Illum previous editions

ILLUM 1 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum aħbarijiet AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej, jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti indikati hawn taħt. Prijorità N. 3 – Edukazzjoni ta' kwalità u ta' inklussività u tagħlim tul il-ħajja. § Għan Speċifiku: 4.6 - Sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi. § Għan Speċifiku: 4.7 - Tagħlim tul il-ħajja u tranżizzjonijiet fil-karriera. Is-sejħa se tagħlaq fil-31 ta' Ottubru 2023 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d- dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is- available/. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall- finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistu jintbgħatu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni apposta nhar il-Ħamis, 12 t'Ottubru 2023 mill-10:00 sas-13:00, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Għal aktar dettalji żur il-websajt indikata hawn fuq fejn id-dokumentazzjoni relatata mas-sejħa hija disponibbli. Norma Saliba b'dubji fix-xogħol li sar mill-Kunsill għal-Lingwa Maltija Norma Saliba qed tiddubita x-xogħol tas-superjuri tagħha għal-lingwa Maltija fl-isfond tal- kariga l-ġdida u kontroversjali tagħha sabiex tmexxi ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. Permezz ta' Facebook post twila l-Ġimgħa filgħaxija, Saliba staqsiet x'ċans ingħatat biex turi kemm hi kapaċi tmexxi dan iċ-Ċentru u staqsiet fuq ix-xogħol li sar minn dan il-Kunsill sabiex jippriserva u jsaħħaħ l-ilsien Malti, l-istess Kunsill li kien ippremjaha fl-IĠM Awards bl-unur għall-aħjar użu tal-ilsien Malti. "Nistaqsi, x'ħidma qed iwettaq dan il-Kunsill? Xi proġetti għandhom għall-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-ilsien Malti? Meta se jkollna dizzjunarju nazzjonali aġġornat? Għandu jkollna ċekkjatur? Sodisfatti bl-għodod teknoloġiċi fl-ilsien Malti? Hawn riżorsi biżżejjed għall-promozzjoni u l-użu ta' lsien twelidna? X'viżjoni għandu l-Kunsill għas-snin li ġejjin biex il-Malti ma jintilifx fid- dawl tal-aħħar żviluppi soċjali u ekonomiċi?" Saliba qalet ukoll li "ħadd m'għandu dritt ikisser persuna mingħajr lanqas biss jiċċekkja sew il-fatti jew imqar jibda jaħdem magħha... Xi ħadd indenja ruħu jiċċekkja eżatt x'inhu r-rwol li ġejt fdata bih? X'inhuma l-kwalifiki u l-esperjenza li għandi? Xi ħadd fittex kemm jitħallsu Kapijiet Eżekuttivi oħra ta' entitajiet governattivi?" Saliba ddeskriviet lilha nnifsha bħala "persuna professjonali, retta u perfezzjonista" u żieded tgħid li mhix "opportunista" u qatt ma' "nxtrat minn ħadd" u "żżomm mal-prinċipji tagħha." Mill-banda l-oħra fil-post tiegħu Karl Schembri qal sabiex Norma Saliba tieqaf tilgħabha tal-vittma u staqsa għala l-ebda sejħa pubblika ma' saret fil-kariga li preżentement qed tokkupa. Huwa kompla jgħid li l-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici "ħoloq dan l-impjieg" għaliha u kompla jgħid "ma tagħmillek l-ebda ġieħ li ħoloq dan l-impjieg għalik biex ikunu jistgħu jmexxuk mill-PBS, qisu kien xi biżniss tal-familja." Saliba ntgħażlet għall-kariga l-ġdida mill-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici, li qed jiġi akkużat li waqqaf iċ-Ċentru l-ġdid tal- lingwa u għażel lil Saliba mingħajr konsultazzjoni xierqa. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qed isostni li l-ħolqien taċ-Ċentru u l-ħatra ta' Saliba huma illegali għax il-Ministru naqas milli jikkonsultah kif tiddetta l-liġi. Madankollu, fil- kontrorisposta tiegħu, Bonnici qal li kkonsulta mal-President tal- Kunsill Olvin Vella permezz ta' diversi messaġġi fuq WhatsApp u telefonati qabel ma ppubblika l-avviż legali. Il-Ministru ta tort lil Vella li naqas milli jirreferi l-kwistjoni lill-membri tiegħu. L-espert tal-lingwa Maltija Mark Amaira ppreżenta wkoll protest ġudizzjarju li jikkontesta l-ħatra ta' Saliba minħabba li ma saret ebda sejħa għall- applikazzjonijiet. Saliba nħatret għall-irwol il- ġdid fuq pakkett ta' paga ta' €70,000 fis-sena it wara li rriżenjat minn kap tal-aħbarijiet fix-xandir nazzjonali TVM, u sostniet li kienet vittma ta' assassinju tal- karattru. Huwa mium li Saliba rriżenjat minħabba li ma qablitx maċ-Chairperson tax-xandir Mark Sammut. L-Eks Kap tal-Kamra tal-Aħbarjiet ta' TVM Norma Saliba xettika fuq ix-xogħol u l-istrateġija tal-Kunsill tal-lingwa Maltija

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 October 2023