Illum previous editions

ILLUM 24 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik l-istess Libra ser ikun bidu ta' fażi ta' erba' ġimgħat fejn int għandek ċans tajjeb li għal grazzi li ser tkun qiegħed tesperjenza l-istess żodjaku tiegħek dan għandu jagħtik dik l-opportunita' sabiex dak kollu li int tixtieq ikun imwettaq. Għalhekk għaraf sew dawn l-erba' ġimgħat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Libra huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Scorpio ser ikun bidu ta' ippjanar aktar organizzat. Int persuna li dak li tippjana, tippjanah sal-aħħar dettal u issa f 'dawn il-ġimgħat int ser tagħraf tkun kapaċi twettaq ippjanar aktar iddettaljat u dan jista jiaħlek toroq li forsi ma kontx qiegħed tistenna. Għalhekk hejji għal dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Scorpio huma magħrufin kemm huma umli. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Sagittarius ser ikun il-bidu ta' għarfien ta' aktar responsabbilta' lejn il-familja tiegħek u lejn dawk ta' madwarek. Responsabbilta' li tagħraf dawk il- bżonnijiet li minħabba impenji oħra ma' kontx qiegħed twettaq. Għalhekk issa huwa l-mument utili li tagħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt Sagittarius huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Capricorn ser ikun il-bidu li tanalizza aħjar kif tista t-tejjeb is-saħħa tiegħek. Int taf li hemm bżonn tanalizza aħjar id- dieta tiegħek, il-ħin għal eżerċizzju u l-ħin ta' relass. Għalhekk meta int tagħraf dan kollu żgur li saħħtek ser tkun f 'qagħda aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il il-ġimgħa huwa Tnejn. Capricorn huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Aquarius ser ikun il-bidu li tagħraf aħjar fejn int tista tkun aħjar. Għalkemm hemm bosta sitwazzjonijiet madwarek, f 'dan iż-żodjaku dan jista jkun il- vleġġa tiegħek li tasal, twettaq u tagħraf dak li int tħoss ġewwa fik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Aquarius huma magħrufin għal flessibilita' tagħhom. Namaste BIDU TAS-SEBA' ŻODJAKU TA' LIBRA MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Aries ser ikun bidu ta' aktar għarfien profond lejn dawk il- miri prinċipali li sa issa minħabba raġunijiet varji int ma stajtx twettaq u għalhekk issa int tinsab aktar iffokat u immotivat sabiex tagħraf aħjar kif tista twettaq dawn il-miri. Għaraf u analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Aries huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Taurus ser ikun bidu ta' aktar kunfidenza fik innifsek, kunfidenza li dan l-aħħar bħal qisek tlia u bħal qisek bdejd taqta lura. Iżda issa dan huwa l-passat u għalhekk ħares lejn il-ġimgħat li ġejjin b'aktar ħeġġa u kunfidenza sabiex titkattar aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Taurus huma magħrufin għal abbilita' orġanizzata tagħhom. Namaste Gemini mill-28 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Gemini ser ikun bidu ta' riflessjoni profonda ta' dak li int tant tixtieq twettaq. Għalkemm qiegħed ikun hemm diversi sitwazzjonijiet quddiemek li dawn jistaw jaqtawlek dik il-motivazzjoni, int xorta waħda trid tibqa temmen fik innifsek u f 'dak li tixtieq li jiġri. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Gemini huma magħrufin għal ispontanjeta' tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Cancer ser ikun bidu ta' aktar determinazzjoni lejn il- ħajja tiegħek. Għalkemm bħalissa qiegħed tesperjenza ostakoli li jidru ferm diffiċli, dan m'għandux iżommok milli tkompli għaddej b'dak li hemm bżonn li jitwettaq. Ħafna drabi hija d-determinazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnha li tkattarna. Għalhekk analizza b'għaqal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Cancer huma magħrufin għal abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Leo ser ikun bidu ta' aktar għarfien ta' kif trid isib kemm ħin għalik u għal dawk ta' madwarek. Il-ħin lejn il-ħidma tiegħek huwa mportanti iżda dan m'għandux itellfek milli int ikollok dak l-ispazju għalik u għal dawk ta' madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Leo huma magħrufin għal attenzjoni li jagħtu. Namaste KOMPETIZZJONI MA PAULJON Voucher għal Pubblikazjonijiet ta' PaulJon Kull ma' għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Semmi wieħed mill- pubblikazzjonijiet ta' PaulJon ? Ibgħat it-tweġiba tiegħek ibgħat b'SMS fuq 79495804 jew 99013600 jew fuq il pagna ta facebook '' PaulJon13 '' L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Pisces ser ikun il- bidu sabiex int tibda tikkalma u grazzi għal dan int tkun f 'qagħda li tagħraf aħjar il-madwar tiegħek. Meta int ser tkun aktar kalm ser tkun kapaċi tirraġuna aħjar, tirrifletti aħjar u tagħraf aħjar. Għalhekk hu ħsieb. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra għalik Virgo ser ikun bidu ta' ħarsa profonda lejn dawk l-erba' ġimgħat li int għadek kif esperjenzajt meta grazzi għal l-erba' ġimgħat fiż-żodjaku tiegħek, int kellek dak kollu favur tiegħek u issa trid tagħraf twettaq dan b'għaqal. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tnejn. Virgo huma magħrufin għal istabbilita' tagħhom. Namaste IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 September 2023