Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266
Bugeja ġġib rebħa għat-tim nazzjonali fl-aħħar minuti www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • NRU 884 PAĠNA 8 Kliem ta' tifħir mis-Sindku tal-Qala dwar Ħondoq ir- Rummien F'kummenti lil din il-gazzetta, is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg kellu kliem ta' tifħir għall-aħħar żviluppi dwar il-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien, liema bajja ilu jiġġieled sabiex tiġi protetta mill-iżvilupp għal dawn l-aħħar 20 sena. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat pjanijiet ġodda għal din iż-żona li għad iridu jgħaddu minn proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Fost l-oħrajn, l-Awtorità qed tipproponi li kull żvilupp fiż-żona ta' Ħondoq ikun projbit u fil-futur is-sit jintuża biss għal proġetti ta' afforestazzjoni kif inhu previst fil-pjan lokali oriġinali li kien maħruġ għall-konsultazzjoni pubblika fl-2002. Apparti dan, l-Awtorità se tikkunsidra b'mod favorevoli proposti minn aġenziji pubbliċi, li għandhom l-approvazzjoni, kemm tal-Kunsill Lokali tal-Qala, kif ukoll tal-Gvern Ċentrali, biex jitjiebu l-faċilitajiet tal-bajja f 'Ħondoq ir-Rummien. PAĠNI 6 - 7 'Diżastru' fl-infurzar tas-siti tal-kostruzzjoni MATTHEW FARRUGIA Il-komunikazzjoni bejn l-entitajiet relevanti f 'dak li għandu x'jaqsam mal- infurzar fis-siti tal-kostruzzjoni ġiet deskritta bħala "diżastru" mill-President tal-Kamra tal-Periti André Pizzuto. Huwa qal dan fl-istess ġimgħa li waqt l-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta' Jean Paul Sofia, ngħataw dettalji fuq in-nuqqas ta' riżorsi u komunikazzjoni uffiċjali bejn l-entitajiet li għandhom x'jaqsmu mal- bini. Pizzuto spjega li l-problema ta' dawn l-entitajiet tħoll u torbot mal-fatt li dawn ġew stabiliti fi żminijiet differenti u m'hemmx pjan u viżjoni olistika għalihom kollha. Għalhekk, huwa nnota li sakemm dan jibqa' l-każ, l-infurzar dejjem se jkun aktar limitat, l-istess osservazzjoni li għamel l-Imħallef Joseph Zammit McKeon aktar kmieni din il- ġimgħa waqt seduta tal- inkjesta pubblika. PAĠNA 6 André Pizzuto jgħid li hemm bżonn tibdil serju biex jitjieb l-infurzar