Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

MATTHEW FARRUGIA L-ILLUM tkellmet ma' Carlo Mamo mill-Malta Football Players' Association (MFPA), li spjega l-inġustizzji tas-sistema fejn jidħlu l-pagamenti tal-plejers amatorjali, u kif m'hemm l-ebda rikors legali sabiex dawn jieħdu pagamenti li jkunu mwegħdin minn klabbs li qatt ma jkunu ngħataw. Soluzzjoni għal dan kienet proposta diġa mill- Assoċjazzjoni, iżda din ma kinitx milqugħa mill-klabbs. Dan wara li sors anonimu tkellem mal-ILLUM u stqarr li hu wieħed minn disa' plejers amatorjali li kienu ma' klabb fin- National Amateur League l-istaġun li għadda, għadhom ma tħallsux dak li wiegħed il-klabb. Wara dan, huma kollha telqu minn mal-klabb. Is-sors spjega wkoll li kien hemm plejers oħra li damu biex jitħallsu, iżda tħallsu fil-bidu tal-istaġun meta sar ehim mal-klabb sabiex jibqgħu għal staġun ieħor. Dan filwaqt li l-klabb issa ġab plejers ġodda oħra, u ma jidhirx li qed isib diffikultajiet iħallas lilhom. Mamo spjega li plejer amatorjali tirreferi għal kull plejer li ma jkollux kuntratt professjonali. Kważi kull plejer fin-National Amateur League huwa amatorjali, hekk kif il-klabbs jistgħu jagħtu kuntratt lil plejer wieħed biss. Fin-National Challenge League, il-maġġoranza tal-plejers huma amatorjali, hekk kif klabb huwa obbligat li jkollu mill-inqas ħames plejers b'kuntratt professjonali. Madankollu, li tagħti kuntratt professjonali lil plejer iġġib diversi żvantaġġi lejn il-klabb, fosthom li jrid iħallas 7.5% taxxa fuq it-total tal-paga, kif ukoll li jkun marbut li jżomm u jħallas lil dan il-plejer anke jekk iweġġa' fit-tul. Allura, ħafna klabbs f 'dan il-livell jagħżlu li jagħtu l-minimu. Fil-Premier League, plejer jista' jkun amatorjali biss jekk ma jkunx għalaq it-23 sena. Mamo spjega wkoll kif jitħalsu dawn il-plejers. Minħabba li dawn m'humiex professjonali, ir- regolamenti tal-MFA, minħabba raġunijiet ta' taxxi, ma jippermettux li dawn jitħalsu salarju. Minflok, jistgħu jitħalsu biss kumpens għall- ispejjes li jsofru, sa massimu ta' €300 fix-xahar. Dan ma tipikament ma jsirx bil-miktub, iżda bi ehim verbali. Minkejja dan, huwa fatt magħruf li ħafna klabbs jagħmlu ehim ma' plejer għal aktar minn dan l-ammont. Huwa fatt magħruf ukoll li jkun hemm diversi episodji fejn dak li jkun imwiegħed mill-klabb ma jingħatax lill-plejer. Meta jiġri dan, il-plejer m'għandux mezz legali kif jikkumbatti din l-inġustizzja, għax m'hemm l-ebda prova ta' dak li jkun wiegħed il-klabb. Biex jikkumbattu dan, l-MFPA kienu proponew mal-klabbs sabiex dawn il-ehimijiet jinkitbu u jiġu rreġistrati mal-MFA, bħala kuntratt ta' obligazzjonijiet anċillarju li jiddaħħal mar-reġistrazzjoni tal- plejer. Dan ma jkunx l-istess bħal kuntratt professjonali, anke peress li hemm limitu ta' kemm tista' toffri, jiġifieri €300 fix-xahar. Il-proposta ma kienet tobbliga l-ebda klabb jagħmel dan; iżda jista' xorta waħda jagħżel li jagħmel biss ehim verbali mal-plejer. Però mbagħad, il-plejer ikollu l-għażla li jew jingħaqad ma' dak il-klabb, inkella jsib klabb ieħor li lest jagħmillu ehim bil-miktub. Kawża t'hekk, meta ehim reġistrat mal-MFA ma jinżammx, il-plejer ikun jista' jilmenta mal- Bord għar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti tal-MFA. Jekk il-Bord isib li l-klabb qiegħed fit-tort, tkun tista' tobbligah sabiex jonora l-obbligazzjonijiet tiegħu, u tikkastigah sakemm jagħmel dan. Pereżempju, tkun tista' timponi projbizzjoni fuq li klabb jiffirma plejers ġodda qabel iħallas lill-plejers li diġa kellu, hekk kif isir fir-rigward ta' kuntratti professjonali. Din il-proposta ma ġietx aċċettata mill-klabbs. Mamo esprima d-diżappunt tiegħu lejn dan u saħaq fuq kemm hi inġusta s-sistema, partikolarment meta l-klabbs kinnu mbuttaw sabiex ir-reġistrazzjoni ta' dawn il-plejers torbothom għal sentejn. "Il-klabbs iridu li meta jiffirmaw plejer amatorjali, dan ikun marbut magħhom għal sentejn. Din nifmuha, għax klabb ikun jixtieq li jkollu ċertu kontinwità u stabbiltà. Iżda mbagħad, mhuwiex lest li jagħti l-istess stabbiltà lill-plejer; li dan ikollu rikors sabiex jiġġieled għal dak li jkun ġie mwiegħed." "Anzi, jużaw din tar- reġistrazzjoni biex jaħarbu mill- obbligi tagħhom" żied Mamo. "Spiss tiġri li plejer ikun ilu sena mal-klabb, u jkun dovut xi pagamenti. Minħabba li dawn ma jkunux tħallsu, hu jkun irid jitlaq, iżda jkun għadu marbut mal-klabb għal sena oħra. Allura l-klabb jgħidlu li minflok iħallas sabiex ikun rilaxxat mill-klabb, dak li jkun dovut lejh jinqata' sabiex jagħmel tajjeb għas-somma ta' rilaxx." 16 rokna sportiva IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Żbilanċ bejn l-interessi tal-klabbs u tal-plejers dilettanti Wimbledon Pimms and Debenture Seats 2024 Downton Abbey Handmade Swarovski Crystal Tiara Get Away to The Lap of Luxury in Majorca A Private Tour of The Royal Library at Windsor Castle Private Hennessy Cognac Tour Dinner Get Away to The Lap of Luxury in Majorca The Royal Library at Windsor Castle A Weekend of Opera New York City Dinner Party for 12 A Day of Stylish Sailing aboard a Sunseeker Manha an 70 See How Movies Are Made First Hand at Stargate Studios Private Hennessy Cognac Tour Dinner See How Movies Are Studios Fine and Rare Georgian Mahogany Apothecary's Box Supercar Royalty McLaren F1 Sketch To the Eternal City and Back Private Hennessy Cognac Tour Dinner Get Away to The Lap of Luxury in Majorca INTERNATIONAL TIMED ONLINE AUCTION 30TH SEPTEMBER - 15TH OCTOBER 2023 stpaulspromalta.org belgraviaauc ons.com Carefully curated catalogue of once in a life me experiences and treasures in Malta, UK, France, USA, Australia and Majorca IN AID OF SAVE THE VALLETTA SKYLINE APPEAL International Timed Online Auction www.belgraviaauc ons.com Il-Malta Football Players' Association titkellem dwar pagamenti dovuti mhux onorati, in-nuqqas ta' mezzi sabiex plejer jaqbeż għad-drittijiet tiegħu, kif ukoll soluzzjoni li diġa ġiet rifjutata mill-klabbs

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023