċi twettaq analiżi tal-aħjar parir utli għalik u skont l-għażla tiegħek biss tgħaraf tiddeċidi sabiex b'hekk tkun f 'qagħda aktar stabbli. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Taurus huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Gemini mill-28 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Gemini ser ikun dak il-mument li għalkemm tħossok konfuż hemm bżonn li kontra kull xejra twettaq dak li int tixtieq. Issa taf li tajt ħafna ħin, kont kalm u żammejt lura kemm stajt iżda issa trid twettaq dak li tħoss ġewwa fik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Gemini huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Cancer ser ikun il-mument li tgħaraf aħjar kif għandek tikkumbatti lejn dak il-bilanċ bejn il-karriera u dak ta' madwarek. Int taf li ma tistax timxi jekk tkun f 'qagħda żbilanċjata, għalkemm issa għandek iċ-ċans li tibbilanċja kemm lilek innifsek kif ukoll il- madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Cancer huma magħrufin għal ispontanjeta' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Leo ser ikun il-mument ideali għal preparazzjoni aktar profonda ta' dak li int qiegħed tippjana. Issa għandek aktar ħin għal din it-tħejjija sabiex il-pjanijiet tiegħek tkun tista' twettaqhom kemm b'għaqal kif ukoll b'aktar tfassil iddettaljat. Żgur li ser titkattar aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste IL-QARREJJA JISTAQSU IKOMPLI : Dawn l-ittri li ġew magħżula għal dan l-artiklu ser jingħataw rigal l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi L-Oroskopju minn PaulJon bħala apprezzament u għalhekk inkompli inħeġġeġ lilkom qarrejja ta' din il-paġna sabiex tkomplu tibgħatu kemm il-mistoqsijiet tagħkom, is- suġġerimenti tagħkom u komplu ipparteċipaw waqt il-kompetizzjoni li jien inwassal kull ħmistax. Ittra hi mibgħuta minn Sarah żodjaku ta' Virgo minn San Giljan fejn xtaqet tkun taf jekk hux xi ħaġa ħażina li wieħed imur jaqra xortieħ. Xtaqt nagħlaq b'din l-ittra bit-tama li nitgħallmu nużaw kliem aħjar. Meta persuna titlob dan is-servizz ma tmurx sabiex tiġi mogħtija xi numri sabiex tirbaħ il-lotterija. Min jagħmel hekk ikun qiegħed jaħli l-ħin. Persuna tmur sabiex tingħata dik il-gwida partikolari fuq sitwazzjoni personali dwar l-imħabba u din l-aktar li tispikka. L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik Pisces ser ikun mument li int tagħmel it ġranet lura minn ċerta attivitajiet. Hemm bżonn ta' it mumenti waħdek dan sabiex tkun kapaċi twettaq dik ir-reflessjoni li tant għandek bżonn u taf li fil- ġimgħat li ġejjin għandek twettaq ċerta deċiżjonijiet. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Pisces huma magħrufin kemm huma umli. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Virgo għalik l-istes Virgo ser ikun il-mument li twettaq analiżi ta' dawn l-aħħar ġimgħat li żgur kienu ferm importanti għalik li tawk dik il-bidla tant meħtieġa kif ukoll dik il-motivazzjoni kollha li tant kellek bżonn. Għalhekk issa għati aktar ħsieb. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Virgo huma magħrufin għal abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste