Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763
aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum Il-kap tal-OHSA ma jiċħadx u l-anqas jikkonferma li kien qed jirreferi għal- ex Prim Ministru Lawrence Gonzi Linja nazzjonali tal-ajru ġdida LUIGI SGHENDO Mark Gauci, il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA ma ċaħadx u l-anqas ikkonferma li kien qed jirreferi għal l-ex Prim Ministru ta' Malta, Lawrence Gonzi meta qal: "darba, Prim Ministru, qalli ħa ttelfilna l-elezzjoni" waqt intervista li kellu mal-ġurnalist veteran tat-Times of Malta Mark Lawrence Zammit. Gauci ilu sservi bhala kap tal- OHSA ghal dawn l-ahhar ghoxrin sena. Mark Gauci ġie invitat għal-intervista rigward artiklu tal-editorjal tat-Times fejn fosthom intqal li l-OHSA mhux qed tagħmel xogħla sew fost diversi temi oħra li ġew miktuba marbuta mal-OHSA. Lejn l-aħħar tal-intervista Gauci spjega kif darba waqt li l-OHSA kienet attiva u qed tagħmel xogħla, ex Prim Ministru, qallu li se jtelliflu elezzjoni waqt attività soċjali u minkejja pressjoni mill-ġurnalist, Gauci għażel li ma jwieġibx. Iżda meta mistoqsi minn din il-gazzetta hekk kienx qed jirreferi għal-ex Prim Ministru Gonzi, Gauci għażel li ma jikkonfermax u l-anqas jiċħad li kien qed jirreferi għalieh. Gauci kompla jispjega kif jemmen li l-ex Prim Ministru qallu hekk minħabba l-biża' li kellu li x-xogħol tal-OHSA jispiċċa jaffetwa persuni li għandhom interessi fin-negozju u kompla jgħid li l-politikant jaf li x-xogħol tal-OHSA jġorr riperkussjonijeit għax jista' jaffetwa l-ekonomija u l-industriji. Barra minn hekk Gauci jgħid ukoll li huwa konvint li l-OHSA baqgħet żgħira minħabba li xi persuni jkunu kontra OHSA li tkun b'saħħitha. Il-kap tal-OHSA Mark Gauci (xellug) għażel li ma jikkonfermax u l-anqas jiċħad li kien qed jirreferi għal-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi (lemin) waqt intervista li kellu mal-ġurnalist Mark Lawrence Zammit Il-linja nazzjonali li kien welled Duminku Mintoff fis-sebgħinjiet ser tispiċċa wara ħamsin sena u minflokha ser ikun hemm linja ġdida tal-ajru. Il-Kummissjoni Ewropeja żammet soda u rriutat t-talbiet tal-Gvern Malti.Għada t-Tnejn il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ser iħabbar li l-linja tal-ajru AirMalta effettivament ser tispiċċa u minflokha ser tiġi kkreata kumpanja ġdida: KM Malta Airlines plc, kumpanija li l-klijenti mhux ser jindunaw bil-bidla, tant li l-branding u l-marketing ser jibqgħu l-istess. Id-dettalji tal- kumpanija l-ġdida mistennija jitħabbru nhar it-Tnejn li ġej waqt konferenza tal-aħbarijiet. Dan ser iseħħ wara diskussjonijiet twal mal-Kummissjoni Ewropea, diskussjonijiet li kienu ibsin imma sa ċertu punt pożittivi. Sorsi viċin il-linja tal-ajru qalu li tmien ajruplani se jintużaw fil-flotta imma ser ikun hemm aktar titjiriet u passiġġiera. L-għan hu li l-business plan iħalli profitti bi tnaqqis ta' miljuni fl-infiq. It-375 impjegat ser jinżammu. Is-sorsi qalu wkoll li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-UE kienu iktar pożittivi. It-tranżizzjoni għandha tkun waħda bla ntoppi għall-passiġġiera, mingħajr tibdil fit-titjiriet jew fl- ammont ta' ajruplani, u l-isem tal- linja tal-ajru mistenni jibqa' l-istess. Barra minn hekk mistenni jsir tibdil fid-disinn tal-ajruplani u fil- programm tal-frequent flyer. Iċ-Chairman tal-Air Malta David Curmi qal li l-Kummissjoni Ewropea ppreferiet li Malta tadotta l-mudell li użat l-Italja, li laħqet ehim ma' Brussell biex tagħlaq il-kumpanija Alitalia u tiaħ linja tal-ajru nazzjonali ġdida li sejħilha ITA. Id-diskussjonijiet mat-trade unions qed joqorbu lejn l-aħħar, b'sorsi jgħidu li hemm rispons pożittiv dwar it-triq 'il quddiem, għalkemm id-dettalji għadhom abbozzati. Il-linja tal-ajru kienet qed issofri telf li ggrava meta l-pandemija waqqfet il-biċċa l-kbira tal-ivvjaġġar bl-ajru. Fl-2021, Caruana kien qal li l-linja nazzjonali tal-ajru kienet qed tagħmel telf ta' aktar minn €170,000 kuljum biex topera l-ajruplani.