Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

LUIGI SGHENDO Numru ta' trakkijiet, containers u trailers qed jitħallew jiġu pparkjati illegalment f 'Ħal Qormi minkejja rapporti lill- awtoritajiet. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Sindku ta' Ħal Qormi Dr. Josef Masini Vento, kif ukoll mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi, fejn flimkien saħqu li għandu jsir l-infurzar skont il-liġi minħabba l-perikli li dawn il-vetturi jġibu magħhom. Permezz ta' stqarrija fuq il-paġna ta' Facebook, il- Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi qal li, "reġgħet intbagħtet korrispondenza lill-Awtoritajiet tal-Infurzar biex jittieħdu l-passi kollha kif mitlub mil- liġi." B'reazzjoni għal dan, bosta residenti Qriema saħansitra qablu u ssustanzjaw l-ilmenti tagħhom fuq diversi vetturi kummerċjali, fosthom uħud bla pjanċi tal-liċenzja. Kumment partikolari qal li l-indivdwi li qed iħallu dawn il-vetturi qed "iħottu xi affarijiet minn trakk għal ieħor u jħallu miżbla fil- Wied". Dan apparti l-fatt li qed jitħallew ipparkjati matul il-lejl illegalment, b'mod partikolari fil-widien ta' Ħal Qormi. Is-Sindku qal li dan mhux biss imur kontra l-liġi, iżda jżomm lill-awtortajiet milli jnaddfu l-postijiet li fihom jinsabu dawn il-vetturi. Konsegwentament, qed jinġabar il-ħmieġ viċin jew taħt dawn il-vetturi u għalhekk ma jikkumplimenta xejn mal- isbuħija tal-pajsaġġ. Huwa kompla jgħid li dawn il- vetturi qed ikunu ta' riskju f 'każ li sseħħ xi maltempata, minkejja li l-maġġoranza tas-sidien ta' dawn il-vetturi jitfaċċaw minn imkien u jressquhom meta xi maltempata tkun fil-qrib. Is- Sindku qal li vetturi xorta qed jitħallew ipparkjati illegalment bir-riskju li ssir xi ħsara infrastrutturali kawża ta' dawn il-vetturi. Eżempju ta' dan saħansitra jmur lura fl-2003, wara maltempata qalila li laqtet b'mod speċjali lill-belt ta' Ħal Qormi, ritratt evidentament juri l-perikli li dawn il-vetturi jistgħu jikkawżaw, hekk kif container aħmar jidher li tkaxkar mal- kurrenti b'saħħithom tal-ilma xita, bil-konsegwenza li spiċċa jserraħ mal-pont l-antik ta' Triq il-Wied u kkawżalu l-ħsara. Sfortunatament għal dawn l-aħħar snin, il-Kunsill ta' Ħal Qormi tħalla fid-dlam, wara li l-ebda awtorità li suppost tinfurza dawn il-liġijiet ma bagħtet korrispondenza lura fuq jekk hux ħa jittieħdu passi legali kontra s-sidien ta' dawn il-vetturi. Filfatt, il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi bagħat korrispondenza lill-Pulizija, lil- LESA u lil Transport Malta, iżda minkejja dan l-ebda awtorità ma nfurmathom li se tieħu azzjoni u tneħħi l-vetturi kollha li huma pparkjati illegalment. "Din il-problema dejjem qed teskala mhux biss f 'Ħal Qormi imma madwar il-pajjiż, u jeħtieġ l-attenzjoni immedjata ta' dawk responsabbli. Il-komunità u l-awtoritajiet lokali jridu jaħdmu id f 'id biex isibu soluzzjonijiet sostenibbli li jtejjbu s-sigurtà." Il-kunsill lokali appella lill- awtoritajiet sabiex illum qabel għada, ipoġġu madwar mejda u jindirizzaw din il-kwistjoni li qed tkompli tikber. Intant, Transport Malta naqset milli twieġeb il-mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta rigward jekk hux se tittieħed azzjoni kontra dawn il-vetturi li jinsabu pparkjati illegalment kif jixhdu r-ritratti. aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Vetturi abbandunati f'Ħal Qormi saru parti mill-widien Vetturi ilhom pparkjati illegalment għal żmien twil bl-ebda awtorità ma tieħu azzjoni minkejja bosta ilmenti minn residenti u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023