Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti MATTHEW FARRUGIA L-aċċessibilità u d-demokratizzazzjoni tal-kultura huma fost is-suġġetti li se jiġu diskussi waqt simpożju mtella' mill-Kunsill Malti għall-Arti fis- sebgħa ta' Ottubru li ġej, liema avveniment se jiddiskuti d-dritt għall-kultura. Id-Dritt għall-Kultura huwa d-dritt universali u interdependenti li jirreferi għad-dritt ta' kull persuna li tipparteċipa, tikkontribwixxi u tgawdi mill-ħajja kulturali. Dan jinkludi l-libertà ta' individwi u gruppjiet biex jixtru, jipproteġu, iżommu, u jżviluppaw l-identitajiet u t-tradizzjonijiet kulturali differenti tagħhom. Dan jiżgura li kull individwu għandu d-dritt li jżviluppa u jesprimi lilu nnifsu permezz tal-kelma, l-art, l-għarfien, il-valuri u t-twemmin Dinja li dejjem tinbidel u żminijiet ta' sfida lkoll jinfluwenzaw lill-kultura bl-istess mod li jinfluwenzaw il-politika tal-kultura. Kriżijiet, spiss, jiġu korelatti ma' esklużjoni ta' persuni marginalizzati. Għaldaqstant, huwa ta' importanza kbira li tiġi protetta d-diversità kulturali, l-aċċessibbiltà kulturali u l-libertà artistika biex jiġi mħares id-dritt għal-kultura ta' kull individwu. Dawn it-temi u aktar huma fost is-suġġetti li se jiġu diskussi f 'dan is-simpożju. Fl-istennija ta' dan l-avveniment, din il-gazzetta tkellmet mal-Kap tal-Istrateġija fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, Adrian Debattista, hekk kif ta ħjiel ta' x'wieħed jista' jistenna fit-tieni edizzjoni ta' dan l-avveniment. Mal-ILLUM, Debattista nnota li hemm numru ta' kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi li kollha jaffettwaw il-mod u l-pass ta' kif is-settur jista' jikber u dawn se jkunu uħud mis-suġġetti li se titratta din il-konferenza. Hawn huwa spjega wkoll li dan l-avveniment għandu l-għan li jservi bħala pjattaforma għad- diskussjoni tal-politika kulturali, hekk kif dawk preżenti se jkollhom iċ-ċans jiddiskutu diversi aspetti li għandhom x'jaqsmu mas-settur artistiku f 'pajjiżna. Fil-fatt, Debattista qal li se tkun qed issir emfasi fuq il-kuntest lokali, fejn mistennija jiġu diskussi l-opportunitajiet u l-isfidi li qed jaffaċċja bħalissa s-settur artistiku Malti. Filwaqt li stqarr li l-kultura ta' kull pajjiż jew żona madwar id- dinja jgħaddu mill-istess fenomenu, Debattista nnota li f 'Malta, l-isfidi għall-kultura għandhom x'jaqsmu fost l-oħrajn mal-bidliet soċjo- demografiċi li qed jesperjenza l-pajjiż fl-aħħar snin. Dwar dan, Debattista spjega li s-soċjetà Maltija m'għadiex dik li kienet għaxar jew għoxrin sena ilu, hekk kif bħal pajjiżi oħra, il-kultura Maltija mhix waħda omoġenika. Għalhekk, huwa stqarr li meta wieħed jaħseb fuq drittijiet kulturali, hemm bżonn li jkun hemm ħsieb għall-gruppi differenti li jagħmlu parti mis-soċjetà Maltija. Sfida oħra li wħud raw bħala opportunità għandha x'taqsam mal- pandemija tal-Covid-19. Debattista spjega li meta Malta u d-dinja kienet taħt l-effett tar-restrizzjonijiet tal-pandemija, ħafna kienu qed jiddibattu dwar is-sostenibbiltà ta' karriera artistika. Qal li kien proprju minn dan id-dibattitu li ġiet emfasizzata aktar l-importanza ta' infrastruttura kulturali li tista' tiffaċilita karrieri artistiċi. Dawn l-isfidi huma marbuta mad- dritt tal-kultura, u Debattista nnota li mod ta' kif wieħed jista' jaqleb dawn l-isfidi f 'opportunitajiet huwa billi kulħadd jiġi inkluż fit-tfassil tal- politika. Bħala eżempju, huwa qal li jekk wieħed ikollu idea għal intrapriża artistika, wieħed għandu jara li l-istess idea tista' tinihem minn persuna li m'għandiex l-istess kultura ta' Malta. Dan, jgħid Debattista huwa l-obbligu ta' Malta bħala pajjiż demokratiku li huwa wkoll parti mill-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda, iżda mhux biss. Fil-fatt, huwa stqarr li llum il-ġurnata meta kkumparat ma żminijiet preċedenti, hawn ħafna aktar għarfien dwar l-importanza tal-inklużjoni, u għalhekk hawn aktar rieda li l-kultura tkun aċċessibbli għal kulħadd. B'rabta ma' dan, Debattista spjega li s-simpożju se jirrifletti dan l-obbligu għall-inklussività, hekk kif id-diskussjoni se titratta l-kultura minn lentijiet differenti, fosthom id-diżabilità, l-attiviżmu soċjali u l-edukazzjoni artistika fost l-oħrajn. F'konferenza internazzjonali u anke simpożju mtellgħin mill-Kunsill Malti għall- Arti, se tiġi diskussa t-tema tad-Dritt tal- Kultura, li tħoll u torbot mal-aċċessibilità ta' diversi oqsma tal-kultura, fosthom karrieri artistiċi Id-Dritt għall-Kultura: Diskussjonijiet kultura se jittellgħu mill-Kunsill

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023