Illum previous editions

ILLUM 17 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

Fl-isport tat-tennis, il-plejer Serbjan Novak Djokovic għeleb lil Daniil Medvedev fil-finali sabiex rebaħ il-turnew tal-Open Amerikan. Djokovic, ta' 36 sena, wera d-dominazzjoni tiegħu hekk kif rebaħ tliet settijiet konsekuttivi, bl-iskor ta' 6-3, 7-6 u 6-3, f 'prestazzjoni fejn kien kompletament fil-kontroll. Din kienet ir-raba' darba li rebaħ dan it-turnew prestiġġjuż, u issa sar l-ixjeħ plejer li qatt rebħu fl-era tal-Open. Bil-preżenza fl-10 finali tiegħu f 'dan it-turnew, laħaq ukoll ir-rekord ta' preżenzi ta' Bill Tilden. Apparti minn hekk, kien ukoll l-24 titlu Grand Slam tul il- karriera illustrija tiegħu, li ġabu ndaqs ma' Margaret Court għall- akbar ammont ta' dawn it-titli mirbuħin. Huwa diġa għandu dan ir-rekord meta wieħed iqis biss plejers irġiel, segwit minn Rafael Nadal b'22 u Roger Federer b'20. Aktar kmieni din is-sena, Djokovic kien diġa rebaħ tnejn mit-tliet kampjonati maġġuri l-oħra, l-Open Awstaljan, u l-Open Franċiż, filwaqt li tilef finali li marret għal ħames settijiet kontra l-Ispanjol Carlos Alcaraz f 'Wimbledon. Issa, Djokovic rebaħ it-tielet kampjonat maġġuri fl-istess sena. Din kienet ir-raba' darba li rnexxielu jikseb dan it-tragward, hekk kif għamel l-istess fl-2011, fl-2015 u fl-2021. Bis-sena 2023 tiżdied ma' din il-lista, sar l-aktar plejer li irnexxielu jagħmilha darbi, sabiex qata' kompletament lil Roger Federer li kiseb dan is-suċċess tliet darbiet tul il- karriera tiegħu. Din ir-rebħa żgur mhux forsi tkompli ssaħħaħ l - a r g u m e n t ta' ħafna, li Djokovic huwa l-aqwa plejer li qatt qabad paletta tat- tennis b'idu u paxxa lis- segwaċi kollha bil-meravilji ta' prestazzjonijiet li jagħti b'mod konsistenti. Ta' min jinnota wkoll li, a k t a r ma jgħaddi żmien, Djokovic aktar qed jimmeljora l-mogħdija taż- żmien. Din ir-rebħa kienet it-12-il waħda minn 15 il-preżenza f 'finali, fit-tletinijiet tiegħu. B'hekk, laħaq it-12-il rebħa li kiseb fl-għoxrinijiet tiegħu, wara 21 preżenza f 'finali. F'intervista, il-plejer qal li, "Din tfisser ħafna għalija, diffiċli biex niddeskriviha. Qed ngħix il- ħolma ta' tfuliti li qed nikkompeti fl-għola livell fl-isport. Qatt ma mmaġinajt li se nkun qed nitkellem fuq kif irbaħt 24 Grand Slam, iżda l-aħħar snin irraġunajt li la għandi ċans nikteb l-istorja se nipprova naħtfu." Goran Ivanisevic, il-kowċ ta' Djokovic, saħaq li, "Djokovic huwa ġenju. M'hawnx ieħor bħalu. Dan huwa l-akbar suċċess li qatt inkiseb fl- istorja tal-isport." 16 rokna sportiva IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Djokovic jiddomina fit-tennis, filwaqt li tiratur Malti bl-aqwa prestazzjoni fl-istorja Djokovic jirbaħ l-Open Amerikan u jikser numru ta' rekords M a r l o n Attard, atleta Għawdxi li kien qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati tal- Ewropa fl-isport tal-isparar li saru f 'Osijek fil-Kroazja, kellu prestazzjoni mill-aqwa li waslitu għar-rebħ ta' midalja tal-fidda fl-iskeet. It-tiratur fetaħ il-kampjonat b'wirja indikattiva tal-potenzjal tiegħu f 'din il-kompetizzjoni, hekk kif laqat 74 minn 75 plattina, b'serje ta' 25, 25 u 24. Fit-tieni serje, hu kompla jibni fuq din il-wirja hekk kif kiseb riżultat ta' 49 minn 50, b'serje ta' 25 u 24. B'hekk, huwa avvanza għall-finali b'total ta' 123 minn 125 plattina. Fil-finali, Attard kompla jirreġistra punti b'mod konsistenti, hekk kif falla biss erba' tiri mill-ewwel erba' serje. Hu temm il-finali b'total ta' 54 minn 60 plattina, distakk sostanzjali fuq il-45 tat-tiratur Taljan Tammaro Cassandro, li temm il- kompetizzjoni fit-tielet post. Madankollu, din il- prestazzjoni ma kinitx biżżejjed sabiex jikseb id- deheb, hekk kif it-tiratur Grieg Charalambos Chaliadakis kien f 'forma fenomenali li wasslitu sabiex jieħu l-punti massimi, b'60 plattina milquta minn 60. B'hekk, kien il-Grieg li kiseb kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi ta- 2024 li se jsiru f 'Pariġi. Il-wisja eċċellenti u r-riżultat finali ta' Attard huma meqjusin bħala l-iprem suċċess li qatt kiseb tiratur Malti fl-iskeet, partikolarment meta wieħed iqis il-preġju ta' din il- kompetizzjoni. Dan ir-riżultat żgur mhux forsi se jkompli jqawwilu l-moral li, fil-kompetizzjonijiet li ġejjin, jirnexxielu hu ukoll jikseb kwalifikazzjoni għall- Olimpjadi tas-sena d-dieħla. It-tiraturi Liam Sciberras u Clive Farrugia kienu t-tiraturi Maltin l-oħra li kkompetew f 'din il-kompetizzjoni. Madankollu, totali ta' 69 u 71 rispettivament ma kienux biżżejjed sabiex dawn jassiguraw post fil-finali. Tiratur Malti jolqot il-fidda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 September 2023