Illum previous editions

ILLUM 1 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

LUIGI SGHENDO Transport Malta qed tieħu azzjoni fuq vetturi u karrijiet abbandunati li jinsabu ġewwa Wied il-Kbir wara li għaxar karrijiet twaħlitilhom removal order u kkonfermaw li ħafna minnhom ser jitneħħew. Huma kienu qed jwieġbu numru ta' mistoqsijet mibgħuta mill- gazzetta ILLUM li ppublikat artiklu fuq il-perikli li jikkrejaw dawn il- karrijiet, trakkijiet u vetturi li qed jitħallew jiġu pparkjati illegalment f 'Ħal Qormi minkejja rapporti lill-awtoritajiet mis-Sindku ta' Ħal Qormi Josef Masini Vento, kif ukoll mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi. Barra minn hekk, dawn il-vetturi huma ta' riskju għas-saħħa u sigurtà tal-madwar, minħabba li bħal ma' ġara fl-2003, dawn il-vetturi jistgħu jinġarru mal-kurrenti b'saħħithom tal-ilma xita u konsegwenza t'hekk jispiċċaw jagħmlu ħsara infrastrutturali. Fl-istess spezzjoni Transport Malta kompliet tgħid li ħarrket 3 karrozzi bil-Y-plate, waħda fil- widien, oħra fi Triq l-Iljun kif ukoll vettura oħra fl-akwati taċ- Ċimiterju, dak li jinsab viċin il- grawnd tal-football ta' Ħal Qormi. Fir-risposta Transport Malta spjegat li meta tiġi identifikata vettura li tkun fit-triq illegalment, titwaħħlilha 'removal order' u titneħħa wara 7 t'ijiem, dejjem meta l-ispazju fil-'compounds' jippermetti. Rigward ċitazzjonijiet u penali imposti fuq ipparkjar illegali, hija proċedura normali tal-Awtorità li titħarrek kull vettura li tkun ipparkjata illegalment. Residenti u ċittadini jistgħu jirrapportaw lill- Pulizija, lill-Kunsilli Lokali u kif ukoll lil Transport Malta fuq info. tm@transport.gov.mt 04 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum Transport Malta tieħu azzjoni fuq il-vetturi abbandunati f'Ħal Qormi Transport Malta tikkonferma mal- gazzetta Illum li għaxar karrijiet twaħlilhom removal order u tħarrku tlett vetturi bil-Y plate wara artiklu fil- gazzetta stess

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 October 2023