Illum previous editions

ILLUM 1 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum Għalkemm "road movie" huwa ġeneru tipikament Amerikan, insibu diversi diretturi nternazzjonali li azzardaw f 'dan it-territorju, fosthom Roberto Rossellini, Viaggio In Italia (1954), Federico Fellini, La Strada (1954) u mill-Iżvezja Wild Strawberries (1957) ta' Ingmar Bergman. Mill- Awstralja waslu e Cars at Ate Paris (1974) tad-direttur Peter Weir u Mad Max 2 (1981) (U.S. e Road Warrior) tad- direttur George Miller. Wim Wenders, direttur Germaniż stabbilixxa r-reputazzjoni tiegħu propju f 'dan il-ġeneru b'films intelliġenti bħal Alice In e Cities (1974), e Wrong Movement (1975) u speċjalment b'Kings Of e Road (1976). Xi films riċenti li jiffittjaw f 'din il-kategorija oriġinaw ukoll kemm mill-Ġappun u kemm mill-Iran. Il-lista ta' "road movies" hija waħda prolifika sewwa u mpossibbli li nsemmihom kollha, pero' se nagħti xi nformazzjoni qasira fuq dawk kanoniċi, ta' stil varju u li huma meqjusin bħala klassiċi jew kulti. THE WILD ONE. (1953/1967) Dan nistgħu niddeskrivuh bħala "n-nannu" tar-"road movies" madum 14-il sena qabel dan it- terminu ssemma'. Għal żmienu., l-vjolenza li fih dehret qawwija, fil-preżent ma fiha xejn ta' skantament. Iċ-Ċensur Ingliż kien żammu u tħalla joħroġ fir- Renju Unit fl-1967 u hawn Malta xi sena wara. Dan kien l-ewwel film dwar gang isuqu l-muturi, lebsin ġkieket suwed tal-ġild. Marlon Brando jieħu ċ-ċorma ta' delinkwenti tiegħu f 'belt żgħira u jitterrorizza l-abitanti. Lee Marvin isir ir-rival tiegħu. Brando ma joqtol lil ħadd, pero' l-mutur tiegħu iva. Taħdem ukoll Mary Murphy, it-tifla tax- xeriff tal-post li tieħu grazzja ma' Brando. THE WILD ANGELS. (1966) Din il-produzzjoni qed insemmieha biss għax kiener il- pijunier ta' ruxxmata films dwar gangijiet ta' żgħażagħ li jfittxu l-liberta' bil-muturi u li saru popolari ħafna sa nofs is-snin sebgħin. Dan il-ġeneru ta' film tfaċċa meta il-Westerns bdew ibatu kif ukoll bħala protesta ħarxa kontra l-gvern Amerikan u l-gwerra tal-Vjetnam. Atturi li wara saru magħrufin u li ħadmu fih jinkludu Peter Fonda, Nancy Sinatra, Bruce Dern u Michael J. Pollard. Rivalita' kbira bejn żewġ gangs ta' motoristi twassal bejn wieħed minnhom imut u pulizija jindarab. Dirett minn Roger Corman, direttur li f 'dik l-epoka spikka anki bħala produttur f 'dawn il-kwalita' ta' xogħlijiet. EASY RIDER. (1969) Mill- medjokrita' tal-film ta' qabel niġi issa għal din il-produzzjoni klassika li saret simbolu u metafora għall-ġenerazzjoni ta' żmienha. Żewġ vagabondi rekbin mutur, Wyatt u Billy (Peter Fonda u Dennis Hopper) jixtru ħażna kokajina biex ibiegħuha bi qliegħ kbir. Fi trithom minn Los Angeles sa New Orleans, fejn iridu jmorru għall-festival ta' Mardi Gras, jiġu arrestati u avukat alkoħoliku (Jack Nicholson) joħroġhom miċ- ċella. Fil-final, żewġt irġiel ġo trakk jargumentaw magħhom. Billy jisfidahom u jispiċċaw maqtulin. Minkejja li dan il-film huri stampa ta' x'hemm ħażin fil-moralita' Amerikana li dejjem qed titnaqqar, waqt il-vjaġġ tagħhom nitpaxxew b'veduti tassew xenarji. Xi li għamel suċċess u li kien dirett minn Dennis Hopper stess. TWO LANE BLACKTOP. (1971) Dan il-film li waraq ħa l-fama ta' kult hu dwar tiġrija fis-Sud/Punent tal-Amerika bejn ġewġ vetturi, '57 Chevvy misjuqa minn Driver (James Taylor), b'Mechanic (Dennis Wilson) abbord u Pontiac ġdida misjuqa minn GTU (Warren Oates). Ir-rebbieħ jieħu l-karozza tal- ieħor. Matul it-triq jseħħu ħafna nċidenti, anki jgħinu lil xulxin kif ukoll e Girl (Laurie Bird) titrakka magħhom b'riżultat finali drammatiku. Film affaxxinanti li hu kważi mpossibbli li ma tieħux grazzja miegħu. Dirett minn Monte Hellman. VANISHING POINT. (1971) Dirett minn Richard C. Sarafian. Mitlub biex isuq Dodge Challenger minn Denver għal San Francisco, Kowalski (Barry Newman) għall-ebda raġuni valida jiddeċiedi li jagħmilha fi 15-il siegħa. Bis-sewqan esaġerat li jaddotta malajr ikollu jiskappa mill-pulizija tal-Patrol. Wieħed D.J. għama, Super Soul (Cleaven Little) isir jaf bih u jikkunsidrah l-aktar bniedem liberu fid-dinja u sikwit ifaħħru fuq il-programm tiegħu tar-radju. L-inċidenti fit- triq ma jonqsux waqt li Kowalski jkun iċċirkondat mill-ġustizzja. Jibqalu niss fl-aħħar żewġ għażliet biss – jew li jċedi jew li jħalli ħajtu fit-triq. Dan il-film kellu suċċess kbir fid-drive-ins u sar il-favorit ta' ħafna. THELMA AND LOUISE. (1991) Din id-darba dan ir-"road movie" hu ddominat minn żewġ nisa u dirett minn Ridley Scott. Żewġt iħbieb, elma u Louise (Geena Davis u Susan Sarandon) iħallu r-reponsabilitajiet tal- familja warajhom biex jagħmlu vjaġġ qasir. Inċident mhux mistenni jbiddel ħajjithom u jagħmilhom imfittxija mill-liġi. Meta kollox jiċċara, l-kap tal- pulizija (Harvey Keitel) isus warjhom biex jinfurmahom li mhumiex ħatja, iżda huma għadhom bil-fehma li kisru l-liġi u li għalihom m'hemmx maħfra. Film b'andament familjari u bi żvilupp eżileranti, b'final li żgur jissorprendik. Ma' dawn il-films xtaqt ninkludi wkoll it oħra kanoniċi: THE GETAWAY (1972), CONVOY (1978), MIDNIGHT RUN (1988) u KALIFORNIA (1993) Carmel Bonnici "Road movies" - fenominu ċinematografiku Amerikan! SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 27˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 October 2023