Illum previous editions

ILLUM 17 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

MATTHEW FARRUGIA "Bank il-Għażż" huwa l-isem ta' dramm li se tittella' fil-jiem li ġejjin, liema produzzjoni se tiffoka fuq il-familja ta' Ministru għall-Familja u twieġeb mistoqsijiet kurrenti fuq l-għażż, il-ħidma u l-bilanċ bejn ix- xogħol u l-ħajja personali fid- dinja tal-lum. Kull min hu għażżien, iħobb jitgħażżen. M'hemmx skużi, kulħadd jista' jqum fuq tiegħu u jattakka lil ħajja bl-aħjar mod possibbli. Kulħadd jista' jkun proattiv u jieħu inizjattiva. Min m'huwiex hekk ma jixraqlu xejn għajr li jissejjaħ bank il-għażż. Dawn il-konklużjonijiet huma ovvji għal maġġoranza tan-nies, li llum il-ġurnata, partikolarment minħabba l-effett qawwi li ġġorr magħha l-midja soċjali, moħħhom biex jiswew u jkunu utli bil-mod awtentiku tagħhom fis-soċjetà u jkunu approvati mill-maġġoranza permezz ta' minjieri ta' likes u kummenti. Iżda min għal xi raġuni jew oħra ma jieħu ebda inizjattiva fil-ħajja, għandu jkun iġġudikat? Qatt staqsejna x'iwassal biex bniedem ikun ittimbrat bħala 'bank il-għażż'.... jew aħjar x'iwassal biex jispiċċa jgħix b'dan il-mod? U fuq kollox, min hu hekk, verament kuntent li jgħix hekk? Dawn huma ftit mill- mistoqsijiet li jirrifletti dwarhom id-dramm 'Bank il-Għażż'. F'din il-produzzjoni, Vince Micallef Pulè se jkun qed jinterpreta l-parti tal-Ministru, liema attur iddeskriva l-karattru tiegħu bħala wieħed, "kumpless minħabba li jrid jirrikonċilja l-aspetti kollha fil-ħajja tiegħu b'mod partikolari x-xogħol stressanti tiegħu bħala Ministru u l-ħajja personali tiegħu speċjalment fejn jidħlu ż-żewġ uliedu." Tul id-dramm, il-karattru ta' Micallef Pulè jaffaċċja numru ta' realtajiet u jistaqsi mistoqsijiet introspettivi. Fosthom huwa jistaqsi jekk falliex fit-trobbija u t-tgħalim li ta lil uliedu, u jistaqsi wkoll jekk falliex bħala missier u b'liema mod. L-aktar mistoqsija li tħoll u torbot kollox fl-istorja hija: x'sigriet qiegħed itaqqal lill- familja biex wieħed mill-ulied spiċċa inutli; bank il-għażż? Il-kittieb ta' 'Bank il-Għażż', Karl Schembri, jgħid li d-dramm se jistaqsi wkoll jekk "hemmx il-bżonn li wieħed ikun ġenwin fil-ħajja ta' llum". Id-diversi mistoqsijiet li jistaqsi dan id- dramm, skont waħda mill-atturi Moira Muscat, "se jqanqlu diversi emozzjonijiet kuntrastanti.... bħalma jiġri fil-ħajja reali". Ma' din il-gazzetta, Karl spjega kif l-ispirazzjoni għal din il- produzzjoni ġiet minn dak li jara mix-xena politika lokali, hekk kif stqarr li huwa jsegwi ġrajjiet kurrenti Maltin b'ċertu kurżità. "Minn dejjem kont kurjuż dwar kif jaġixxu l-politiċi minn wara l-kwinti u mhux meta jkunu quddiem il-cameras," qal Karl. Huwa nnota kif ħafna jafu li l-politiċi kollha, anke dawk 'lil hinn minn xtutna ħafna drabi jkunu atturi huma stess, hekk kif juru ċertu onestà superfiċjali. F'dan il-kuntest, jispjega Karl, il-produzzjoni tesplora l-kontradizzjoni bejn l-azzjonijiet fil-ħajja pubblika tal-politiku fid-dramm u opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Ħafna huma dawk li jistaqsu u jispekulaw dwar kif jaġixxu l-politiċi minn wara l-kwinti. Il- produzzjoni "Bank il-Għażż" proprja tiprova tirrispondi din il-mistoqsija fost temi oħra, fosthom il-produttività fiż- żmien tal-midja soċjali Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Bank il-Għażż: Produzzjoni li ssaqsi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 September 2023