Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Ilment kostituzzjonali ta' Leo Said miċħuda Ilment Kostituzzjonali magħmula minn raġel wara li kien misjub ħati li għamel użu mhux xieraq minn apparat ta'komunikazzjoni elettronika sabiex idejjaq avukata fuq Facebook, fejn anke implika li kellha xi konnessjoni mal-maa, giet miċħuda kategorikament fil- qorti Fid-19 ta' Settembru, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, preseduta mill-Imħallef Doreen Clarke, ddeċidiet il-kawża li kien fetaħ Publius (magħruf ukoll bħala Leo) Said kontra l-Avukat tal- Istat f 'Lulju 2022. L-avukat Dr Carmel Gatt, li assista lil Said, kien spjega lill- imħallef illi l-bixra ta' l-azzjoni Kostituzzjonali mibdija mill- klijent tiegħu kienet maħsuba biex jattakka s-siwi tad- deċiżjonijiet mogħtija mill- Qrati Kriminali u li sabuh ħati talli inġurja lill-Avukat (illum Maġistrat) Abigail Critien, meta kiteb "it seems she is part of the mafia," fuq Facebook. L-ispjega kienet waħda ferm neċessarja fid-dawl tat-tul eżaġerat tar-rikors ta Said, li kien fiha xejn inqas minn 114- il paragrafu ta argumentazzjoni konvoluta u legalment konfuża. Il-pern tal-ilment ta Said tidher li kienet illi kull ma kien kiteb kien biss li l-avukata "tidher" li hija parti mill-maa u mhux li fil-fatt kienet tagħmel parti mill- kriminalita organizzata. Said, li għandu 73 sena, bħalissa jinsab ukoll mixli kriminalment, f 'proċeduri separati, bil- pussess u tixrid ta' pornografija estrema u vjolenti li tinvolvi tfal.F'Diċembru li għadda, Said kien misjub ħati talli ppublika numru t' allegazzjonijiet infondati rigward l-avukat John Bonello fuq Facebook u kien ġie ikkundannat iħallas €3,000 f 'danni morali. Iżda dawn l-argumenti ta' Said ma kienux ireġu, speċjalment fid- dawl li l-Avukat, meta tkellmet mal-Pulizija kif ukoll meta kienet xehdet quddiem l-Ewwel Qorti, stqarret li l-appellant kien tella' "post" pubbliku fuq Facebook, fejn kien kiteb "see you at the Port, Madame" ("narak il-Port, Sinjura") u kien ukoll ippubblika diversi ritratti ta' wiċċha flimkien ma' ritratti oħrajn. Hi kienet ħassitha mhedda minn dan il-"post", għal diversi raġunijiet, partikolarment minħabba li kienet sejra btala bil-katamaran sa Sqallija mat- tfal tagħha ftit tal-jiem wara u Said kien ta x'jifhem li beħsiebu jiltaqa magħha l-port. Fid-deċiżjoni tagħha, l-imħallef Clarke qalet li huwa ċar li wara li rrikorrent esprima ruħu dwar l-Avukat Critien, l-Istat kien intervjena permezz tal-pulizija u l-proċeduri kriminali li ġew wara, sabiex tiġi mħarsa r-reputazzjoni tal- persuna milqutgħa b'dak li kien kiteb. Il-Qorti ddikjarat li allura din l-interferenza ta'l-Istat fuq id-dritt tal-espressjoni tiegħu kienet waħda leċita u leġali. L-imħallef, għalekk, ma sabitx ksur tad-drittijiet fundamentali kif allegat minn Said fir-rikors promutur u ċaħdet it-talbiet kollha tiegħu, bl-ispejjeż tal- kawża ibatihom ukoll hu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023