Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

tal-Qala Paul Buttigieg it-tibdil propost f'Ħondoq aħbarijiet 07 IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum maħruġ għall-konsultazzjoni pubblika fl-2002. Dan huwa l-istess pjan lokali li nbidel fl- 2006 biex jakkomoda żvilupp relatat mat-turisti inkluż marina fost oħrajn. Dan għandu l-għan li jintlaħaq billi tiġi riveduta l-politika tal- pjan lokali 'GZ-Qala-4' b'mod li jipprojbixxi "kull forma ta' żvilupp fuq l-art, jalloka s-sit għall-afforestazzjoni u jipprovdi linji gwida ċari dwar x'tinvolvi din id-denominazzjoni f 'termini ta' xogħlijiet u attivitajiet." Bħalissa il-politika tal-pjan lokali, li qed tiġi riveduta, tippermetti "bini ddisinjat b'mod sensittiv, ta' kwalità għolja u ta' densità baxxa li jingħaqad mal-pajsaġġ" fiż-żona tal-Ħondoq. Din ir-reviżjoni proposta se tbiddel il-mappa hekk kif żoni 'salvagwardati' fil-Qala jinkludu pjanijiet fejn l-iżvilupp qed jiġi regolat mill-GZ-Qala-3 and GZ Qala-4. Barra minn hekk l-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproponi qasma fiż-żona li tiġi regolata minn dawn il-politiki imsemmija. Il-proposta se "tiddistingwixxi b'mod ċar" art ikkontrollata minn politika li tilqa' aġenziji tal-Gvern sabiex "itejbu l-faċilitajiet tal-bajja" u li jistgħu jibnu faċilitajiet li ma jagħtux fil-għajn f 'Ħondoq. Dan se jikkumplimenta 'żvilupp turistiku sensittiv' miż-żona rregolata mill-politika emendata fejn proġetti ta' afforestazzjoni biss jistgħu jkunu permessi. Rigward l-għanjiet tar- riviżjoni attwali m'hemm l-ebda referenza għall-emendar tal- politika. GZ-Qala-3 tisħaq li l-Awtorità se "tikkunsidra b'mod favorevoli proposti minn aġenziji pubbliċi, li għandhom l-approvazzjoni, kemm tal- Kunsill Lokali tal-Qala, kif ukoll tal-Gvern Ċentrali, biex jitjiebu l-faċilitajiet tal-bajja f 'Ħondoq ir-Rummien." Iżda l-istess politika tirreferi wkoll għaż-żona tal-barriera li tgħid li "l-użu preferut huwa li ż-żona tiġi żviluppata b'mod sensittiv" u li "it-turiżmu u l-iżvilupp relatat mal-baħar jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Awtorità tal- Ippjanar f 'din iż-żona soġġetti għal tisbiħ sensittiv". L-emenda tfittex ukoll li temenda jew tħassar id- dispożizzjonijiet l-oħra kollha fil-Pjan Lokali ta' Għawdex u Kemmuna tal-2006 li huma meqjusa li jmorru kontra l-għanijiet ġenerali stabbiliti fil- pjan. Dan ifisser li l-pubbliku jista' jitlob tibdil fil-GZ- Qala-3 biex tiġi evitata kull interpretazzjoni konfliġġenti tal-politiki. Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023