Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt R oberta Metsola u d-diskors tagħha kien wieħed mistenni minn ħafna osservaturi politiċi – minn dawk li ilhom jiddisku- tu u jimmaġinaw x'ser tagħmel Metsola. L-għażla tal-kliem u t-tonalità tad- diskors kien wieħed meqjus u pożittiv. Ma kienx hemm isteriżmu jew attakki ripetuti, lanqas ripetizzjoni tal-istess argumenti li ilna nisimgħu żmien u għomor. Nimmaġinaw li l-enfasi f 'dan id- diskors kien intenzjonat u mhux b'kumbinazzjoni. Ċert li kien differenti fil-kontentut mid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u wisq aktar minn tas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino. Filwaqt li d-diskors ta' Metsola ma kienx xi diskors 'stravolġenti', kien wieħed saqajh mal-art mhux bħad- diskorsi ta' Grech u Piccinino li kienu akki, bla sugu u bla ħeġġa. Metsola riedet, kif narawha aħna, tibgħat messaġġ li hi trid politika friska u ġdida u bi stil differenti. Trid ma tidhirx estrema jew inkella tkun vuċi biss ta' dik il-fazzjoni tal-grupp Repubblika jew dawk li jimmilitaw għall-kawża ta' Daphne Caruana Galizia. Għax taf li f 'għajnejn dawk li anke jistmerru l-Labour, dawn il-fazzjonijiet iservu biex inaqqsu l-possibbiltà li xi ħadd jappoġġja l-PN. Metsola, kif narawha aħna, trid tippreżenta immaġni ta' persuna matura, u li tista' tappella għall-Maltin u Għawdxin kollha. Metsola llum għandha statura mondjali issa li trid li tiem li l-ġlieda politika lokali hija waħda kompletament differenti. Il-problema mhux l-argumenti li tista' tuża kontra l-Gvern u l-Partit Laburista; f 'dan il-kuntest hemm lista li ma tispiċċa qatt. Il-PL għandu defiċit kbir ta' onestà u kredibbiltà. Il-problema kbira hi iktar sempliċi minn hekk: il-Partit Nazzjonalista jrid joffri politika aħjar mill-Partit Laburista u jrid jassigura li jista' jkun gvern li verament iġib il-bidla. Bidla reali fid-direzzjoni ekonomika, tax-xogħol, tal-edukazzjoni, tal-ambjent u fil-qasam soċjali. Metsola trid tiem li jekk tagħżel li tintefa' għat-tiġrija elettorali lokali fil- kapaċita ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista għandha ċans tajjeb li tirbaħ lil-Labour. Imma biex tirbaħ, trid bil-fors tikkonvinċi parti mill-elettorat Laburista. Biex tagħmel dan trid tidher li tista' tkun il-persuna li tgħaqqad il-Maltin. Sfida ferm ikbar mill-isfidi kollha li għandha quddiemha fil-Parlament Ewropej. Biex Metsola tirnexxi trid ...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023