Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum opinjoni Miriam Dalli L -ekonomija l-blu hija pilas- tru integrali tal-ekonom- ija Maltija. Studji juru li l-baħar jikkontribwixxi għall-15% mill-valur li niġġeneraw fl-ekonomija Maltija, b'mod dirett u indirettament grazzi għal firxa wiesgħa ta' setturi li jiddependu fuq il-baħar. Apparti dan huwa kkalkulat li mat-30% tal-impjie- gi għandhom x'jaqsmu mal-użu tal-baħar. Fl-2020, eżatt qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, il- kontribuzzjoni tal-ekonomija l-blu madwar id-dinja kienet stmata għal aktar minn żewġ triljun ewro. Dan huwa ekwivalenti għall-prodott gross domestiku tat-tmien l-akbar ekonomija fid-dinja. Sal-aħħar ta' dan id-deċenju, din il-figura tista' tikber aktar mid-doppju. Dawn iċ-ċifri jirriflettu l-potenzjal ekonomiku li jeżisti u għalfejn bħala Gvern qed nimpenjaw ruħna li nagħmlu l-aħjar użu ta' dan il- potenzjal għal tkabbir ekonomiku sostenibbli li jipproteġi l-ambjent marittimu. Nemmnu bis-sħiħ li l-opportunitajiet li jeżistu sew tradizzjonali u anke dawk ġodda – mis-sajd tradizzjonali, it-trasport marittimu, l-ekonomija turistika lokali għad-dinja emerġenti tal-bijoteknoloġija, l-enerġija rinnovabbli offshore u s-sorveljanza diġitali tal-oċeani – jistgħu jiġu sfruttati b'mod sostenibbli, filwaqt li niksbu l-opportunitajiet finanzjarji u ambjentali tagħhom. Għax nagħrfu l-importanza tal- baħar, u l-importanza li jkollna baħar b'saħħtu, din il-ġimgħa ħabbarna l-inizjattiva Blue Med. Permezz tal-Malta Enterprise, tnediet il-Blue Med u l-SDG14 Challenge, it-tnejn li huma intiżi biex iħeġġu ideat u soluzzjonijiet innovattivi minn negozji li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal- ekonomija l-blu ta' pajjiżna. Din hija wegħda oħra ta' dan il- Gvern li qed titwettaq u li tkompli twitti t-triq għall-opportunitajiet ta' xogħol u karrieri ta' kwalità. Qed nagħmlu dan b'livell għoli ta' impenn, bl-involviment u l-assistenza ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-OECD, il-World Ocean Council u s-Sustainable Ocean Alliance. Qegħdin noffru l-aqwa know- how fis-settur biex niggwidaw investimenti ta' kwalità, li jrendu u li jservu ta' ġid għas-soċjetà in ġenerali. Il-viżjoni ekonomika tagħna hija waħda bbażata fuq id- diversifikazzjoni u s-sostenibbilità. Mingħajr tkabbir ekonomiku ma jistax ikollok progress soċjali; imma dan ma jistax jiġi a skapitu tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja li n-nies jixirqilhom. Il-Blue Med ġiet inkorporata fi ħdan l-istruttura organizzattiva tal-Malta Enterprise, biex isservi bħal l-punt ewlieni għall- investituri u n-negozji impenjati fl-ekonomija l-blu, filwaqt li tassistihom u tgħinhom jimirħu fl-opportunitajiet li jeżistu u biex jaċċessaw programmi li jkunu ta' relevanza għalihom. Matul dawn ix-xhur ħdimna biex nassiguraw li l-inizjattivi taħt il- kappa tal-Blue Med jkunu mibnija fuq bażi soda. Se noffru lin-negozji l-opportunita ta' mentorship u gwida minn esperti tal-industrija permezz ta' kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali ta' l-ogħola livell. L-għan tagħna huwa li nippromowvu u naċċelleraw teknoloġiji li huma bbażati fuq il-baħar, filwaqt li nimbuttaw 'il quddiem l-istartups, scaleups u SMEs. Fi kliem sempliċi, irridu nsaħħu l-ekosistema biex dawn l-intrapriżi jikbru u jespandu. Rajna li mat-twaqqif tal-Blue Med noħorġu b'inizjattiva oħra bil-għan li nattiraw negozji lokali u internazzjonali li qed jiżviluppaw teknoloġiji innovattivi li jwasslu għall-ekonomija l-blu li hija aktar sostenibbli. B'baġit ta' €4 miljun, l-SDG14 Challenge se toffri pjattaforma għall-intrapriżi li huma innovattivi . Din hija l-opportunità għal intrapriżi li potenzjalment għandhom soluzzjonijiet li jistgħu jirrivoluzzjonaw l-ekonomija tagħna u l-mod kif ninteraġixxu mal-ibħra tagħna u l-ambjent marittimu. Jekk użat b'għaqal, l-ibħra għandhom l-kapaċità li jkunu sors ta' xogħol u tkabbir ekonomiku u ta' sostenibbilità ambjentali. Filfatt it tal-ġimgħat ilu, ħriġna għall- konsultazzjoni pubblika l-politika dwar proġetti ta'enerġija rinnovabbli fuq il-baħar. Bl-istess mod nistgħu nattiraw opportunitajiet t'investiment fl-ekonomija l-blu u l-ekonomija l-ħadra – oqsma li jrendu fit-tul u huma ċ-ċavetta biex nindirizzaw kwistjonijiet urġenti bħalma hi t-tibdil fil-klima. L-emfasi hija dwar ekonomija blu sostenibbli – il-bilanċ bejn l-użu tal- marittimu u l-protezzjoni tiegħu. Li nissalvagwardjaw l-ambjent marittimu hija responsabiltà kollettiva, inkluż tal-privat, tal- industriji u tas-soċjetà. Filwaqt li l-ibħra ta' madwarna għandhom kapaċitajiet ekonomiċi kbar, jistgħu wkoll jiddiżintegraw jekk ma nieħdux ħsieb is-saħħa ambjentali tagħhom. Biex nagħmlu din it-transizzjoni għall-ekonomija blu sostenibbli, irridu nsaħħu l-investiment fl-innovazzjoni, fir-riċerka u fl-iżvilupp. Permezz tal-Malta Enterprise , jeżistu diversi skemi, inizjattivi u inċentivi bil-għan li jassistu lil dawn l-intrapriżi li kapaċi joħorġu b'ideat innovattivi li jagħmlu d-differenza. Fosthom hemm l-iStartup Finance, il- Microinvest u l-għajnuna fuq riċerka u żvilupp. Ir-riċerka, diġà qed twassal għal diversi soluzzjonijiet innovattivi. Qed naraw niċeċ ġodda emerġenti bħal sorveljanza tal-baħar u surveying tal-qiegħ tal-baħar f 'pajjiżna stess. Studju Ewropew qed juri kif il- qasam marittimu qed jiġġenera interess minn kumpanija li qed ifittxu li joħorġu b'teknoloġiji innovattivi. Dan ifisser li pajjiżna jrid ikun minn ta' quddiem biex jattira l-interess ta' dawn il- kumpaniji. Dan l-impenn huwa rifless fil- politika tagħna – insemmi l-Viżjoni ta' Żvilupp Sostenibbli ta' Malta għall-2050 u l-Politika Nazzjonali għall-Użu ta' Enerġija Rinnovabbli. Il-gżejjer tagħna jinsabu f 'pożizzjoni strateġika biex naħtfu l-opportunitajiet li joffri l-baħar Mediterran. Se nkomplu nsaħħu dawn l-opportunitajiet u noffru l-appoġġ meħtieġ lill-intrapriżi lokali u internazzjonali biex nimxu fid-direzzjoni ta' ekonomija sostenibbli ambjentalment u soċjalment. L-ekonomija l-blu: potenzjal għal tkabbir sostenibbli Miriam Dalli Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023