Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta Roberta Metsola għażlet bħal ħafna mexxejja oħra li tiddikjara u tikkundan- na l-azzjonijiet tal-Hamas, għamlet sew. Li ma għamlitx sew hi li lanqas tniffset jew ippruvat tikkundanna l-azzjonijiet illegali tal-Iżarael fuq in-nies ta' Gaża. Nies li mhumiex Hamas u huma innoċenti. Kolpevoli biss li huma tfal ta' Alla inferjuri, nies minsija. Nies trattati agħar mill-annimali. Nies frott l-apartheid u l-mibgħeda politika. Mela le, nikkundannaw bla kundizzjoni l-azzjonijiet estremi tal-Hamas. Il-Hamas ma għandhomx post f 'din is-soċjetà. L-azzjonijiet tagħhom waslu għall- assassinju ta' nies innoċenti. Imma xi ngħidu għat-tkissir totali ta' Gaża, pajjiż li jeżisti grazzi għall-għajnuna diretta ta' pajjiżi Għarab bħal Qatar. Illum waqt li qed niktbu dan l-editorjal, Iżrael qed jiksru kull forma ta' liġi internazzjonali u nies bħal Metsola lanqas ma jaħsbuha darbtejn li qed jiġri hekk. Anzi joqgħodu jippużaw għal xi ritratt, hi u Von der Leyen. Hija politika ta' għajb u politika li twassal għal aktar problemi milli soluzzjonijiet. Il-problema tal-Palestina ma bdietx illum. Imma żgur Metsola tiem li d-disperazzjoni tal-poplu Palestinjan huwa fejn hu grazzi għas- snin ta' kastig u kalpestar mill-Israel. Wara snin ta' apartheid, wara snin fejn l-Iżrael ġiet taqa' u tqum mil-liġi internazzjonali. Poplu li nżamm ġo gaġġa, f 'kundizzjonijiet inumani u wisq aktar abnormali. Illum waqt li qed niktbu dan l-editorjal, l-Iżrael qed toqtol permezz ta' bombi u missili mijiet ta' nies innoċenti. Tfal u trabi, nisa u anzjani, irġiel u ġuvintur. Djar u sptarijiet mġarrfa. Saħansitra anke ġurnalisti, ħaddiema ta' salvataġġ u nies li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mietu taħt l-id tal-armata Lhudija fl-aħħar siegħat. L-Iżrael dejjem kienet temmen li għal kull għajn għandhom id-dritt li jaġġixxu kif jixtiequ u kif jaħsbuha. Fid-dawl ta' dan kollu Roberta Metsola tkellmet għall-kostitwenza tagħha. Kostitwenza li tiżen l-affarijiet mhux skont il-ħaqq iżda skont l-preġuddizzji u l-aġenda politika. Politika ipokrita li tħares lejn in- nies skont min int, u min fejn int ġej. Bħal fil-każ ta' politiċi oħra aħna stqarrejna bl-iktar mod ċar, u lil Metsola ngħidulha bla tlaqliq: Missek tistħi. Aħna kontra sindki ta' 16-il sena Id-deċiżjoni tal-Gvern ta' Robert Abela li jiddikjara li persuna ta' 16-il sena tista' ssir Sindku huwa żball madornali. Għalxejn jingħad li din kienet parti mill-programm elettorali, għax illum il-maġġoranza assoluta tal-Maltin u Għawdxin ma jaqblux li tifel jew tifla ta' 16 anke jekk għandu jew għandha d-dritt tal- vot għandhom jingħataw id-dritt li jmexxu lokal. Tant hu ovvju għalfejn le, li lanqas ser nippruvaw niddiskutu dan il-punt. Niddiskutu biss l-assurdità li l-Gvern jagħżel li jiffanfra b'din id-deċiżjoni illum. Meta nafu li din bħal każijiet l-oħra saru biex mingħalina nimpressjonaw l-elettorat a skapitu ta' interess komuni. Jagħmlu sew il-Partit Nazzjonalista li jibilgħu kull ma qalu u jbiddlu l-fehma tagħhom fuq din il-kwistjoni. Dak li jonqos issa. Wara esperjenza ta' immaniġjar ħażin fil-Gvern, nispiċċaw li l-kommunitajiet tagħna jiġu fdati lil dawk li huma qed jikbru, għad iridu jitgħallmu u ma għandomx il-ħila naturali li jaffaċċjaw l-isfidi ta' sindku ta' belt jew raħal. Tifel jew tifla ta' 16 mhux posthom bħala sindku. Missek tistħi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023