Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817
Ċipru tipprova tikkompeti mal- inċentivi tal- films Maltin www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • NRU 883 → direct The flexible savings account that puts you first! Get monthly 2% interest p.a. credited into the same account whilst having the flexibility to deposit or withdraw money from your account whenever you want! MeDirect Bank (Malta) plc is a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Maltese law. This account is available in Euro and rate quoted is gross of tax, paid on a monthly basis and is compounded. Account holders can deposit up to €2,000 per month up to a maximum account balance of €50,000. Terms and Conditions apply and are available upon request. MeDirect Bank (Malta) plc is licensed to undertake the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371). MeMax 2557 4400 medirect.com.mt PAĠNA 8 'Għad hawn stigma fuq il-kannabis' SHABAN BEN TAHER Raġel li tkellem mal-ILLUM b'mod anonimu spjega l-isfidi li jaffaċċjaw persuni li jpejjpu l-kannabis b'mod rikreazzjonali minkejja l-fatt li l-użu u t-tkabbir ta' din il- pjanta m'għadhiex illegali f 'pajjiżna. Ma' din il-gazzetta huwa spjega li din il-liġi, għalkemm hija qabża kbira fid-direzzjoni t-tajba, xorta waħda għandha fejn titranġa, hekk kif minħabba l-ammont ta' kannabis li tagħti pjanta, bosta nies bħalu jkollhom jarmu ammont ta' prodott sostanzjali biex jibqgħu konformi mal-liġi. PAĠNA 5 'Il-Gvern irid iwaqqaf l-infiq żejjed' MATTHEW FARRUGIA Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem, (MEA) Joseph Farrugia stqarr li l-Gvern għandu jrażżan l-infiq tiegħu li qed iwassal għal ħela ta' fondi pubbliċi, b'mod speċjali fid-dawl ta' numru ta' skandli u klima ekonomika internazzjonali maħkuma minn inflazzjoni għolja. Farrugia stqarr dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li l-Budget tas-sena d-dieħla se jkun wieħed "espansiv" minkejja l-isfidi ekonomiċi li qed jaħkmu lill-Unjoni Ewropea. Caruana, waqt laqgħa mal-imsieħba soċjali ftit ġimgħat qabel jitħabbar il-Budget għall-2024, innota kif l-Unjoni Ewropea se tibda tissikka ċ-ċinturin biex tassigura li ebda membru ma jkollu rata ta' dejn jew defeċit għoljin, u għalhekk Malta trid tagħmel il- parti tagħha wkoll. Minkejja dan, Caruana qal li l-Budget li jmiss xorta waħda se jkun wieħed fejn in-nefqa tal-Gvern tkun ogħla mid-dħul tiegħu, filwaqt li Malta tkun konformi mal-viżjoni tal-Unjoni Ewropea. Intant, is-Sibt il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li d-diskors tal-Budget għas-sena 2024 se jsir fit-30 ta' Ottubru li ġej. Fuq Facebook, Abela stqarr li dan se jiġi wara li jiġu mressqa "bidliet importanti" fil-Parlament, u li l-Budget se jkun "mibni fuq il-ġid komuni." PAĠNI 6 U 7 PAĠNA 3 Ftit jiem qabel tinfetaħ mill-ġdid is-sena skolastika, wieħed jista' jistenna li t-toroq Maltin u Għawdxin ikunu mimlijin sa ruħ ommhom bil-karozzi kull filgħodu. Din is-sena, peró hemm ċans li tkun sitwazzjoni agħar mis-soltu, hekk kif il- Gvern naqqas l-ammont ta' vannijiet li jiġbru t-tfal mid-djar għall-iskejjel. Dan huwa maħsub li se jwassal f 'anqas nies jużaw dan is-servizz, u b'hekk it-tfal ikollhom imorru l-iskola mal-ġenituri bil- karozzi privati, u b'hekk jiżdied it-traffiku kull filgħodu. Aktar karozzi fit- toroq meta tibda l-iskola Id-diskors għall-Budget għas-sena d-dieħla se jsir fit-30 ta' Ottubru