Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Is-Sindku favur it-tibdil LUIGI SGHENDO L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret il-pjanijiet lokali tagħha sabiex tiġi ssalvagwardjata ż-żona ta' Ħondoq ir-Rummien, wara battalja legali twila ta' 22 sena. Fost dawk li faħħru din id- deċiżjoni, kien hemm is-Sindku tal-Qala Pawlu Buttigieg li f 'kumment lill-gazzetta ILLUM faħħar din id-deċiżjoni li ilu jiġġieled għaliha. Huwa xtaq jirringrazzja lil Dun Lawrenz Teuma, Dun Anton Sultana, l-avukat Claire Bonello u l-Arċipriet tal-Qala Dun Karm Refalo li skont Pawlu, xegħel il-fjamma għal- Moviment Ħarsien Ħondoq. Finalment is-sindku xtaq jirringrazzja lill-Prim Ministru ta' Malta Robert Abela li skontu żamm kelmtu fuq Ħondoq ir- Rummien. Iżda l-emendi aktarx se jtawlu d-dibattitu dwar il-futur ta' Ħondoq wara li l-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li ż-żona ta' Ħondoq ir-Rummien se tinqasam f 'żewġ żoni; waħda b'politika ristrittiva u oħra li tippremetti xi tip ta' żvilupp. L-emendi se jiġu abbozzati biss wara konsultazzjoni pubblika fuq x'għandu jsir f 'din iż-żona, fejn għal darb' oħra tinfetaħ konsultazzjoni pubblika. Fil-proposti tagħha, l-Awtorità qed tipproponi li kull żvilupp fiż-żona ta' Ħondoq ikun projbit u fil-futur is-sit jintuża biss għal proġetti ta' afforestazzjoni kif inhu previst fil-pjan lokali oriġinali li kien Minħabba nuqqas ta' emendi speċifiċi rigward il-politika, l-Awtorità tal- Ippjanar qed tissogra il-possibiltà ta' żvilupp turistiku f'parti minn Ħondoq, il-firxa tagħha għad trid tiġi determinata Il-Kamra tal-Periti kienet proponiet ideat għal infurzar aħjar fl-2020 Il-president tal-Kamra tal-Periti André Pizzuto MINN PAĠNA 1 Il-President tal-Kamra tal-Periti André Pizzuto qed jerġa' jappella f 'isem l-organizzazzjoni li jmexxi għal awtorità u infurzar aktar ċentralizzati f 'dak li għandu x'jaqsam mal-infurzar fuq siti ta' kostruzzjoni. Huwa qal dan fl-istess ġimgħa li waqt l-inkjesta pubblika marbuta mal-mewt ta' Jean Paul Sofia, ħarġu biċ-ċar il-problemi preżenti marbuta mal-istess infurzar. Waqt żewġ seduti fil-Qorti, xehed iċ- Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet, Dr John Vassallo, fejn stqarr li huwa "impossibbli" li żżomm rendikont ta' dak li jiġri fuq art tal-Gvern minħabba li m'hemmx biżżejjed ħaddiema għal dan. Dan kien imtenni minn xhud ieħor fl-istess jum, Jean Pierre Attard, Chairman Eżekuttiv ta' INDIS Malta, li amministra s-sit inkwistjoni. "Aħna ma mmorrux nagħmlu spezzjonijiet, m'aħniex speċjalizzati fis-saħħa u s-sigurtà," qal Attard lill-Bord. Attard qal li l-INDIS ma kellhiex il-ħaddiema meħtieġa biex tispezzjona kull sit, filwaqt li żied jgħid li INDIS għandha postijiet vakanti li ma mtlewx minkejja li kienu ilhom miuħa għal sena u nofs. Attard kien kompla jispjega n-nuqqas ta' riżorsi li għandha l-INDIS, fosthom fil-finanzi, aspetti tekniċi, ħaddiema, periti, quantity surveyors u bosta oħra. Intant, f 'seduta oħra il-Ministru għall- Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi ġie mistoqsi dwar is-sistemi ta' informazzjoni tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, (BCA) l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA). Meta Zrinzo Azzopardi wieġeb mistoqsijiet dwar l-ispezzjonijiet tal-OHSA, u qal li din l-entità m'għandhiex l-għan li tiċċekkja li l-bennejja qed jimxu fuq il-pjanijiet, l-Imħallef Joseph Zammit McKeon kien pront u qal li, "Hemm żball fis- sistema!" Zammit McKeon innota li ma jistax iseħħ infurzar serju jekk it-tliet entitajiet ma jikkomunikawx flimkien, hekk kif huwa inaċċettabbli li l-kuntratturi u l-periti jirregolaw lilhom infushom. Għal dan, il-Ministru stqarr li huwa, "jaċċetta' li jisma' kull proposta" sabiex tiġi emendata s-sistema u l-fallimenti tagħha. B'rabta ma' dan il-President tal-Kamra tal- Periti André Pizzuto qal lil din il-gazzetta li anke mill-esperjenza tal-membri tal-organizzazzjoni, il-komunikazzjoni bejn dawn l-entitajiet hija limitata ħafna, u ta' sikwit ikun hemm nuqqas ta' għarfien dwar liem entità tinforza ċertu irregolaritajiet. Pizzuto ddeskriva s-sitwazzjoni ta' komunikazzjoni fuq l-infurzar bejn dawn l-entitajiet bħala, "diżastru," hekk kif saħaq li l-Gvern għandu jimxi lejn sistemi aktar ċentralizzati għal infurzar aktar effiċjenti. Huwa nnota li din il-problema ġejja mill- fatt li dawn l-entitajiet twaqqfu tul is-snin b'ammont konsiderevoli ta' snin bejn entità u oħra, fejn l-entitajiet anke kellhom irwoli differenti tul is-snin. Minħabba dan, jgħid Pizzuto, m'hemmx viżjoni komuni u ħidma olistika bejn l-entitajiet. Għalhekk, Pizzuto rrefera għal dokument ta' proposti tal-Kamra tal-Periti li kienu ġew ippubblikati fl-2020 bl-isem ta' 'Qafas Modern għar-Regolamenti tal-Bini u l-Kostruzzjoni.' Hawn il-Kamra tal-Periti proponiet li jiġi stabilit irwol ta' Spettur għall-Bini u l-Kostruzzjoni. Pizzuto spjega li din il-persuna għandha tieħu f 'idejha l-irwoli li bħalissa huma ta' maniġers tas-siti u l-irwoli ta' uffiċjali tal- infurzar, u dawn il-ħaddiema ġodda jkunu kompletament indipendenti u appuntati minn reġistru li jinżamm fi ħdan il-BCA.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023