Illum previous editions

ILLUM 8 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum aħbarijiet AVIZZ B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil-Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fl-20 ta' Lulju, 2023, Rikors numru 1383/2023, minn Carmen Ellul et fejn talbu li tiġi ddikjarata miftuħa favur Elias sive Elia Psaila, ħu d-decujus, fi kwota ta' kwart (1/4) indiviż; favur Carmen Ellul bint il-mejjet Joseph Psaila dan tal-aħħar ħu d-decujus fi kwota ta' kwart (1/4) indiviż; favur Pauline Vassallo, Isabelle Jenkins, Carmen Schembri, Joseph Galea u Patrick Galea wlied il-mejta Innocenza Galea din tal-aħħar oħt id-decujus fi kwota ta' kwart (1/4) indiviż bejniethom u favur Paul Galea, Mark Galea, Carmel Galea, Rita Bongailas u Joseph Galea wlied il-mejta Maria Galea din tal-aħħar oħt id- decujus fi kwota ta' kwart (1/4) indiviż bejniethom is-suċċessjoni ta' Giulia Psaila, xebba, bint il-mejtin Carmelo Psaila u Paola Psaila née Debattista, imwielda l- Imqabba, kienet residenti l-Imqabba u mietet l-Imsida, Malta, fit-23 ta' Ottubru, 2016, ta' 93 sena, u li kellha karta tal-identità bin-numru 0344523M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l- avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 25 ta' Awwissu, 2023 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali MATTHEW AGIUS Raġel li kien ilu kważi 30 sena jgħix ġewwa dar f 'Ħal Qormi ġie ordnat jitlaq mill-propjetà u jħallas €10,000 f 'kumpens lis-sid il-ġdid, wara li l-Bord li jirregola l-kera ddikjara li kien qiegħed jokkupaha b'mod illeċitu. Dan jirriżulta minn deċiżjoni li ngħatat nhar il Ġimgħa, 6 t'Ottubru f 'każ mibdi minn sid il-kera, Hilary Caruana, kontra l-inkwilin Mohamed Nour Abdalla Aswid. Waqt ix-xhieda tiegħu, Caruana spjega lill-Maġistrat Charmaine Galea li kien akkwista d-dar permezz ta' żewġ kuntratti, wieħed f 'Ottubru 2019 u l-ieħor f 'Lulju 2020. Huwa qal li zijietu Ġuża Agius u Salvina Agius kienu krew il-fond inkwistjoni lil Aswid mill-2006 'il quddiem. Omm Caruana kellha wkoll sehem mill-kera li kienet titħallas mill-intimat. F'April 2019, ommu kienet kitbet lil Aswid, f 'isem il- kopropjetarji ħutha l-oħra, fejn dawn taw tmien xhur żmien lil Aswid sabiex jirritorna ċ-ċavetta. Għaldaqstant il-kirja kellha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2019. F'Ġunju 2019, omm Caruana u ħutha kienu wkoll ippreżentaw ittra uffiċjali li permezz tagħha infurmaw lil Aswid li ma kellhomx intenzjoni jġeddu l-kirja, u talbuh sabiex joħroġ mill-fond u jħallas kull kont li kien hemm pendenti. Madanakollu, Aswid kien baqa' jokkupa l-fond. Meta Caruana xtara l-propjetà huwa pprova jiddjaloga mal- okkupant, iżda ma nbidel xejn sakemm Caruana ppreżenta ittra uffiċjali permezz tal-Qorti sabiex itemm l-okkupazzjoni tal-post. Caruana xehed illi mhux talli Aswad ma telaqx, iżda talli kien bena sular ieħor fuq il-binja mingħajr permess. Min-naħa l-oħra Aswid kien xehed illi huwa għandu kuntratt ta' kera li kien sar ma' ċertu Angelo Agius li jmur lura għall-1 ta' Jannar tas-sena 2000, fejn fost oħrajn ġie stipulat illi ħadd ma' jista' joħorġu mid-dar dment li jibqa' jħallas il-kera u l-kontijiet. Aswid saħaq li l-kirja kienet fil- fatt bdiet fl-1994 iżda l-ktieb tal- kera kienet qattgħathulu omm Caruana. Fis-sena 2006 oħt Ġużeppa kienet bdiet tiffirma l-ktieb tal- kera hi minħabba li Ġużeppa mardet. Iżjed tard, hi kienet infurmat lil Aswid li dan il-ktieb kienet tilfitu u fl-2000 waqfet taċċetta l-kera mingħandu. Aswid kien baqa' jħallas il- kontijiet tad-dawl u l-ilma. Aswid kien ipproduċa affidavit ta' sitt xhieda li kollha qalu li hu kien ilu jirresjedi hemmhekk mill-1994 u li fis-sena 2000 Agius kien iddikjara li qed jikri l-post lill-intimat għas-somma annwali ta' Lm200 pagabbli lil Ġużeppa Agius, u li jekk jinħareġ mid-dar kellu jiġi pprovdut post alternattiv bl-istess kera. Iżda meta dawn ix- xhieda ntalbu jixhdu, kollha kkonfermaw li l-affidavit kien ġie ppreparat minn qabel u li ma kinux jafu l-kontenut tiegħu għaliex ma nqarax lilhom. Aswid qalilhom biex jiffirmaw u li kien jgħin liz-zijiet tagħhom. Rigward il-kuntratt tas-sena 2000, mill-pedana tax-xhieda wħud mill-firmatarji kienu ċaħdu kategorikament li kienu preżenti meta saret l-iskrittura u lanqas m'għarfu l-ismijiet tan-nies l-oħra li allegatament iffirmawha. Qassis minn Ħal Qormi kien xehed li fl-2002 kienet tgħix mara fil-propjetà, li kienet eventwalment marret toqgħod għand is-sorijiet ġewwa Ħal Qormi stess qabel ma mietet fl- 2007. Hu spjega li lil Aswid kien jiftakru sewwa u li kien ġieli inkarigah jagħmillu xi xogħlijiet f 'daru. Aswid kien xehed ukoll, u stqarr li kien ħadem għand il- familja ta' Anġlu Agius fl-1994. F'dak iż-żmien Anġlu kien qallu li kien hemm mara anzjana tgħix fil-propjetà inkwistjoni, u li kienet se tmur ġo dar tax-xjuħ. Din infatti kienet telqet fl- 1995 u Anġlu kien qallu li jekk jagħmel il-manutenzjoni tal- fond kien se jikrihulu bi ftit flus. Matul is-snin huwa baqa' jagħmel xi xogħol għall-aħwa Agius. Spjega li meta fl-2016 oħt Anġlu, Ġuża, mardet, omm Caruana ma kinitx tħallih jidħol jaraha. Huwa stqarr ukoll li kellu video juri lil omm Caruana tqattagħlu d-dokumenti personali tiegħu, inċident li kien għamel rapport lill-Pulizija dwaru, liema rapport kien ippreżenta lill-Bord. Iżda l-Bord iddeċieda li jekk kien hemm xi kirja li bdiet fis- snin disgħin, din spiċċat hekk kif allegatament ġiet konċessa lilu l-kirja skont il-kuntratt tal-1 ta' Jannar 2000. Il-Bord esprima riżervi kbar dwar l-awtentiċità tal-kuntratt, tant illi tnejn mill-firmatarji fuqha ma jiftakrux li ffirmawha. "Mill-provi mressqa mill- intimat, il-Bord huwa tal-fehma illi l-intimat ma rnexxilux jipprova, la li kellu xi tip ta' kirja favur tiegħu fis-snin disgħin, u wisq inqas permezz tal- iskrittura tal-1 ta' Jannar 2000. Illi l-iskrittura li allegatament saret fl-1 ta' Jannar 2000 hija altament dubjuża." Flimkien ma' dan, kopji tar-Reġistri Elettorali juru li l-anzjana kienet baqgħet reġistrata li tgħix fil-propjetà inkwistjoni sas-sena 2004. Abbażi ta' dawn il-provi, il- Bord ikkonkluda li l-kirja lil Aswid kienet bdiet biss fl-2006 u għaldaqstant ma kinitx waħda protetta. B'hekk setgħet tiġi mitmuma mis-sid u dan jidher li kien sar skont il-liġi. Il-provi dokumentati juru li l-aħwa Giuseppina u Salvina Agius kienu ngħataw l-użufrutt tal-fond, u għaldaqstant ħuhom Angelo ma kellu ebda dritt fil- liġi li jikri u jirċievi l-kera ta' dik il-propjetà. "Il-Bord isibha ferm diffiċli jemmen illi Angelo Agius, li dak iż-żmien kellu disgħa u sebgħin sena, seta' rrediġa l-istess skrittura hu bil-kompjuter u li saħansitra ħa żball kif jispelli ismu … li huwa mniżżel bħala "Angello". Illi però, anke jekk fl-agħar ipotesi, dan il-Bord kellu jqis l-iskrittura tal-1 ta' Jannar 2000 bħala waħda awtentika, xorta waħda din ma tista' toffri ebda protezzjoni lill-intimat." Wara li qies iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, kif ukoll il- valur tal-kirjiet fis-suq, il- Bord illikwida l-ammont ta' €10,000 bħala kumpens għall- okkupazzjoni illegali tal-post da parti ta' Aswid sal-ġurnata tal- lum. Raġel li kien jgħix f'dar għal 30 sena b'mod illeċitu ordnat jiżgombraha Ta' Sannat kostruzzjoni MATTHEW FARRUGIA F' Ta' Sannat f 'Għawdex kien hemm l-akbar numru ta' rapporti mibgħuta lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) dwar il-ħin li fihom isir xogħol ta' kostruzzjoni mill-bidu ta' din is-sena sat-28 ta' Settembru. Dan skont informazzjoni li ħarġet wara mistoqsija Parlamentari mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Dak li xi darba kien raħal kwiet fil-gżira Għawdxija issa huwa suġġett għall-akbar numru ta' rapporti ta' xogħol ta' kostruzzjoni f'ħin mhux adegwat; l-istess raħal li fih Joseph Portelli qed itella' proġett mostruż li se jibdel il-karatteristiċi tar- raħal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 October 2023